Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Haż-Żabbar

Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Haż-Żabbar

Comments

ir-ruzarju mhux live streamed fis 7 please?
Grazzi ta l-inizzjattiva, li turi quddiesa life streaming. b'hekk inkunu nistghu nippartecipaw ahna wkoll fil quddies. ghalkemm ikun hemm min jixtieq jitqarben ,tinghad it-tqarbina tax-xewqa. Ma naqbel ma l-ebda anzjan li jmur filghiodu jew filghaxija wara quddiesa is santwarju biex jitqarbnu. PLs PLS stay at home. ghal anzjan hija qadgha krucjali hafna iktar. u anke ghalik li qed tqarben qed taghmel hafna hsara Ejjew ma nkunux ta ezempju hazin ghal hadtiehor b'ghan tajjeb.. tkun forsi idea sabiha li tohrog inti , persuna wahidha bis sagrament u tghaddi mit-toroq fejn hemm hafna anzjani gewwa u tieqaf ftit quddiem twieqi tan=nies
Listening steaming ta quddies
Please if someone could find this ladies brother and show him the video 🙏🏼♥️ https://www.facebook.com/214516758577531/posts/3156951864333991/?vh=e&d=n
Ma nafx kif knisja bhal anqas naqra emergency light ma anda kellna funeral hu anqas dawl ta xi haga ma kin hem imqar fuq l artal kellom bzonn fuq li gara il bierah jiehdu hsieb biex ma jergax jigri hekk ghal l ebda okkazzjoniet li ikun hem
min fejn ha jibda il pellegrinagg ta hadd in nies hu x hin pls
Prosit lil father li ccelebra il-quddiesa tal-5.30m tal-Hadd 3 ta' Frar. Tassew qal erba' kelmiet sbieh li ggaghlek tixtarr. Ejjew napprezzaw il-valur tat-tarbija fil-guf
Ningħaqdu mal-bqija tad-dinja llum, 11 ta' Novembru, Jum l-Armistice, biex infakkru l-100 sena anniversarju minn tmiem il-Gwerra l-Kbira (1914-1918). Tajjeb li niiftakru f'dawk ħutna Maltin li mietu f'din il-gwerra tant qalila.
Hbieb; Fil 9 ta Novembru F"Day Centre" ta Centru St Andrija. Zabbar 9.15am kafe jew te 10 am Film. Kullhadd jista jigi. Narawkom.
Filwaqt li nifrah ghal kull min ta sehmu ghal festa tal-Madonna tal-Grazzja- kien hemm hafna nies li hadmu mill-qalb- nixtieq naghmel zewg rimarki/suggerimenti: 1. Fil-jiem tal-festa ndaqqet sirena (li kienet tindaqq fl-antik waqt xi air raid) li nstemghet minn diversi nhawi. Huwa sabih li wiehed jiccelebra u jiehu gost mal-hbieb imma nahseb li d-daqq ta' spiss ta' din is-sirena ma kienx f'postu specjalment meta niftakru f' anzjani u morda li forsi lanqas sal-knisja ma setghu imorru minhabba sahhithom. 2. Waqt id-dhul tal-vara fil-jum tal-festa inharqu xi murtalleti minn binjiet diversi li jdawru is-Santwarju. L-iskop kien sabih biex tinholoq atmosfera celebrattiva imma li ma giex irrealizzat bizzejjed kien li n-nies li kienu fuq iz-zuntier intlaqtu minn bicciet tal-kartun u materjal tal-murtaletti niezel b'sahhtu fuqhom. Fil-fatt hafna nies bdew ibaxxu rashom biex ma jintlaqtux. Dan apparti d-dhahen li kien hemm ghax ir-rih inzerta fid-direzzjoni lejn knisja. Meta jinharaq xi tip ta' nar apparti n-nies li hemm taht, wiehed irid ukoll jara li ma ssirx hsara fuq il-vara li ghadha kemm giet restawrata ftit snin ilu. Niftakru ukoll fl-affarijiet sagri ta' gol-knisja.- Ezempju parti mid-dhahen se jidhlu gol-knisja u ssir hsara maz-zmien ezempju Kurcifiss antik li gie mpoggi ricentament vicin wiehed mill-bibien tal-gnub tas-Santwarju. Dan mhux qieghed go xi nicca allura huwa espost aktar ghall-elementi. Ghalhekk nissuggerixxi li jew jinbidel it-tip ta' nar li jinharaq jew jinharaq minn postijiet ohra halli b'hekk wiehed xorta jiccelebra minghajr ma ssir hsara la ghan-nies u lanqas ghal affarijiet sagri tas-santwarju. Grazzi.

Il-paġna ufficcjali tal-Knisja Arcipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja u l-parrocca ta' Haz-Zabbar.

Paġna dwar : l-armar ta ġewwa matul il-festi Liturġiċi,l-istorja tat-tempju matul iż-żmien,l-opri artistiċi li nsibu ġewwa din il-knisja, kif ukoll Avvenimenti u tifkiriet importanti għas-Santwarju.

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Din l-attivita' ġiet ikkanċellata

CONFERMENT OF THE SACRAMENT OF CONFIRMATION…

This evening, a 23 year old from Venezuela, Gulfredo Useche received the Sacrament of Confirmation from the Archpriest as the Archbishop’s Delegate.

Gulfredo was prepared for the occasion by a catechist who in fact, presented him to the Archpriest to be confirmed by the Holy Spirit.

After the celebration, those present gathered around Gulfredo on the church parvis to congratulate him and enjoy a drink together.

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

QUDDIESA TA’ RINGRAZZJAMENT…

Għada l-Ħadd 9 ta’ Awwissu, se ssir it-tieni Quddiesa ta’ Ringrazzjament għall-Ewwel Tqarbina li t-tfal li jattendu dawn iċ-ċentri, irċevew ħmistax ilu: Museum bniet, Sta Marija, Marija Bambina u Nażaret.

Il-ġenituri tagħhom mħeġġin jattendu. Ikun hemm servizz ta’ qrar fis-santwarju. It-tfal li jattendu jingħataw tifkira.

[08/08/20]   AVVIŻI - 19-il Ħadd tas-sena - 9 ta’ Awwissu 2020

Illum, it-tieni Ħadd tax-xahar, issir il-ġabra speċjali għall-parroċċa. Bħalissa qed ikomplu jinżebgħu l-partijiet t’isfel tal-knisja, inkluż in-niċċa ta’ San Ġużepp li l-istatwa tiegħu dalwaqt tkun fostna wara r-restawr. Nittamaw fill-ġenerożita’ tagħkom. Nirringrazzjaw lil benefattriċi li dan l-aħħar offriet €1000 għall-bżonnijiet tal-knisja kif ukoll benefattur ieħor li offra €500 għall-istess għan.

Sibt 8: Is-Sitt Sibt tal-Grazzja. Fil-5.50pm kurunella, funzjoni tas-Salve u quddiesa bl-omelija.

Ħadd 9: Bejn it-8.30am u 1.00pm se jkun hemm il-Blood Unit għall-għoti tad-demm quddiem iċ-ċentru Sant’Andrija (mhux kif kien avżat il-Ħadd li għadda). Xieraq li kull min jista’ jagħmel dan il-ġest nobbli ħalli tiġi salvata l-ħajja.
Fl-10.15am Quddiesa ta’ Ringrazzjament għat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina ħmistax ilu: Museum bniet, Sta Marija, Marija Bambina u Nażaret. Il-ġenituri mħeġġa jattendu magħhom. It-tfal li jattendu jingħataw tifkira.

Ġimgħa 14: Fis-6.30pm quddiesa tal-Vġili ta’ Sta Marija li tkun tgħodd għas-solennita’ tal-għada.

Sibt 15: Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija – Patruna tal-Gżejjer Maltin – festa kmandata u pubblika. Il-quddies ikun bħala tal-Ħadd. Filgħaxija, billi jaħbat is-Sibt, ikollna quddiesa fil-5.00pm u 6.15pm. Biex jiġi sodisfatt il-preċett ta’ Santa Marija, wieħed irid jieħu sehem f’żewġ quddisiet bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd.

1. F’ċirkolari li rċevejna din il-ġimgħa, il-Vigarju Ġenerali jinfurmna li minhabba l-każijiet tal-Covid-19, il-maskla jew il-visor huma obbligatorji għal min jiġi l-knisja. Inkomplu nużaw is-sanitizer u naraw li jinżammu ż-żewġ metri distanza minn xulxin. Se terġa tibda tintuża t-temperatura fid-dħul.

2. Importanti naraw li għall-funerali ma jinqabiżx l-ammont ta’ 152 ruħ li suppost jattendu fis-santwarju tagħna f’dan iż-żmien partikulari.

knisja.mt

Inħarsu s-saħħa tagħna u tal-oħrajn

https://knisja.mt/inharsu-s-sahha-taghna-u-tal-ohrajn/?fbclid=IwAR01KY-N085CJWZ2URNRVMHvdGLpG90Yw8DpJQQP560j_sDBZPwqNTdrLIc

knisja.mt Il‑Knisja f’Malta tfakkar fl‑importanza li jiġu osservati l‑miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑COVID‑19. Filwaqt li jibqgħu japplikaw il‑miżuri tad‑distanza soċjali, it‑teħid tat‑temperatura u miżuri oħra, kull min jattendi għall‑Quddies għandu r.....

ILLUM, IS-SITT SIBT TAL-GRAZZJA…

Filgħodu, issir il-quddiesa ta’ San Duminku, presbiteru.

Filgħaxija nagħmlu l-quddiesa tal-“Verġni Marija, Dixxiplu tal-Mulej”. Fil-Kolletta tal-quddiesa, Marija hija msejħa bħala “xempju ta’ dixxiplu għax kienet tgħożż f’qalbha bil-fedelta’ kollha kliem il-ħajja”.

Pawlu VI jgħid li, għalkemm Marija kellha d-don singulari li tkun Omm Alla, hija l-ewwel u l-aqwa fost id-dixxipli tal-Mulej”. (Marialis Cultus).

Fis-5.50pm Kurunella, funzjoni tas-Salve u quddiesa bl-omelija. Il-qari jkun tad-19-il Ħadd.

AĦBARIJIET MILL-KNISJA UNIVERSALI… (3)

Mhux kull offerta tiġi milqugħa!

Dak li jissejjah l-Elemożinier tal-Papa, il-Kardinal Pollakk, Konrad Krajewski, li jieħu ħsieb il-Karita’ tal-Papa, dal-aħħar irrakonta każ fejn negozjant Taljan, li kellu fabbriki taż-żraben , avviċinah u qallu li xtaq jagħti miljun ewro lill-karitajiet tal-Papa.

Din l-offerta, iżda, ġiet miċħuda mill-Elemożinier! Huwa qallu li jmissu jara kemm hemm mill-4000 impjegat li għandu, li ma jistgħux iħallsu l-kera, jew m’għandhomx biżżejjed x’jitimgħu lill-familji tagħhom u jaqsam l-ammont bejniethom.

Meta reġa’ lura, billi ma rnexxilux isib dik l-informazzjoni dwar il-ħaddiema tiegħu, in-negozjant qabel li jipprovdi mal-10,000 par żarbun magħmulin apposta għas-saqajn imgħawġin u kultant deformati ta’ diversi nies li jgħixu barra, fil-belt ta’ Ruma.

AHBARIJIET MILL-KNISIJA UNIVERSALI…(2)

Isqof imut bil-Covid-19

Mons. Henrique da Costa, Isqof ta’ Palmaras fil-Brażil, huwa vittma ieħor tal-pandemija. Huwa miet fit-18 ta’ Lulju li għadda. Kien Isqof ħabrieki u maħbub ħafna mill-Kattoliċi tad-djoċesi tiegħu. Kien jagħmel użu tajjeb mill-medja socjali biex jevanġelizza.

Fil-Brażil, hemm aktar minn 2.1 miljun każijiet konfermati u mad-90,000 imwiet. Dan hu t-tieni l-aktar pajjiż milqut wara l-USA.

U Missjunarju Malti fil-Peru’…

Padre Valerjan Mercieca, missjunarju Karmelitan fil-Peru’ għal żmien twil, miet is-Sibt li għadda wara li ttieħed mill-Coronavirus. Il-furneral tiegħu sar mill-Isqof Malti, Giovanni Cefai MSSP, missjunarju ieħor fil-Peru’.

Il-Mulej ikollu ħniena minnhom!

GĦADA FUQ RADJU HOMPESCH…

Fil-programm: “Nifhmu aħjar…”, l-Arċipriet ikompli bil-katekeżi tiegħu dwar l-Evanġelju ta’ San Mattew.

Mattew jiġbor it-tagħlim ta’ Ġesu’ f’ħames diskorsi twal. Għada nitrattaw l-ewwel wieħed fosthom: Id-Diskors tal-Muntanja li jibda bil-Beatitudnijiet.

Flimkien naraw eżattament l-iskop ta’ dan id-diskors u x’tagħlim ġdid Ġesu’ jagħtina għall-ħajja tagħna.

L-Arċipriet isemmi wkoll dokument ġdid li ħareġ mis-Santa Sede dwar il-parroċċi.

Għada, bejn id-9.30am u l-10.30am.

AĦBARIJIET MILL-KNISJA UNIVERSALI… (1)

Bomba f’katidral

Il-Q.T il-Papa bagħat messaġġ ta’ solidarjeta’ lill-Kardinal Leopoldo Brennes, Arċisqof ta’ Managua, il-kapitali ta’ Nicaragua (Amerika Ċentrali).

Dan wara li xi ħadd mhux magħruf tefa’ bomba molotov cocktail u għamel ħsara konsiderevoli lill-katidral nhar il-Ġimgha li għadda.

Fost il-ħsarat, inqered Kurċifiss li għandu 400 sena.

L-attakki fuq il-knejjes ma jonqsux. Ftit aktar minn ħmistax ilu, ingħata n-nar il-Katidral ta’ Nantes fi Franza fejn inqered orgni ta’ 400 sena.

church.mt

Flimkien – August 2020

https://church.mt/flimkien-august-2020/

church.mt Flimkien – August 2020

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

SATURDAY’S MASS IN ENGLISH…

Foreign and Maltese Catholics praying together at yesterday’s evening Mass at Zabbar parish church.

Mass in English is held every Saturday at 8.00pm. Everybody is invited to join in. Next Saturday, an adult from Venezuela, Gulfredo Usecha will be given the Sacrament of Confirmation.

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

QUDDIESA TA’ RINGRAZZJAMENT…

Il-Ħadd li ġej, 2 ta’ Awwissu, fl-10.15am, se ssir Quddiesa ta’ Ringrazzjament għall-ġenituri u t-tfal li l-Ħadd li għadda, irċevew l-Ewwel Tqarbina.

Din se ssir fis-Santwarju għat-tfal tal-Museum subien. Wara jingħataw tifkira.

Dawk li jgħixu fl-istess dar, jistgħu jieħdu bank fil-knisja. L-oħrajn , mitlubin iżommu d-distanza soċjali. Hu rakkomandat li tintlibes il-maskla/visor.

Il-Ħadd 9 ta’ Awwissu, fl-istess ħin, issir Quddiesa ta’ Ringrazzjament għat-tfal miċ-ċentri l-oħra.

[08/01/20]   AVVIŻI - It-18-il Ħadd tas-sena - 2 ta’ Awwissu 2020

Sibt 1: Il-Ħames Sibt tal-Grazzja. F’5.50pm kurunella, funzjoni tas-Salve u quddiesa bl-omelija.

Ħadd 2: Quddiem iċ-Ċentru Sant’Andrija se jkun hemm il-Blood Unit għall-għoti tad-demm bejn it-8.30am -1.00pm. Min jista’, għandu jagħmel dan il-ġest nobbli biex insalvaw il-ħajja ta’ ħaddieħor.

Fis-santwarju, fl-10.15am se ssir Quddiesa ta’ Ringrazzjament għat-tfal li l-Ħadd li għadda għamlu l-Ewwel Tqarbina mal-Museum subien. Mistiedna wkoll il-ġenituri tagħhom. It-tfal għandhom jiġu b’ilbies normali. Il-Ħadd li ġej se ssir quddiesa oħra fl-istess ħin għat-tfal li jattendu ċ-ċentri Nażaret, Marija Bambina, Santa Marija kif ukoll il_Museum Bniet.

Ħamis 6: Festa tat-Trasifgurazzjoni tal-Mulej.

Ġimgħa 7: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tas-6.30pm, ħin ta’ adorazzjoni komunitarja u barka Sagramentali. Ikun hawn konfessur għall-qrar.

1. F’ċirkolari li rċevejna mill-Vigarju Ġenerali, aħna mħeġġin biex fil-knejjes nibqgħu nosservaw id-direttivi bażiċi għal kontra l-pandemija, jiġifieri li: nużaw is-sanitizer aħna u deħlin, tintlibes kemm jista’ jkun il-maskla jew il-visor u li tinżamm distanza ta’ żewġ metri bejn persuna u oħra ħlief għal dawk li jgħixu fl-istess dar. Meta noħorġu mill-knisja nużaw it-tliet bibien. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulħadd.

2. Infakkru li llum huwa l-aħħar jum tal-Book Fair fis-sala Ragħaj it-Tajjeb. Tajjeb li tagħtu titwila wara din il-quddiesa għax b’hekk inkunu qed inkattru l-qari fostna u anke ngħinu lill-parroċċa.

ILLUM, IL-ĦAMES SIBT TAL-GRAZZJA…

Filgħodu tiġi ċċelebrata l-quddiesa fit-Tifkira ta’ San Alfons Marija de Liguori.

Filgħaxija, fis-6.15pm, issir il-Quddiesa f’ġieħ il-Verġni Marija Omm it-Tama. It-twelid tal-Verġni Marija, “mela d-dinja kollha bit-tama”.

Fis-Salve Regina nsejħu lil Marija “Tama tagħna”, speċjalment għal dawk li qatghu jieshom mill-ħajja.

Bit-tlugħ tagħha fis-sema, Marija toffri tama lilna l-bnedmin biex fejn waslet hi, għand il-Missier naslu aħna wkoll.

Antifona tal-Introjtu tal-quddiesa:

Sliem għalik, Verġni Marija, tama tal-insara kollha:
Int tgħin lil dawk li qatgħu jieshom
u tħares b’għajn ta’ ħniena lejn dawk kollha
li jirrikorru għandek.

IL-KONTRO-RIFORMA…X’KIENET? (2)

Ġabet qawmien sħiħ fid-diversi friegħi tal-arti: bħall-arkitettura, pittura, skultura, letteratura, mużika… Dan jinkludi t-twelid tal-arti Barokka biex tesprimi l-misteri kbar tal-fidi miċħuda mill-Protestanti.

Fost l-artisti Taljani nsemmu lil: Caravaggio, Pietro da Cortona, Andrea Pozzo, G.L. Bernini, Guido Reni, Mattia Preti…

Fost dawk Spanjoli: El Greco, Ribera, Zurbaran, Murillo, Velasquez…

Min-naħa ta’ Fuq tal-Ewropa: Peter Paul Rubens, van Dyck…

Il-Ġeżwiti għenu ħafna lill-Knisja Kattolika f’’dan il-qasam.

Ritratti - knejjes tal-Ġeżwiti fejn l-arti Barokka tidher fl-aqwa tagħha:

• Chiesa del Gesu’, Ruma – 1,2,3
• Chiesa di Sant’Ignazio, Ruma – 4,5,6
• Chiesa del Nuovo Gesu’, Napli – 7,8,9,10

IL-KONTRO-RIFORMA…X’KIENET? (1)

Kien żmien ta’ qawmien ġdid tal-fidi Kattolika bħala risposta għar-Riforma Protestanta mibdija mill-patri Agostinjan Martinu Luteru fl-1517 u li ġabet xiżma qawwija fil-Knisja, speċjalment fin-naħa ta’ Fuq tal-Ewropa .

Il-Konċilju ta’ Trentu (1545-63) ta bidu għall-Kontro-Riforma. Twaqqfu diversi ordnijiet reliġjużi ġodda u s-seminarji għall-edukazzjoni tal-kleru. Inbdiet ħidma missjunarja qawwija speċjalment fil-pajjiżi kolonizzati mill-pajjiżi Ewropej.

Teoloġi kbar iddefendew il-pożizzjoni dottrinali miċħuda mill-Protestanti bħas sagramenti, id-devozzjonijiet reliġjużi kif ukoll il-pożizzjoni tal-Verġni Marija u l-Qaddisin fil-Knisja.

Fost ir-riformaturi qaddisa nsibu lil: Injazju ta’ Loyola, Tereża ta’ Avila, Ġwanni tas-Salib, Franġisku de Sales, Filippu Neri u oħrajn.

Ritratti:
1. Martinu Luteru
2. Il-Konċilju ta’ Trentu
3. Is-seminarju l-antik tal-Imdina li twaqqaf wara Trentu

ILLUM INFAKKRU LIL SANT’INJAZJU TA’ LOYOLA…
31 ta’ Lulju

Figura importanti ħafna fil-Knisja Kattolika. Twieled f’Loyola, in-naħa ta’ fuq ta’ Spanja fit-23 ta’ Ottubru 1591 u miet bħal-lum, fl-1556.

Waqqaf “Is-Soċjeta’ ta’ Ġesu’” – il-Ġeżwiti li barra t-tliet voti normali għar-reliġjużi, iħaddnu r-raba’ vot ta’ ubbidjenza lejn il-Papa. Huma qegħdin għas-serivzz tiegħu fil-ħidma missjunarja.

Il-Ġeżwiti huma magħrufa għall-ħidma tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni bil-kulleġġi u universitajiet mad-dinja kollha, inkluż pajjiżna.

Injazju jibqa’ magħruf għall-ispiritwalita’ tiegħu, speċjalment Eżerċizzi Spiritwali. Il-frażi famuża tiegħu “Ad maiorem Dei gloriam” – Għall-ikbar glorja t’Alla - għada tidwi sa żmienna.

Kellu sehem qawwi fil-Kontro-Riforma Kattolika (1545-1648).

Ritratti:
• Injazju ta’ Loyola liebes pjaneta Spanjola (1620), Peter Paul Rubens.
• Il-bini tal-Universita’ l-antika mwaqqfa mill-Ġiżwiti flimkien mal-knisja, fil-Belt Valletta.

Ninfurmawkom li l-attivita giet kancellata

IL-VIGARJU ĠENERALI DWAR MIŻURI KONTRA L-COVID-19…

F’ċirkolari ndirizzata lill-Kappillani, Arċiprieti u Retturi tal-knejjes, bid-data tat-30 ta’ Lulju 2020, Mons. Galea Curmi jħeġġeġ biex fil-knejjes nibqghu nħarsu r-rakkomandazzjonijiet għall-ħarsien tal-ħajja waqt il-pandemija.

Huwa jfakkar li:
• Għandha tibqa’ tinżamm id-distanza soċjali ta’ żewġ metri fil-knejjes u f’postijiet oħra
• Fl-użu regolari tas-sanitizers
• Fl-importanza li n-nies jilbsu l-visor jew maskra waqt iċ-ċelebrazzjonijiet
• Li t-tqarbin jibqa’ jsir fl-idejn u minn mill-bankijiet.

Il-Vigarju jħeġġeġ biex dawn il-miżuri jibqgħu jigu spjegati u tingħata attenzjoni speċjali lin-nies vulnerabbli.

Dis-sena, il-Knisja f’Malta ddeċidiet li l-festi jiġu ċċelebrati biss b’quddiesa u pellegrinaġġ u li fihom għandhom jiġu mħarsa l-miżuri stabbiliti.

Il-Knisja mhijiex responsabbli għal kull attivita’ esterna fi żmien il-festa u li l-organizzaturi għandhom jerfgħu r-responsabbilta’ huma.

INBDIET IL-KOPPLA…

Dil-ġimgħa, il-koppla tas-santwarju bdiet tintrama’ bil-festuni u l-listi tad-dawl għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Nirringrazzjaw lill-erba' voluntiera li qed jagħmlu dan ix-xogħol.

GĦADA FUQ RADJU HOMPESCH…

Fit-tielet programm dwar l-Evanġelju skond San Mattew, li qed naqraw fi-Liturġija tal-Ħdud Sena A, l-Arċipriet jidħol fid-dettal ta’ siltiet mill-Evanġelju.

Għada naraw flimkien dawk li jissejħu “Ir-Rakkonti tal-Infanzja ta’ Ġesu’”: iż-żjara tal-Maġi, il-ħarba lejn l-Eġittu, il-qerda tal-Innoċenti u l-vjaġġ lura lejn Iżrael tal-Familja Mqaddsa (Kap 2). X’għandhom speċjali dawn ir-rakkonti? Kif għandna ninterpretawhom?

Għada bejn id-9.30am u l-10.30am. Tajjeb li s-semmiegħa jkollhom l-Evanġelju ta’ San Mattew f’idejhom waqt il-programm.

"UŻAW IL-FANTASIJA TAL-IMĦABBA…!"

Hekk qal nhar il-Ħadd, il-Papa Franġisku liż-żghażagħ, wara t-talba tal-Angelus.

Fl-okkażjoni tat-tifkira ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, il-ġenituri tal-Verġni Marija, huwa stedinhom biex jersqu lejn l-anzjani b’mod konkret.

Għeżież żgħażagħ, kull persuna anzjana qisuha bħala n-nanna tagħkom. Użaw il-fantasija tal-imħabba!

Imbagħad, il-Papa tahom xi suġġerimenti: “Ċemplulhom, użaw il-videochat, ibgħatulhom messaġġi, isimgħuhom, u meta possibli, filwaqt li tħarsu l-prekawzzjonijiet tas-saħħa, agħtuhom tgħannieqa”.

Fl-aħħar, il-Papa tkellem fuq tema tant għall-qalbu: “Meta nibqgħu marbutin mal-anzjani tagħna, aħna nkunu marbutin mal-għeruq tagħna”.

Grupp Armar Żabbar AD 1988

Infakkrukom fit-TOMBLA NIGHT, is-Sibt li gej quddiem il-Mahzen tal-Armar mis-7.30pm il-quddiem. Ikun hemm ikel u xorb ghall-bejgh mill-mahzen stess. Grazzi bil-quddiem tal-partecipazzjoni taghkom.

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

JUM L-EWWEL TQARBINA…

Illum il-Ħadd, fl-10.00am, niċċelebraw l-Ewwel Taqrbina tat-tfal tal-Museum subien, Nażaret u Marija Bambina (40). Fis-6.00pm it-tfal li jattendu11 l-Museum subien (32).

Nawguraw mhux biss lit-tfal iżda anke lill-ġenituri għax il-Preċett huwa festa tal-familja kollha. Il-ġenituri mħeġġin jgħinu ‘l uliedhom jikbru fil-valuri umani u fil-fidi nisranija. Imħeġġin, fuq kollox, jakkumpanjawhom għall-Ewkaristija tal-Ħadd.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Zabbar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream
Santwarju Madonna tal-Grazzja Zabbar. Live Stream

Location

Telephone

Address


Sanctuary Street
Zabbar
ZBR 1013
Other Zabbar places of worship (show all)
Vari F'Malta Vari F'Malta
Zabbar

Din hija paġna fuq il-vari tal-festi titulari, sekonarji u l-armar tat-toroq u tal-knejjes ġewwa Malta u Għawdex.

Żabbar Sanctuary Museum Żabbar Sanctuary Museum
Żabbar Sanctuary Museum
Zabbar, ZBR 1013

This is the official page of the Żabbar Sanctuary Museum. The museum has a collection of art and religious artefacts that are of national heritage importance.

Palm Springs Pentecostal Church Palm Springs Pentecostal Church
16, Triq Is-Mina Ta Hompesch
Zabbar, PLA 1553

Due to Lockdown, the weekly meetings below are held online via Zoom. Please send an email for connection details. Mon - Prayer meeting 7pm Wed - Bible Study 7pm The Sunday service link is posted on the Church Messenger thread by Pastor Ben.