Festa Madonna tal-Karmnu Valletta

Festa Madonna tal-Karmnu Valletta

Comments

https://www.facebook.com/groups/680955092445857/?multi_permalinks=683298485544851¬if_id=1585596043084602¬if_t=group_activity Għad-devoti kollha ta' San Ġużepp kull ma tridu tgħmalu join u jien indaħħalhom fil-grupp apposta għall-Ġużeppini. Fejn isibu talb u xi fatti u kurżitajiet sbieħ fuq San Ġużepp u l-Familja Imqaddsa li hu tant kien iħobb b’ imħabba u responasbilta kbira. Pls Share
The divotional peocetion very buatiful festa d best
Narawkom!
Appuntament ma' Ommna Marija Gmiel tal-Karmelu - 19/07/2019 - SHARE
Għada l Ħruġ tal- vara wara l quddiesa tal - 11:00. Kulħadd jigi libes il polo shirt li saru s sena l ohra
Hi jekk jogobkhom ghada wara li tohrog il vara,il knisja ha tkun miftuha? Biex nigi nara l art etc
Il festa it tajba lil karmelitani beltin kollha ....
Sa xhin tibqa miftuha il-knisja illejla jekk joghgobkom? Grazzi.

Din hija l-paġna uffiċjali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li torganizza l-festi esterni ad unur il-Madonna tal-Karmnu, inkluż l-armar li jżejjen il-Belt Valletta

Pagna dwar id-Devozzjoni, il-Knisja u il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Bonġu u l-festa t-tajba!

Ejjew inxerdu l-kliem sabiħ tal-innu lill-Madonna tal-Karmnu

Mill-ġdid ngħidu grazzi lil Sebio Aquilina - Audiovisual Productions għal dan ir-ritratt meravilja!

Il-Ġimgħa Mqaddsa mis-Santwarju Bażilika

LIVE fuq Carmelite Priory Valletta

Kezaya u Zven heggew lill-genituri u pingew lill-Madonna tal-Karmnu flimkien, l-omm sahanistra pingiet wahda hi wkoll!

Proset Kezaya u Zven u proset ukoll lill-genituri taghkom!

Nitolbu lill-Madonna tal-Karmnu ghal din il-familja u ghall-familji kollha taghna!

Madonna tal-Karmnu
Kun int l-hena taghna
Fid-dar ta' kull Malti
Kun Omm u Sultana

youtube.com

Lejn 450 sena ta' Devozzjoni Karmelitana fil-Belt Valletta

Propju llum, fil-Jum il-Belt Valletta, ma nistgħux ma niftakkrux fl-anniversarju importanti li qed niċċelebraw matul dis-sena biex infakkru l-450 Sena minn meta l-Patrijiet Karmelitani daħlu fil-Belt Valletta u minn hemm bdiet storja twila ta' devozzjoni u mħabba fil-Kapitali għall-Madonna Karmnu.

Dan huwa l-feature li sar erba' snin ilu biex niċċelebraw mhux biss l-450 sena mit-Twaqqif tal-Belt Valletta iżda biex anke niċċelebra l-450 sena ta' Devozzjoni Karmelitana fil-Kapitali

Feature Festa Madonna tal-Karmnu, Valletta 2015

JUM IL-BELT VALLETTA - Awguri lil din il-gojjell li tpaxxi lil kull min izurha u l-mimmi ta' ghajnejn min jghammar fi swarha

Il-Madonna tal-Karmnu tkompli ssaltan u tharsek kif ghamlet tul dawn l-450 sena minn meta l-Karmelitani dahlu fil-Kapitali l-gdida.

Awguri lill-Beltin kollha

Tv2000

Proset Elisa Camilleri! Kemm giet sabiha!

Issa zommha u kuljum mal-familja tieghek, ghid talba ckejkna quddiemha!

Komplu ibghatulna l-istampi taghkom tfal!

Kemm int sbejha O Madonna!

Proset Sebio Aquilina - Audiovisual Productions

Bghatitilna wkoll Ella Giglio! Proset Ella!

Issa zomm din it-tpingija tieghek u kuljum ghid talba ckejkna lill-Madonna

Aktar tpingijiet taghkom it-tfal!

Proset lil Eliza Gauci minn San Gwann! Keep it up!

[03/25/20]   Solidarjetà ma' sħabna Karmelitani taż-Żurrieq. Nirringrazzjaw lil Madonna tal-Karmnu li ma weġġa' ħadd f'dan l-inċident. Viva l-Madonna tal-Karmnu

Carmelite Priory Valletta

https://www.facebook.com/karmelitanivalletta/videos/238781793913426/

Quddiesa fil-festa tal-Lunzjata

L-ahwa Conan u Kelthon pingew ukoll! Proset u ghozzu lil Madonna tal-Karmnu ma qalbkom!

Inħeġġukom biex illejla tingħaqdu magħna LIVE għal din iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, fis-Solennità ta' Marija Omm Alla

Iċ-ċelebrazzjoni tibda fil-5:30pm

Għal waħda, Marek De Brincat, bgħatilna tnejn! Proset mill-ġdid Marek!

Nibqgħu nistennew aktar tpinġijiet tagħkom it-tfal

Ejja ma nħallu xejn jaqtalna jew isewwdilna qalbna!

Marek De Brincat bgħatilna t-tpinġija tiegħu! Proset Marek!

Għadna qed nistennew aktar tpinġijiet tagħkom it-tfal!

Il-funzjonijiet, l-armar, il-baned u n-nar huma sbieħ!

Iżda sakemm għandna lilek, anke jekk it-toroq huma mneżża u l-baned siekta, għandna kollox!

Jekk il-Bambin irid, fis-16 ta' Lulju, din is-sena, nirringrazzjawk ta' dawk kollu li tagħmel magħna, anke fl-aktar żminijiet diffiċli!

F'QALBNA FESTA KULJUM, GĦAX F'QALBNA INTI SSALTAN KULL ĦIN!

Proset Jake Balzan! Jake ukoll bgħatilna t-tpinġija tiegħu!

Komplu ibgħatulna t-tpinġijiet tagħkom! Ejjew ħa nimlew Facebook bit-tpinġijiet sbieħ tagħkom it-tfal!

Ħarsa lejn il-Passat

Id-disinji li l-festa tal-Madonna tal-Karmnu kienet tant magħrufa għalihom!

Dawn id-disinji kienu jinbidlu minn festa għall-oħra u saħansitra kienu jinxtraw minn festi oħra f'Malta biex jużawhom anke huma fil-festa tagħhom.

F'dan ir-ritratt tidher Triq it-Teatru armata għall-festa. Tassew li l-festa tal-Madonna tal-Karmnu minn dejjem kienet magħrufa għall-armar rikk li jżejjen it-toroq tal-Kapitali!

Bdew jaslu lura t-tpinġijiet tagħkom it-tfal!

Proset lil Elias u lil Andrea Buttigieg.

Ejjew ħa nimlew Facebook bit-tpinġijiet tagħkom u flimkien ngħajtu VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!

Komplu ibgħatulna t-tpinġijiet tagħkom!

LIT-TFAL LI BĦALISSA JINSABU D-DAR

Filwaqt li nħeġġukom tistudjaw u tagħmlu x-xogħol li l-għalliema qed jgħaddulkom, aħna se nagħtukom ukoll biċċa xogħol biex tagħmluha fil-ħin liberu tagħkom.

Din hija stampa tal-Madonna tal-Karmnu biex intom tpinġuha

Għidu lill-ġenituri tagħkom biex jipprintjawilkom, pinġuha, ħudu ritratt tagħha u ibgħatuhielna lura.

Se nippubblikawhom kollha fuq din il-paġna!

F'idejkom!

BONĠU KARMELITANI! BONĠU DEVOTI!

Tinkwetawx! Jaslu żminijiet isbaħ!

Sadanittant nibqgħu nduru lejn il-Patruna Tagħna u b'qalbna qawwija ngħidulha: 'FIK ITTAMMAW MISSIRIJIETNA U INTI ĦLISTHOM'

Fik Ittamaw Missirjietna

Aktar gallariji armati bix-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu.

'Qatt ma nstema' li xi hadd intefa' taht il-harsien tieghek, talbek il-ghajnuna u inti ma smajtux'

VIVA SAN ĠUŻEPP

LIVE FL-10AM MIS-SANTWARJU BAŻILIKA

FIK ITTAMAW MISSIRIJIETNA

Ħafna laqgħu l-istedina tagħna u ramaw il-gallarija tagħhom bix-xbieha tal-Madonna. Ibqgħu ibgħatulna r-ritratti tal-gallariji tagħkom armati!

Gesù dejjem ġera lejn ommu u f'idejha sab il-kenn. Minn fuq is-Salib tahielna biex tkun ommna, mela ejjew aħna wkoll niġru għandha u f'idha nsibu kenn

Fik ittamaw missirijietna

MA NIXBGĦU QATT INĦARSU LEJK!

Illum is-16 tax-xahar! Bħal-lum erba' xhur, il-Belt Valletta tkun fis-seba' sema! Bħal-lum erba' xhur, il-Beltin u l-Maltin jinġabru madwar il-Madonna tal-Karmnu!

O Madonna tal-Karmelu
Ma nixbgħux inħarsu lejk,
Ibqa' żomm dik ħarstek fuqna,
sa ma lkoll ninġabru ħdejk.

#Festa2020 #125SenaBażilikaMinuri #450SenaKarmelitaniFilBelt

Carmelite Priory Valletta

Nitolbu flimkien ir-Rużarju quddiem ix-Xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu

Carmelite Priory Valletta

Segwi l-kurunella u t-talba tas-Supplika quddiem ix-Xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu, illum f'nofsinhar

Carmelite Priory Valletta

Ingħaqdu magħna biex flimkien nitolbu t-talba tar-Rużarju quddiem ix-Xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu, mis-Santwarju Bażilika tagħha.

KULJUM FIS-6:00PM

youtube.com

innu Madonna tal-Karmnu #2019

'Fil-Labtu li tajtna, insibu l-mistrieħ...'

Taħt Ħarstek Nistkennu, Omm Għażiża Tagħna

illum.com.mt

Is-Santwarju tal-Karmnu jiġbor aktar minn €6,000 għall-familja Pace

Grazzi kbira f'isem il-familja ta' Miriam Pace.

illum.com.mt Miriam Pace kellha ħafna għall-qalba dan is-Santwarju Marjan u fih ingħatat l-aħħar tislima  

XAHREJN OĦRA

Xahrejn oħra terġa' ddur itterraq fit-toroq tal-Belt tagħna u b'ħarstek isserraħ qalb dawk li sa minn dejjem għażluk b'Patruna tagħhom u raw fik l-Omm tal-Faraġ!

Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nagħtukom aktar dettalji tal-festi speċjali li se jkunu qed isiru fix-xahar Marjan ta' Mejju meta l-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu se tkun esposta fil-Bażilika ta' Porto Salvo u San Duminku biex nhar l-10 ta' Mejju tinħareġ f'pellegrinaġġ ta' talb madwar it-toroq tal-Belt Valletta, bis-sehem taż-żewġ baned Beltin u diversi għaqdiet tal-Kapitali.

Il-programm ikompli fuq diversi jiem biex niċċelebraw kif jixraq il-125 anniversarju minn meta s-Sanwtarju tal-Karmnu sar Bażilika Minuri u minn meta, 450 sena ilu, il-Karmelitani daħlu fil-Belt Valletta

Taħt Mantarek Lill-Belt Żomm

#125SenaBażilikaMinuri #450SenaKarmelitaniFilBelt

MILL-MAHZEN

Il-hidma tkompli u ma taqta' xejn fi triqitna lejn Lulju, ix-xahar tas-Sultana tal-Kapitali

Kollox mill-aqwa u mill-ahjar ghax hekk jixraqilHa

#125SenaBazilikaMinuri #Festa2020 #450SenaKarmelitaniFilBelt

Bhal-lum sena, ix-xewqa tal-Karmelitani Beltij saret realtà. Bhal-lum sena gie inawgurat ic-Centru tal-Ghaqda Festa Madonna tal-Karmnu, Gourmet Cafe u s-sala tal-Kumitat tal-Festa.

Grazzi lil dawk kollha li kellhom sehem.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Minn Fomm il-Karmelitani

Location

Address


Old Theatre Street
Valletta
VLT1535
Other Catholic churches in Valletta (show all)
קתדרלת פאולוס הקדוש קתדרלת פאולוס הקדוש
Independence Square
Valletta, VLT1535

Igreja de São João Igreja de São João
St John's Street
Valletta, VLT 1156

Parroċċa San Pawl Nawfragu, Valletta Parroċċa San Pawl Nawfragu, Valletta
74, St. Paul's Street
Valletta, VLT 1212

St. Paul's Shipwreck Collegiate Church in Valletta Malta

The Oratory at the Jesuits' Church The Oratory at the Jesuits' Church
Archbishop Street
Valletta, MALTA

The Oratory Concert Series is more than just a music and art experience. Proceeds from the concerts will go towards supporting vital research.

Iglesia de los Jesuitas Iglesia de los Jesuitas
Merchant Street
Valletta

Church of St Nicholas, Valletta Church of St Nicholas, Valletta
St. Nicholas St
Valletta

Sarria Church Sarria Church
Triq Sarria
Valletta