Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA

Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA

Comments

Ilwien il-Festi Maltin - Vol 9.
Fraternament....awguri Fil Festa taghkhom f isem il Fratellanza S.Smu Ruzarju Gudja AD 1588
Fenkata nhar is-Sibt 29 ta'Settembru,quddiem il-kazin.Hin mit-8pm l quddiem.Prezz ghal kbar hu ta 12e li jikkonsisti platt spaghetti bhala starter,fenek moghqli bic-chips bhala maincourse..Ghal min ma jikolx fniek ser ikun hemm majjal ukoll..Dawk interessati huma miluba genilment jaghmlu kuntatt mieghi jew xi membru mis sezzjoni nar..Grazzi ta l appogg dejjem!!! 🍝🍗🍖🍟🍷
Awguri ghal festa min ghand il membri tal Fratellanza S.Smu Ruzarju Gudja A.D 1588
Awguri ghal festa...min ghand il membri tal Fratellanza S.Smu Ruzarju Gudja A.D 1588
Prosett enormi tal gandlieri....first class
GHANDA WIGGA VERU SABIEH IL MADONNA IZOMM IDEJHA FUQKHOM

Il-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina hi mwaqqfa fil-Parroċċa ta' Ħal Tarxien.

Fl-1748, fil-parroċċa ta' Ħal Tarxien twaqqfet il-Kongregazzjoni tal-Madonna tad-Duttrina mill-Isqof Alpheran De Bussan. Għal żmien twil il-kongregazzjoni kienet tieħu ħsieb it-tagħlim tad-duttrina fil-parroċċa filwaqt li bdiet ixxerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duttrina. Il-membri u l-interess fil-kongregazzjoni kompla jikber, hekk li fl-1874 b'ħidma tal-kappillan Dun Pawl Lauron il-kongregazzjoni ġiet ravvivata bħala Fratellanza b'digriet ta' Mons Carmelo Conti Scicluna - Vigarju Ġenerali. Dik is-sena wkoll wasal f'Malta l-inkwadru ovali tal-Madonna tad-duttrina li tpitter f'Ruma minn Pietro Gagliardi. Dan l-inkwadru tpoġġa fuq l-artal tal-kappellun tax-xellug, l-istess artal li fuqu twaqqfet il-Fratellanza. Fl-1877 il-Fratellanza ħadet ħsieb tordna vara tal-Madonna tad-Duttrina għand l-artist Ġilormu Darmanin. Mal-wasla tal-vara l-festa, li kienet bdiet issir minn ftit snin qabel, kompliet tikber. Matul is-snin il-Fratellanza għamlet u għadha tagħmel bosta opri artistiċi li jżejnu l-knisja Parrokkjali fil-jiem tal-festa tal-Madonna tad-Duttrina. Matul iż-żmien il-Fratellanza għaddiet minn bosta bidliet iżda l-akbar bidla saret fl-2007 meta sar statut ġdid. Minn dakinhar il-Fratellanza bdiet tieħu ħsieb aktar il-formazzjoni tal-membri blili torganizza, rtiti, seminars u adorazzjoni fost attivitajiet reliġjużi oħra. Ma jistax jonqos li l-Fratellanza tieħu sehem fil-purċissjonijiet li jsiru fil-parroċċa u torganizza l-festa interna tal-Madonna tad-Duttrina li ssir kull sena fit-tielet Ħadd ta' Lulju.

Mission: It-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duttrina. Il-meditazzjoni u t-tagħlim fuq Marija. Tieħu ħsieb il-patrimonju u l-artal tal-Madonna tad-Duttrina. Tiċċelebra l-festa tal-Madonna tad-Duttrina. Tipparteċipa fil-purċissjonijiet tal-parroċċa.

Parroċċa Ħal Tarxien

X'għandek tagħmel biex tieħu sehem fil-Quddiesa minn nhar is-Sibt 13 ta' Ġunju?

Fil-31 ta' Mejju, bil-ferħ infakkru għeluq il-146 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina bit-tħabrik tal-Kappillan Dr Dun Pawl Lauron. Nawguraw aktar snin ta' ħidma!

vaticannews.va

Pope Francis to pray the rosary with the Shrines of the world - Vatican News

vaticannews.va The Pontifical Council for Promoting the New Evangelization announces that Pope Francis is to join Marian sanctuaries across the world, to pray to the ...

Parroċċa Ħal Tarxien

‼️AVVIŻ IMPORTANTI DWAR IL-FUNERALI FIL-PARROĊĊA TAGĦNA.‼️

B’referenza għad-direttivi maħruġa fit-22 ta' Mejju 2020 għall-Arċidjocesi ta’ Malta (https://church.mt/direttivi-dwar-il-quddiesa-tal-funeral/), il-Quddiesa ta’ funerali fil-Parrocca Marija Annunzjata Ħal Tarxien se tkun qed tiġi ċċelebrata fil-miftuħ, fuq iz-zuntier tal-Knisja. Barra minn hekk, jeħtieġ li wieħed iżomm id-distanza soċjali skont marki apposta mħejjijin fil-post u r-rispett ta’ numru massimu ta’ dawk li jistgħu jattendu – 24 persuna.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Parroċċa Ħal Tarxien

AWGURI
Nawguraw lill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta' għeluq sninu. AD MULTOS ANNOS!

Fratellanza San Ġużepp Żurrieq

Illum jum l-ewwel dehra ta' Ommna Marija gewwa Fatima.

Taħt il-ħarsien tiegħek, nistkennu, omm qaddisa ta’ Alla. La tistmerrx it-talb tagħna fi ħtiġijietna, iżda dejjem eħlisna minn kull tiġrib, o verġni glorjuża u mbierka. Amen.

Is-Sliem Għalik Sultana.

Talba tal-Papa Franġisku għal-dan iż-żmien.

“Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu, Omm Qaddisa ta’ Alla”.



Fil-qagħda drammatika ta’ bħalissa, mimlija tbatija u wġigħ li qed jifnu lid-dinja kollha, lejk induru, Omm Alla u Omm tagħna, u nfittxu l-kenn taħt il-ħarsien tiegħek.



O Verġni Marija, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena f’din il-pandemija tal-Coronavirus, u farraġ lil dawk li jħossuhom imfarrka u qed jolfqu minħabba fl-għeżież tagħhom mejtin, xi drabi midfuna b’mod li jħalli ġerħat miftuħa fir-ruħ tagħhom. Wieżen lil dawk li huma mħassbin għall-persuni morda li, biex ma jirriskjawx li jittieħdu, ma jistgħux ikunu qrib tagħhom. Imla bil-fiduċja lil min jinsab anzjuż għall-futur inċert u għall-konsegwenzi fuq l-ekonomija u fuq ix-xogħol tiegħu.



Omm Alla u Omm tagħna, itlob għalina quddiem Alla, Missier il-ħniena, biex din il-prova iebsa tintemm ħa nerġgħu naraw ix-xefaq tat-tama u tas-sliem. Bħal f’Kana, indaħal int quddiem l-Iben Divin tiegħek, u itolbu jrodd faraġ lill-familji tal-morda u tal-vittmi u jiftħilhom qlubhom għall-fiduċja.



Żomm idejk fuq it-tobba, l-infermiera, il-ħaddiema fl-isptarijiet, il-voluntiera li f’dan il-perjodu ta’ emerġenza jinsabu fuq quddiem nett u qed iqiegħdu ħajjithom f’riskju biex isalvaw ħajjiet oħra. Sieħeb int it-taħbit erojku tagħhom u agħtihom il-qawwa, it-tjieba u s-saħħa.



Kun qrib ta’ dawk li lejl u nhar jassistu lill-morda kif ukoll tas-saċerdoti li, b’attenzjoni pastorali u ħeġġa evanġelika, qed ifittxu li jgħinu u jwieżnu lil kulħadd.



Verġni Mqaddsa, dawwal l-imħuħ tan-nies tax-xjenza, biex isibu soluzzjonijiet ġusti ħalli tingħeleb din il-marda.



Għin lill-Mexxejja tan-Nazzjonijiet, biex iħabirku b’għerf, għożża u ġenerożità, jagħtu l-għajnuna lil dawk li m’għandhomx il-meħtieġ biex jgħixu, jippjanaw soluzzjonijiet soċjali u ekonomiċi b’viżjoni fit-tul u bi spirtu ta’ solidarjetà.



Marija Santissma, miss il-kuxjenzi biex is-somom enormi ta’ flus użati biex jiżdiedu u jissaħħu l-armamenti jintużaw minflok biex jippromovu studji tajba b’risq il-prevenzjoni ta’ katastrofi simili fil-futur.



Maħbuba Omm tagħna, seddaq fid-dinja kollha s-sens ta’ appartenenza għal familja waħda kbira, fl-għarfien tar-rabta li xxierek lil kulħadd, biex bi spirtu ta’ aħwa u ta’ solidarjetà nagħtu l-għajnuna tagħna f’tant sitwazzjonijiet ta’ faqar u ta’ miżerja. Ħeġġiġna biex inżommu sħaħ fil-fidi, nipperseveraw fil-qadi, u ma nehdew qatt nitolbu.



O Marija, Faraġ tal-imġarrbin, ħaddan miegħek lil uliedek kollha tturufnati u itlob lil Alla biex ma jdumx ma jerfa’ d-driegħ setgħan tiegħu u jeħlisna minn din l-epidemija terribbli, biex hekk il-ħajja tista’ terġa’ lura b’serenità għar-ritmu normali tagħha.



Fik nafdaw, int li bid-dija tiegħek iddawwal il-mixja tagħna bħala sinjal ta’ salvazzjoni u ta’ tama, o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija. Amen.

Insellmu lil-Marija fix-xahar iddedikat lilha.

Fil-ħlewwa ta' Mejju
Omm tagħna Marija
O kemm idoqq ħlejju
Dak ismek sabiħ.

Kemm toħroġ qawwija
Dil kelma min qalbna
Bit-tama li talbna
Jgħatik l-akbar gieħ.

Parroċċa Ħal Tarxien

Minn nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Mejju, kull nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa se nkunu qed nwasslulkom LIVE fuq Facebook ir-Rużarju minn toroq differenti tal-Parroċċa.

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta' Mejju.....

twitter.com

Pope Francis on Twitter

twitter.com “The Christian response to the storms of life and history can only be mercy: compassionate love among us and toward everyone, especially toward those who suffer, who have more difficulties, and are abandoned.”

Parroċċa Ħal Tarxien

Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina...

O Alla ta’ dejjem, li l-Ħniena Tiegħek hija bla tmiem, u t-teżor tal-mogħdrija Tieghek qatt ma jispiċċa, ħares bit-tjieba lejna u kattar il-Ħniena Tiegħek fina, sabiex fil-mumenti tqal tal-ħajja, aħna ma naqtgħux qalbna u lanqas nibżgħu, imma b’fiduċja kbira noqogħdu għar-rieda mqaddsa Tiegħek, li hija l-istess Imħabba u Ħniena. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.

Ħniena Divina, Jiena nafda Fik.

Archdiocese of Malta

Mons. Arċisqof Charles Scicluna jimxi f'pellegrinaġġ privat mill-Kappella ta’ San Klement għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun

Parroċċa Ħal Tarxien

Minn għada it-Tnejn......

ALLELUJA

Rai1

"Sono vicino ai più sofferenti, al dolore nel mondo ma guardando la speranza, che non delude"
La telefonata di #PapaFrancesco oggi #10aprile a #ASuaImmagine
#Rai1

NADURAWK O GESU U NBERKUK

Parroċċa Ħal Tarxien

ILLEJLA......

Parroċċa Ħal Tarxien

IT-TRIDU TAL-GĦID
Facebook LIVE

Matul dawn il-ġranet, mill-llum Ħamis ix-Xirka sal-Għid il-Kbir ser inkunu qed inxandru l-funzjonijiet solenni ta' dawn il-festi u mumenti ta' talb mill-Kleru tal-parroċċa.

Inħeġġukom biex bħala familja tingħaqdu magħna minn djarkom permezz tal-live streaming fuq il-paġna ta' Facebook - PARROĊĊA ĦAL TARXIEN.

Parroċċa Ħal Tarxien

Il-Programm tal-Vġili tal-Għid u l-Għid il-Kbir li ħejjiet il-Parroċċa tagħna biex issegwuwna minn djarkom f'dawn iċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu flimkien.

Nawgurawlkom minn qalbna Għid Qaddis lilkom lil Familji tagħkom u nħeġġukkom biex jista' jkun nibqgħu ġewwa u nsegwu d-direttivi li jagħtuna.

#tarxien #arcipretali #familjawahda

Parroċċa Ħal Tarxien

Il-Ġimgħa l-Kbira....

Parroċċa Ħal Tarxien

Ħamis ix-Xirka......

Messaġġ siewi minnn Fr Hilary Tagliferro, ukoll iben il-parroċċa tagħna.

KELMTEJN minn Fr. Hilary Tagliaferro li kiteb ghall-membri li kienu jattendu l-Oratorju Hal-Tarxien imma li jghoddu ghalina lkoll!

INKOMPLI NAQSAM MAGĦKOM ĦAJTI

Meta kont tifel jien, bil-bombi niżlin fuq rasna, l-akbar qatla tiegħi kienet li rrid ninżel fix-xelter u nieqaf nilgħab il-ballun fit-triq! Il-ballun kien taċ-ċarruta li konna nixtruh sold – (żgur inqas minn 50c.) minn għand il-Landiera – il-ħajjata ta' Simons Avenue Hal-Tarxien. Min hu tampari jiftakaraha zgur!! Din kienet ħajjata prima imma ċ-ċraret tal-ħwejjeġ li kien jifdlilha meta kienet tħit, ma kinitx tarmihom imma tagħmel dawn il-blalen għalina u taqla xi haġa extra. Il-blalen kbar kienu jqumu 3 soldi, u konna niġbruhom bejnietna.
.
Kien żmien ikraħ għalina u fit-tul ukoll, imma għal grazzja t’Alla għaddejnih u meta għaddiet il-gwerra 1940-44 stajna bil-mod il-mod niġu lura għan-normal.

F’dawn il-ġranet koroh li għaddejjin minnhom, kollox maghluq u aħna magħhom qeghdin ġewwa ma stajtx ma niftakarx f’dawk iż-żminijiet! U niftakar ukoll fikom u fl-Oratorju u fic-Centru. Għax fil-ħemda u l-kwiet, il-passat jiġi kollu mill-ġdid quddiemek u dak li għaddejna minnu fl-Oratorju. Kelli 25 sena meta bdejt u kien kuntrast ma' dak li għaddejna minnu fil-Gwerra, li ma kienetx ilha wisq li spiċċat!! U ma kellnix mobile, la TV l-anqas internet!!!! Il-qaghda kienet agħar mil-lum!! Lanqas fl-Oratorju u iżjed u iżjed fil-Gwerra ma kellna dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandna llum.

Imma għaddejna ukoll!

Qed niktbilkom biex tagħmlu kuraġġ ! Jien daqskom qed nimmissja l-futbol fuq it-TV. Imma nappellalkom biex dan iż-żmien tapprezzawh u tużawh mill-aħjar li tistgħu. Ha nghidilkom kif qed inqattaghha jien u ippruvaw ghamlu bħali:
Żomm il-kalma. U kun okkupat il-ħin kollu. Ghid grazzi lil Mulej kif tqum li inti ħaj!
Oħloq rutina. Mhux ghax għandek aktar ħin qed tibqa' titghażżen fis-sodda. Qum fil-ħin tas-soltu u tibqax bil-pigama il-ġurnata kollha.
Inħasel u qaxxar il-leħja bhas-soltu. Tintelaqx!
Aghmel xi ezercizju fiżiku li tiflaħ tagħmel. Jien fin-nuqqas tal-għawm qed nitla' fuq il-bejt u noqghod indur qisni l-ħmar tas-sienja ghal mhux inqas minn 20 minuta!
Aqra ktieb. Qatt ftaħtha l-Bibbja? Ibda mill-Vangelu ta’ San Mark u tara xi sbuhija. Inħobbu ħafna l-qari imma rrid background music – jien inhobb il-Bach u qed nisma hafna l-orgni li nhobb u ndoqq xi ftit ukoll. Aktar ta gosti poplari fittxu fuq You Tube Andre’ Rieu jew Hauser bil-vjolinċell u lanqas tarawh il-ħin!
Naddaf xi gwardarobba , jew xi garage li ilek taħseb fuqu imma qatt ma sibt hin.
Fil-ħin tal-ikel sajjar int u kull bil-qalb mal-familja u hu tazza nbid! Irrid nistrih wara l-ikel imqar nofs siegħa imma mhux nibqa fis-sodda xi saghtejn!!
Taghmilx żmien twil żejjed quddiem it-TV jew l-internet imma varja l-interessi tieghek!
Uża l-mobile, internet Skype biex tkellem l-gheżież u l-ħbieb tieghek. Jekk tiftakar f’xi habib jew ġirien li hu waħdu tih telefonata!!
Isma quddiesa fuq it-TV jew ghid ir-Rużarju ghax il-Mulej biss irid joħroġna minnha din.
Obdi id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u kkopera bl-umilta’ kollha biex ma tkunx periklu ghal min hu anzjan bhali jew vulnerabbli u għalik ukoll.
Ikkonvinċi ruħek li din il-pandemija se ddum u ghandna xi ndumu mingħajr futbol (li nerga nghid nimmissja ħafna). Ghalhekk kun ippreparat għal żmien twil ġewwa biex meta jerġa jiġi tgawdih aktar u issa ma tbatix!

U bil-ghajnuna t’Alla noħorġu minnha u nsibu li sirna persuni aħjar !
Tinsabu fit-talb tiegħi ilkoll.

Fr Hilary

Parroċċa Ħal Tarxien

Illejla.....

inewsmalta.com

“Il-bniedem marid jew le, lilna bħala Kapuċċini ma jbeżżagħniex”

Iben il-parrocca taghna fil-qalba tal-isptar Mater Dei flimkien mal-patrijiet shabu. Nitolbu ghalihom.

inewsmalta.com Wieħed mill-Kappillani tal-Isptar Mater Dei li jżur pazjenti bil-Covid-19 għal sostenn spiritwali Minn MARIA AZZOPARDI Fr Bertrand Vella, Fr Mario Borg u Fr Elmar Pace huma tliet Kappillani ġewwa l-Isptar Mater Dei li f’dan il-mument qed jgħixu ‘l bogħod mill-kunvent tagħhom biex jagħtu ...

Parroċċa Ħal Tarxien

Minn nhar it-Tnejn......

#tarxien #arcipretali #familjawahda

Confederazione Confraternite Diocesi d'Italia

Dalla Francia, un esempio di pietà verso i defunti

Dai nostri Confratelli francesi riceviamo una bella storia da raccontare e diffondere, ossia come le confraternite dei Charitables di Béthune, nel nord della Francia, continuano ad accompagnare i morti al cimitero e assistono nella sepoltura (v. articolo allegato). Questa è infatti la loro missione da secoli, come anche quella dei Charitons, anch’essi in Normandia. Si stima il numero complessivo delle due tipologie in circa 60 confraternite con circa 2.000 membri. Gli Charitons sono associati alla Maintenance, una cui rappresentanza era presente anche al recente Forum paneuropeo di Lugano. La bella notizia è anche rimbalzata sui giornali di tutto il mondo. Sono devoti a S. Eligio (St. Éloi), che qui si vede rappresentato in processione. L'articolo è in francese ma abbastanza comprensibile.

Parroċċa Ħal Tarxien

Nhar il-Ħadd ngħatu bidu l-Ġimgħa Mqaddsa li se twassalna għal akbar festa tal-Qawmien ta' Sidna Ġesù Kristu mill-mewt.

Din is-sena ser niċċelebraw dawn il-festi differenti mis-soltu. Nħeġġukom li ssegwuwna fuq Facebook u nfakkrukom li ebda ċelebrazzjoni mhu se tkun miftuħa għall- pubbliku.

#tarxien #arcipretali #familjawahda

Parroċċa Ħal Tarxien

Wieqfa kienet, imbikkija,
l-Omm ħdejn Binha
fit-tbatija, fuq salib imdendel.

Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa ta' Marija Addolorata. Nisteddnukom biex tingħaqdu magħna f'dawn iċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom permezz ta' Facebook Live fuq il-paġna - PARROĊĊA ĦAL TARXIEN.

#tarxien #familjawahda #avemaria #randan2020

Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien

Illum insellmu l-memorja ta' ħuna Renzo Gauci li kieku llum għalaq 61 sena. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Tarxien?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Waqt iż-żjara fl-ispter San Vinċenz.

Location

Address


Knisja Parrokjali
Tarxien
Other Religious Organizations in Tarxien (show all)
Ħal Tarxien tal-Lunzjata Ħal Tarxien tal-Lunzjata
Tarxien

Ħal Tarxien...Ir-raħal tal-Lunzjata! It-Tarxiniżi jorqdu u jqumu bil-Lunzjata, f'moħħhom u f'qalbhom!

SGAT youth SGAT youth
Sisters Street
Tarxien, MALTA

To help youth grow in their faith and become fruitful members of the community. Offering the possibility of various missionary experience.

SDC Museum Tarxien SDC Museum Tarxien
63, Triq It-Tempji Neolitiċi
Tarxien, TXN 1064

The Society of Christian Doctrine M.U.S.E.U.M. was founded by Saint George Preca in Malta in 1907. Our centre opened in 1909 and since then offered Catechism classes and other sport and social activities to boys aged 6 to 16 on a daily basis.

Parroċċa Ħal Tarxien Parroċċa Ħal Tarxien
35, Triq Il-Kbira
Tarxien, PLA12

Parish activities and community life