Żabbar Sanctuary Museum

Żabbar Sanctuary Museum

Comments

As the exhibition, Art and Soul comes to an end, I would like to sincerely thank everyone at this amazing place, for all their kindness and support. 🌹🌹
Wish I came to the exhibition but I will be in Gozo for that weekend.
Pubblikazzjoni Storja u Kultura Ħaż-Żabbar 2018 Għad-disa' darba għadu kemm ġie ppubblikat il-ktieb bl-isem "Storja u Kultura Ħaż-Żabbar 2018". Il-kitbiet huma ta' diversi persuni differenti. It-temi jvarjaw minn poeżiji u intervisti għal ġrajjiet u tiftix riċerkat. Fil-ktieb wieħed isib diversi kitbiet li għandhom jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Huwa tajjeb li dak li jkun, isir jaf iktar fuq l-istorja u l-kultura ta' dan il-post bi storja ħawtiela. L-editur huwa s-Sur Malcolm Schembri. Kull min jixtieq kopja mingħajr ħlas ta' dan il-ktieb jista' jikkuntattja lis-Sur Malcolm Schembri fuq 9987 9497 jew imejl [email protected] għal iktar dettalji. Jitqassam ukoll mill-Mużew tas-Santwarju fil-ġranet li ġejjin. Grazzi ħafna. Malcolm Schembri, Editur
Jekk joghgobkom, din it-tahdita se tkun rekordjata ghal min ma jistax jattendi? Grazzi.
The current exhibition at the Museum

This is the official page of the Żabbar Sanctuary Museum. The museum has a collection of art and religious artefacts that are of national heritage importance.

The Żabbar Sanctuary museum has a collection of art and religious items that are of national heritage importance.

Bħal llum fl-1813 nhar is-17 ta' April kien Sibt il-Għid. Dak iż-żmien il-quddiesa tal-Għid il-Kbir kienet issir f'nofsinhar. Milli nsibu miktub fir-reġistru tal-Mgħamudija kien iżżanżan il-fonti tal-mgħamudija ġdid li għadu jinstab fejn il-bieb maġġuri tal-knisja u tħallas mill-Kappillan ta' dak iż-żmien Rev Baldassare Cassar. Dan il-fonti baqa jintuża sar-riforma tal-konċilju.

Il-kappillan kien uża żmien propizju biex jinstalla dan il-fonti. Peress li f'Ħamis ix-Xirka jitbattal il-fonti tal-Mgħamudija biex dan jimtela bl-ilma ġdid imbierek fl-Għid il-Kbir. Hekk insibu li għammed lit-tarbija Giuseppe Ellul nhar il-15 t'April nhar Ħamis ix-Xirka (il-mgħamudija ma kinitx issir bil-quddiesa u ftit wara t-twelid) u wara reġa' għammed nhar is-17 t'April 1813 fil-fonti l-ġdid (Nuovo Fonte) waqt il-quddiesa ta' Sibt il-Għid lit-tarbija Carmelo Gatt u jiddeskrivi kif 'poġġa l-ilma l-ġdid fil-fonti l-ġdid'.

Il-fonti li żżanżan fl-1813 sar minflok dak li kien sar fl-1616 u li llum dan jinstab esebit fil-Mużew tas-Santwarju u kien restawrat riċentament minn James Licari.

Jumejn wara l-funzjonijiet tal-Għid il-Kbir, fil-Belt Valletta dehru l-ewwel sinjali tal-imxija tal-Pesta u ftit wara bdew il-vittmi. Dan wassal biex l-Isqof Mattei joħroġ ċirkulari biex jingħalqu l-knejjes.

Referenza: Arkivju Parrokjali Żabbar, Lib. Bapt., f.61d

Nawguraw l-Għid it-Tajjeb u l-ferħ ta' Kristu Rxoxt lil membri tal-Mużew tas-Santwarju, lil familji tagħhom u lil kulħadd. Hajr lil min bħalissa qed iwasslilna s-servizzi essenzjali. Insegwu l-istruzzjonijiet mgħotija mill-Awtoritajiet biex nerġgħu niltaqgħu ma ndumux.

Nifirħu lil Fondazzjoni Patrimonju Malti għal dan il-premju prestiġjuż li rebħet. Il-Mużew kien ħa sehem f'din l-esebizzjoni permezz ta' ċuqlajta tal-idejn u armonju.

Ir-rebbieħ tal-Premju għall-Aqwa Produzzjoni huwa Music in Malta: From Prehistory to Vinyl Exhibition ta’ Fondazzjoni Patrimonju Malti

Dan il-premju jirrikonoxxi l-aqwa produzzjoni artistika li ġiet preżentata matul is-sena f’termini ta’ kwalità tax-xogħol, l-impatt tagħha fuq is-settur tal-arti kemm fuq livell nazzjonali u, jekk relevanti, dak internazzjonali kif ukoll il-kritika inġenerali li qala’.

Għada kellha tkun imnedija esebizzjoni 'AESTIMO' tal-Arti fil-Mużew tas-Santwarju. Grupp ta' 5 artisti: Adele Borg, Marika Borg, Tessie Borg, Maria Briffa Bell u Medeleine Vella Satariano, ħbieb ta' Ġużeppi Theuma (1945-2019) talbu li jesebixxu x-xogħol tagħhom fil-Mużew tas-Santwarju flimkien ma pitturi minn ta' Ġużeppi Theuma (ħajr lil ibnu Steve).

Sfortunatament minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti kellha tkun posposta iżda l-arti li ma għandiex fruntieri se titwaslilkhom b'mod virtwali.

Traskrizzjoni tat-talba miktuba minn Dun Ġużepp Zarb li tinstab fl-arkivju parrokjali u li wara ġiet ippubblikata fuq is-santi sakemm għal xi raġuni fl-1989 saritilha modifika f'din is-sentenza "Inti hlist kemm il-darba l-missirijietna mill-flagelli tal-ġuh, tal-pestilenzi u tal-gwerra. Rebbahthom kemm il-darba fit-taqbid u hlisthom mill-ehrex ghedewwa"

"Novena biex jinqalghu l-grazzji"
O Marija, Teżoriera tal-Grazzi kollha, Għajn ta' perseveranza ghat-tajbin u ta' ndiema u mahfra ghall-hziena; Dawl fil-qerq u serhan fit-tahbit tal-hajja; Sahha u fejqan ghall-morda; Ieqaf mieghi Int, nitokbok, f'kull tfixkil li nsib ruhi fih, u aghtini l-grazzja li tant ghandi bzonn (Itlob il-grazzja)
Kbar u bla ghadd huma l-favuri li wrejt f'kull zmien lejn min lejk irrikorra. Inti hlist kemm il-darba l-missirijietna mill-flagelli tal-ġuh, tal-pestilenzi u tal-gwerra. Rebbahthom kemm il-darba fit-taqbid u hlisthom mill-ehrex ghedewwa; Hares lili ukoll nitolbok, mill-ghedewwa tar-ruh f'din il hajja u wara mewti taffili u qassarli il-pwieni tal-Purgatorju

Iffirmata: Parr. Gius Zarb

Nihil Obstat
Die 24 Julii 1951
Per Reg M. Camilleri OFM
Cens. Theol.

Għada l-Mużew tas-Santwarju jkun ilu magħluq għal ġimgħa. Dan għax is-saħħa ta' kullħadd hi prijorita. Nisperaw li nerġgħu niftħu ma ndumux, dejjem skont id-direzzjoni tal-awtoritajiet.

Pittura attribwita lil Stefano Erardi esebita fil-Mużew tas-Santwarju, restawrata minn Charlotte Camilleri. Fi żmien il-ħamsinijiet kienet tġoġġiet flok il-kwadru titulari sakemm dan kien qed ikun restawrat.

X'hemm Moħbi - Il-Karru tal-Mejtin tal-Pesta

Fil-Mużew tas-Santwarju jinstab karru antik tal-1813. Kif instab? Fejn kien? X'kien qed iseħħ fl-1813?

https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/xhemm-mohbi/?ep=696656

Żabbar Sanctuary Museum's cover photo

Fis-sitwazzjoni kurrenti l-Mużew tas-Santwarju se jkun magħluq sa avviż ieħor. Aktar infromazzjoni ikkuntatjaw lil paġna jew fuq email: [email protected].

Dan qed isir biex nimxu mad-direttivi mgħotija u nibżgħu għas-saħħa tal-voluntiera tagħna. Grazzi.
------------------------------------------------------------
Due to the current circumstances, the Żabbar Sanctuary Museum will be closed until further notice. For more information please contact the page or email on [email protected].

This is being undertaken to follow the Health directives and also ensure the best health of our volunteers.

Fid-dawl tal-ġrajjiet preżenti, qed inħabbru li l-esebizzjoni li kellna ppjanata se tkun posposta għal aktar żmien il-quddiem. Grazzi.

[03/10/20]   X'inhu Ex-Voto? Għalfejn kien isir? Fejn jinstabu? X'inhi l-importanza tagħhom? Tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar issibuhom f'dan il-filmat.

Dan il-ktieb jinstab għall-bejgħ mill-Mużew għall-prezz ta' €15.50. L-awtriċi se tħalli parti mill-qliegħ b'donazzjoni għall-Mużew. Grazzi.

Collective Art Exhibition at Zabbar Sanctuary Zabbar, from 28th March till the 19th April 2020.
Opening hours: Monday to Sunday 9.00am till 12.00pm

[03/05/20]   Il-karru tal-mejtin tal-pesta li nsibu esebit fil-Mużew tas-Santwarju. Ħajr lit-tim ta' X'Hemm Moħbi. Segwi l-link hawn taħt:
https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/xhemm-mohbi/?ep=696656

[03/01/20]   Il-Pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies

Fir-reliġjon Kattolika insibu tradizzjoni bikrija ferm ta’ pellegrinaġġi mill-Insara biex iżuru l-postijiet sagri biex b’ hekk jifmhu it-tagħlim miktub fl-Evanġelji. F’Malta li għal ħafna kien diffiċli li jsiefru, kibru devozzjonijiet differenti marbuta ma ikoni li in-nies kienu jmorru jżuru f’ pellegrinaġġi.

Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja hu wieħed minnhom. Waqt il-vista tal-1575 minn Mons Dusina insibu miktub li il-kappella rurali li kien hemm flok is-Santwarju preżenti kien hemm ammont ta’ wegħdi u ħafna pellegrini kienu jżuru din il-kappella speċjalment nhar t’ Erbgħa u bil-flus miġbura, dak inhar kienu jsiru sa 3 quddisiet. Mons Dusina għalhekk ħass il-bżonn li jaħtar lil Dun Anton de Nicolaci bħala l-ewwel rettur. Dawn il-pellegrinaġġi kienu jilħqu l-qofol tagħhom f’Ras ir- Randan sakemm iċċaqlaq lejn l-ewwel Ħadd tar-Randan.

Dan il-pellegrinaġġ kien isir fuq inizzjattiva ta’ individwi u gruppi għalkemm il-Parroċċa kienet tkun ippreparata biex tilqa dan l-influss ta’ nies. Kien il-Kappillan Dun Alwiġ Catania li fl-1927 reġġa lura s-sinifikat reliġjuż li kien intilef lil din il-ġurnata u kien organizzaha mil-lat parrokjali f’ forma ta’ pellegrinaġġ Marjan. Matul is-snin kien hemm diversi tibdiliet. Fl-1980 l-Arċisqof Emritus Ġużeppi Mercieca daħħlu fil-kalendarju ta’ pellegrinaġġi penitenzjali tad-Djoċesi. Permezz ta’ Marija Omm il-Grazzja nistgħu nersqu u nikbru f’ binha Ġesù.

Fl-2001 f'għeluq il-50 sena mill-Inkurunazzjoni l-pellegrinaġġ kien akkumpanjat mill-vara titulari. Dan reġa' seħħ fl-2016 f'għeluq l-400 sena mit-twaqqif tal-parroċċa meta il-pellegrinaġġ kien akkumpanjat bil-vara titulari tal-Madonna tal-Grazzja. Min dik is-sena ingħata l-permess li l-pellegrinaġġ ikun akkumpanjat kull sena bil-vara titulari.

Michael Buhagiar

Żabbar Sanctuary Museum's cover photo

Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Haż-Żabbar

L-10 ta’ Jannar 1616 – MIXJA MA TAQTAX...!

1. L-isqof Baldassare Cagliares iwaqqaf il-parrocca mill-Matriċi taż-Żejtun
2. L-arma ta’ Don Angelo Pontremoli – l-ewwel kappillan
3. Il-fdal tal-ewwel battisteru. L-ewwel magħmudija ssir fl-1 ta’ Ġunju 1616
4. Il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja mpitter minn Alessio Erardi fl-1715
5. Lapida li tfakkar il-konsagrazzjoni tal-knisja, 31 ta’ Ottubru 1784
6. Lejn l-1797 Mariano Girada ħadem il-vara titulari
7. Il-koppla l-ġdida bdiet tinbena fl-1926 u ntemmet sentejn wara
8. L-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari fl-1951.
9. Fit-13 ta’ Settembru 2015, il-parroċċa ġiet imsejħa Arċipretali
10. 10 ta’ Jannar 2016 – Sett ta’ bolol kommemorattivi.

Nawguraw is-sena t-tajba lil kulħadd.

Żabbar Sanctuary Museum's cover photo

Feast of Colours fuq Meander

Feast of Colours by Mariosa Bonnici & Judith Dingli

Feast of Colours exhibition launch by Lawrence Pavia on 30th November 2019.

Strieħ fis-sliem Raymond. Grazzi tas-servizzi b'xejn li dejjem offrejt lil Mużew tas-Santwarju u lil parroċċa tagħna. Kont ukoll tagħti inkuraġġiment u sostenn fil-proġett li ngħamlu. Kondoljanzi lil martu Nazja u uliedu.

L-aħħar tislima lil Raymond Gialanze se tingħata nhar is-Sibt 28 ta' Diċembru 2019 fit-8.30am fil-knisja parrokjali ta' Ħaż-Żabbar.

Nawguraw il-Milied hieni lil kulħadd

Department of History - University of Malta

Visit to the Żabbar Parish Church Museum and Archives.

On 13 December, students following the study unit on ‘Archival Depositories, Digital Resources and Genealogical Research’, visited the Żabbar Parish Church Museum and Archives. The students were given a tour of the museum, where particular attention was given to artefacts related to population history. Moreover, Mr Michael Buhagiar, who is following this study unit and is also one of the helpers at this museum, showed the students a number of ecclesiastical registers which are related to population history. Among the records shown to the students, there were the baptism, marriage and death registers, as well as the registers of confirmation and the account books of the confraternities. The students were accompanied by Dr Simon Mercieca.

Esebizzjoni 'Feast of Colours' minn Mariosa Bonnici u Judith Dingli

L-artisti Mariosa Bonnici u Judith Dingli jirringrazzjaw lil dawk li tawhom is-support tagħhom waqt din l-esebizzjoni.

Next exhibition by Mariosa Bonnici and Judith Dingli at the Emmanuel Fiorentino hall at the Żabbar Sanctuary Museum.

Żabbar Sanctuary Museum's cover photo

'Retrospective' fuq Meander

Meander fuq l-esebizzjoni ta' Silvio Agius 'Retrospective' li għaddejja bħalissa fil-Mużew tas-Santwarju. Ħajr Mariella Pisani Bencini u E.V. Borg.

[11/12/19]   Meander fuq l-esebizzjoni ta' Silvio Agius 'Retrospective' li għaddejja bħalissa fil-Mużew tas-Santwarju. Ħajr Mariella Pisani Bencini u E.V. Borg.

[11/11/19]   Illejla fis-6.00pm fil-knisja Parrokkjali se tkun iċċelebrata quddiesa b'suffraġju għal membri voluntiera tal-Mużew Tas-Santwarju li ħallew din id-dinja.

Current exhibition at the Żabbar Sanctuary Museum. The artist Silvio Agius is donating part of the salesbto RIDT.

Visit RETROSPECTIVE, an art exhibition by Silvio Agius open daily until the 18th of November between 9-12pm at Emm. Fiorentino Hall, Zabbar Sanctuary Museum, Zabbar. Proceeds from the sale of the paintings are being donated to the RIDT. Thank you Silvio for supporting the RIDT.

timesofmalta.com

Sculptor Antonio Chircop and religious icons

Kitba ta Fabian Mangion dwar ix-xogħol tal-artist Antonio Chircop. Tiegħu fil-Mużew insibu vara tal-Madonna li ntużat għal żmien twil bejn Il-fratellanzi tar-Ruzarju u dik tal-Konsolazzjoni.

https://timesofmalta.com/articles/view/sculptor-antonio-chircop-and-religious-icons.745233

timesofmalta.com Works of art, particularly those found in our churches, give us a hint of God’s beauty. Sacred art does not only manifest the capabilities of the artist, but also exalts the community’s level of faith, since the beauty of what is human leads us to reflect on what is spiritual. This was the...

Ftuħ minn E. V. Borg tal-esebizzjoni Retrospective mtella minn Silvio Agius.
Esebizzjoni tibqa miftuħa kuljum sat 18 ta' Novembru. Parti mill-qliegħ minn fuq il-bejgħ Silvio se jgħaddih lil assoċjazzjoni RIDT li taħdem fil-qasam ta riċerka ta mard rari.

L-esebizzjoni tal-arti minn Silvio Agius 'Retrospective' fil-Mużew tas-Santwarju fis-sala Emmanuel Fiorentino. Kuratur E.V. Borg.

Ikla tal-voluntiera tal-Mużew tas-Santwarju u l-ħbieb. Grazzi tas-servizz tagħkom.

Tnedija tl-Gwida bil-lingwa Ġermaniża tal-Mużew tas-Santwarju.

Il-Ġimgħa 27 ta' Settembru ġiet imnedija gwida bil-Ġermaniż tal-Mużew tas-Santwarju, traduzzjoni ta' Joe Speck minn dik bl-Ingliż ippublikata fl-2010 mill-Mużew tas-Santwarju, kitba ta' Ġużeppi Theuma. Din il-pubblikazzjoni kienet sponsorjata mill-Ambaxxata Ġermaniża f'Malta. L-Eċċellenza tiegħu l-Ambaxxatur Walter Hassman attenda din it-tnedija.

Esebizzjoni tal-arti li se tittella fil-Mużew tas-Santwarju minn Silvio Agius bejn is-26 ta' Ottubru u t-18 ta' Novembru 2019 fis-sala Emmanuel Fiorentino.

Nistednukhom li tattendu għal din l-attivita għada fil-Mużew tas-Santwarju fis-7.00pm. Se ssir tnhedija ta' gwida bil-Ġermaniż, maqluba minn kitba ta' Guzeppi Theuma minn Joe Speck.

Bookmarks (bl-Ingliż u bil-Malti) tal-Madonna tal-Grazzja bit-talba biex jinqalgħu il-Grazzji. Issibuhom mill-Mużew tas-Santwarju.

Grupp Armar Żabbar AD 1988

Il-membri u helpers kollha jibghatu l-kondoljanzi lill-membru minn taghna Tonio Bonello, ghat-telfa tal-ghaziza ommu s-Sinjura Doris Bonello li halliet din id-dinja dalghodu.
Il-funeral ser isir ghada fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, fl-4.30pm.

[09/15/19]   Grazzi lil voluntiera li jgħatu ħinhom biex il—Mużew jinżamm miftuħ, kuljum u anke fil-ħinijiet speċjali tal-festa. F'dawn il-jiem żaru l-Muzew 630 persuna. Grazzi ħafna.

Żabbar Sanctuary Museum

Sal-festa l-ktieb Karmenu Bonavia u Kitbietu se jkun bil-prezz speċjali ta' €25.00 mill-Mużew tas-Santwarju. Fadal biss ftit kopji ta' din il-pubblikazzjoni. Kull min tinteressah l-istorja ta' Ħaż-Żabbar għandu jakkwista kopja ta' din il-pubblikazzjoni.

Aktar informazzjoni dwar x' issibu fil-pubblikazzjoni: https://issuu.com/michaelbuhagiar/docs/karmenu_bonavia_

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Zabbar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

X'hemm Moħbi - Il-Karru tal-Mejtin tal-Pesta
Feast of Colours fuq Meander
Feast of Colours by Mariosa Bonnici & Judith Dingli
Esebizzjoni 'Feast of Colours' minn Mariosa Bonnici u Judith Dingli
'Retrospective' fuq Meander
Tnedija tl-Gwida bil-lingwa Ġermaniża tal-Mużew tas-Santwarju.
Art & Soul by Maria Briffa Bell
Art & Soul Exhibition
Intervista fuq TVAM lil Ġużeppi Theuma ntervistat minn Clara Farrugia 15-01-2019
Moments exhibition by Madeleine Vella Satariano

Location

Telephone

Address


Żabbar Sanctuary Museum
Zabbar
ZBR 1013

Opening Hours

Monday 09:00 - 12:00
Tuesday 09:00 - 12:00
Wednesday 09:00 - 12:00
Thursday 09:00 - 12:00
Friday 09:00 - 12:00
Saturday 09:00 - 12:00
Sunday 09:00 - 12:00
Other Zabbar places of worship (show all)
Palm Springs Pentecostal Church Palm Springs Pentecostal Church
16, Triq Is-Mina Ta Hompesch
Zabbar, PLA 1553

Due to Lockdown, the weekly meetings below are held online via Zoom. Please send an email for connection details. Mon - Prayer meeting 7pm Wed - Bible Study 7pm The Sunday service link is posted on the Church Messenger thread by Pastor Ben.

Vari F'Malta Vari F'Malta
Zabbar

Din hija paġna fuq il-vari tal-festi titulari, sekonarji u l-armar tat-toroq u tal-knejjes ġewwa Malta u Għawdex.

Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Haż-Żabbar Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Haż-Żabbar
Sanctuary Street
Zabbar, ZBR 1013

Il-paġna ufficcjali tal-Knisja Arcipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u l-parrocca ta' Haz-Zabbar.