SDC Museum Tarxien

The Society of Christian Doctrine M.U.S.E.U.M. was founded by Saint George Preca in Malta in 1907. Our centre opened in 1909 and since then offered Catechism classes and other sport and social activities to boys aged 6 to 16 on a daily basis.

Parroċċa Ħal Tarxien

AVVIŻ:

Infakkru lil Ġenituri ta' dawk l-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma tal-Isqof f' Novembru li ġej biex jieħdu l-formoli li rċevew miċ-ċentri tal-Katekiżmu fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-aħħar ta' Frar.

F'każ ta' xita, niltaqgħu l-Museum fit-8:30am sabiex ikollna ħin ta' logħob fil-Qasam u wara nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-10:30am fil-Knisja ta' Kristu Rxoxt (Tal-Erwieħ). Filgħaxija ma niltaqgħux.

Infakkru li fil-qasam ser ikollna l-parties tal-Milied f'dawn id-dati:

Party tal-klassijiet iż-żgħar:
Il-Ħamis 2 ta' Jannar 2020 fis-5.45pm sas-7.15pm.

Party tal-klassijiet il-kbar:
Is-Sibt 4 ta' Jannar 2020 fis-6.15 sat-7.45pm.

SDC Museum Tarxien's cover photo

STEDINA
Nhar il-Ġimgħa li ġej, 3 ta' Jannar 2020, is-SDC se tkun qed ittella' l-Attività għall-Magħżulin u l-Aspiranti (mill-Form 2 sal-Form 5) flimkien mal-ġenituri tagħhom.

Din se ssir fl-Awditorium fil-Blata l-Bajda u tibda fis-7.00pm, bit-tema "Fejn hu?"

Is-26 ta' Diċembru - Festa ta' San Stiefnu

Illejla, l-gruppi tal-5 u s-6 sena, l-Magħżulin u l-Aspiranti niltaqgħu l-Museum fis-6:45pm biex niċċelebraw il-ħajja ta' San Stiefnu, l-ewwel martri. Wara jkollna ħin ta' logħob sat-7:45pm.

San Ġorġ Preca kellu devozzjoni speċjali lejn San Stiefnu. Mhux biss għażlu bħala l-qaddis protettur tal-virtu tal-Manswetudni imma wkoll riedu jkun protettur ta' dawk li qed iħejju ruħhom biex isiru membri sħaħ fil-Museum.

SDC Museum Tarxien's cover photo

Parroċċa Ħal Tarxien

Il-Programm tal-funzjonijiet ta' Lejlet u nhar il-Milied 2019.

Nawgurawlkom minn qalbna l-Milied it-Tajjeb lilkomu lil Familji tagħkom.

Parroċċa Ħal Tarxien

Mill-llum nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied.

In-Novena tal-Milied se tkun il-Ħdud qabel il-quddiesa tal-5:30pm, is-Sibt qabel il-Quddiesa tas-6:00pm u matul-il-ġimgħa wara l-Quddiesa tas-6:30pm.

Nhar it-Tlieta l-10 ta' Diċembru nistiednu lill-gruppi tal-5 u s-6 sena (Y6 u F1), il-Magħżulin u l-Aspiranti biex jingħaqdu magħna ħalli mmorru naraw id-dramm 'Sliem fuq l-art - L-istorja ta' Ġużeppi' fl-iskola St. Michael, Ħal Qormi. Se niltaqgħu biex nitilqu mill-MUSEUM fis-6:30pm. Inkunu lura fid-8:45pm.
Il-gruppi ta' bejn l-1 u r-4 sena (Y1 - 5) ikollhom kunċert tal-Milied fil-kappella tal-Qasam fil-ħin tas-soltu.

Niltaqgħu l-MUSEUM fid-9am biex immorru flimkien fil-forti Sant'Anġlu fejn qed tittella' l-attività 'Christmas at the Fort'. Wara li nduru dawra mal-Forti, nieħdu sehem fil-quddiesa tal-10:30 am fil-Forti stess u wara nkunu lura l-MUSEUM f'12pm. Filgħaxija ma niltaqgħux.

SDC Museum Tarxien's cover photo

Esebizzjoni mtella' fil-Knisja Arċipretali ta' Ħal Tarxien dwar l-istorja tal-Qasam tal-MUSEUM f'dan il-lokal fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-110 snin mill-ftuħ tal-Qasam f'Ħal Tarxien.

Parroċċa Ħal Tarxien

Lejlet is-Solennita' ta' Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu......
.
.
#tarxien #arcipretali #familjawahda #flimkienmaġesu

Parroċċa Ħal Tarxien

Infakkru li llum, it-Tnejn 4 u għada, t-Tlieta 5 ta' Novembru, l-MUSEUM se jkun miftuħ bħas-soltu. Napprezzaw ħafna li tgħaddu dan l-avviż lill-oħrajn. Grazzi ħafna u l-paċi magħkom.

Awguri lill-ommijiet kollha u grazzi tal-koperazzjoni tagħkom magħna għal ġid ta' uliedkom. Marija, l-Omm tagħna, tħariskom!

Infakkrukom li illejla it-tfal tal-klassijiet il-kbar niltaqghu fl-4.30pm ghal harga.

Nhar il-ĦAMIS 9 ta’ Mejju hija l-festa ta’ SAN ĠORĠ PRECA. Biex inroddu ħajr lill-Mulej għal dak kollu li agħmel magħna permezz tiegħu, se nieħdu sehem fl-Ewkaristija (Quddiesa) fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien. Din tibda fis-6.30pm. Nixtiequ ħafna li intom, ġenituri u t-tfal tagħkom, tieħdu sehem magħna f’din il-FESTA. Għalhekk minn qalbna nistidnukom biex tissieħbu għal din iċ-ĊELEBRAZZJONI. Dakinhar, niltaqgħu l-knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa, it-tfal u l-ġenituri se niltaqgħu l-MUSEUM biex nieħdu xi ħaġa flimkien.

Ejjew nagħmlu FESTA xierqa lil SAN ĠORĠ PRECA.

Nhar il-Hamis li gej, quddies specjali ghal festa ta’ San Gorg Preca fil-Knisja parrokjali.

SDC Museum Tarxien's cover photo

[05/03/19]   Is-Sibt 4 ta' Mejju, l-Maghzulin u l-Aspiranti ser nitilqu mil-Muzew fis-7.00pm u ser imorru il-qasam ta' Wied il-Ghajn. Wara il-laqgha li ser ikollna flimkien, ser nieklu xi haga minn hemm hekk. Inkunu lura ghal xi l-10.15pm.

SDC Museum Tarxien's cover photo

Illejla niltaqghu fil-5.30pm hdejn il-Muzew biex flimkien nattendu ghal purcissjoni tad-Duluri u nitolbu ruzarju.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Tarxien?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


63, Triq It-Tempji Neolitiċi
Tarxien
TXN 1064

Opening Hours

Monday 18:45 - 19:45
Tuesday 17:45 - 19:45
Thursday 17:45 - 19:45
Friday 18:45 - 19:45
Saturday 18:15 - 19:45
Other Tarxien places of worship (show all)
Parroċċa Ħal Tarxien Parroċċa Ħal Tarxien
35, Triq Il-Kbira
Tarxien, PLA12

Parish activities and community life

Festa Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien Festa Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien
Triq Birbixkilla
Tarxien, TXN 2330

Festa Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien 19 ta' Lulju 2020

Ħal Tarxien tal-Lunzjata Ħal Tarxien tal-Lunzjata
Tarxien

Ħal Tarxien...Ir-raħal tal-Lunzjata! It-Tarxiniżi jorqdu u jqumu bil-Lunzjata, f'moħħhom u f'qalbhom!

SGAT youth SGAT youth
Sisters Street
Tarxien, MALTA

To help youth grow in their faith and become fruitful members of the community. Offering the possibility of various missionary experience.

Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA
Knisja Parrokjali
Tarxien

Il-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina hi mwaqqfa fil-Parroċċa ta' Ħal Tarxien.