Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien

Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien

Comments

Nawguralkom l-isbaħ xewqat għall-festa tal-Madonna tad-Duttrina. Ma stajtx inkun Malta minħabba impenji oħra fi Brussell, għaliex jaħbat il-Jum Nazzjonali tal-Belġju. Awguri mill-ġdid u tislijiet minn qalbna minn Brussell. Bonne fête a tous.
Fenkata nhar is-Sibt 29 ta'Settembru,quddiem il-kazin.Hin mit-8pm l quddiem.Prezz ghal kbar hu ta 12e li jikkonsisti platt spaghetti bhala starter,fenek moghqli bic-chips bhala maincourse..Ghal min ma jikolx fniek ser ikun hemm majjal ukoll..Dawk interessati huma miluba genilment jaghmlu kuntatt mieghi jew xi membru mis sezzjoni nar..Grazzi ta l appogg dejjem!!! 🍝🍗🍖🍟🍷
EASTER LUNCH (three course meal),il-Hadd l-1 t'April 2018.Hin mis-1pm l'quddiem.Ikel ghal kbar; timpana(starter),laham taz-ziemel jew chicken breast (maincourse),imqaret bil-gelat(deserta).Ikel ghat-tfal;chicken nuggets bic-chips,gelat u rigal relatat ma'l-Ghid.Prezz tal-kbar 14e u tat-tfal 8e.L-attivita ser issir gewwa l-kazin.Dawk interessati huma gentilment jaghmlu kuntatt mieghi jew ma xi membru minn tas-sezzjoni zghazagh.Grazzi ta' l-appogg dejjem,narawkom!!
Is-sezzjoni zghazagh ser torganizza ikla kbira tal-milied.Data is-Sibt 16 ta'Dicembru gewwa Sala Dar Nazaret.Hin mit-8pm l quddiem.Prezz 16e tal-kbar u 8e tat-tfal.Menu tal-kbar;starter- timpana,maincourse- half chicken/laham/hut,deserta-profiteroles.Menu tat-tfal ;chicken nuggets u deserta(jinaghta rigal mill-father christmas).Waqt is-serata ser jittellaw ukoll spot prizes..dawk interessati huma mitluba javvicinaw membru minn tas- sezzjoni mill-aktar fiss possibli..Grazzi ta'l-appogg!!
Ikla mixed grill nhar il gimgha 6 t'ottubru.dawk interessati huma mitluba jikkuntattjaw lili jew membru mis s.z.p.d.Grazzi ta l appogg dejjem ☺
Bongu Soci u Partitarji!! Infakkarkom li illejla niltaqghu fl 15.45pm il pjazza ghal harga ta Kemmuna. Grazzi.
Nirringrazzja lil dawk kolla li illejla kieku ta ghajnuna kbira sabiex dahhalna l vara lura posta fin nicca taghha. Grazzi lil kulhadt.
Lfesta ttajba lil kulhadd. J'Alla tkun festa sabiha u jmur kollox bwicc lgid :)
F'isem il-President u l-Kumitat kollu tas-Socjeta de Paule, Banda Kristu Re u l-ferghat kollha fi hdanha nixtiequ nawguraw lid-duttrinisti kollha l-Festa tajba u sucessi kbar ghal-futur ta' din l-ghaqda taghkhom. Awguri mill-qalb hbieb.

Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien

Il-festa tal-Madonna tad-Duttrina f’Hal Tarxien ilha ssir minn qabel twaqqfet il-Fratellenza ddedikata lilha. Fil-bidu l-festa kienet taghmilha l-Kongregazzjoni li fl-1874 saret Fratellanza u baqgħet tagħmel il-festa. Ghalkemm, il-festi f’dawk iz-zminijiet ma kinux bhal tal-lum, jinghad li kienet issir festa kbira. Dan jixduh l-ispejjez relatati mal-festa fil-kotba tal-Fratellanza. Maz-zmien bosta individwi bdew jieħdu inzjattiva personali biex il-festa kompliet tikber, Fost dawn insemmu n-nar li baqa’ jizdied fil-kwantità izda l-Fratellanza ma baqghetx tigbor flus ghalih, u l-armar li sa mill-bidu kien proprjetà tal-individwi. Fis-snin sittin il-festa battiet ħafna u sal-bidu tas-snin sebgħin kienet waslet biex tinqata', iżda lejn tmiem is-snin sebgħin grupp ta' żgħażagħ ħadu interess f'din il-festa u tawha ħajja ġdida. Mis-snin sebgħin 'l hawn il-festa esterna tal-Madonna tad-Duttrina żviluppat sew, b'hekk bdiet tinhass il-htiega ta’ organizazzjoni li tmexxi kull ma’ jsir. Ghalhekk, fil-laqgha tal-Fratellanza li saret fit-28 ta’ Novembru tal-1996 gie deciz li jitwaqqaf kumitat li jiehu hsieb l-organizazzjoni tal-festa esterna. Din id-decizjoni giet fis-sehh nhar l-10 ta' Jannar 1997, meta saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat Festa Esterna Madonna tad-Duttrina, f'nru 64 Triq il-Kbira Hal Tarxien. Is-seduta bdiet b'diskors qasir minn Karmenu Massa, u wara spjega li l-iskop ta’ dan il-kumitat hu li jiehu hsieb il-festa ta' barra b'kollaborazzjoni mal-Fratellanza. Fost affarijiet ohra diskussi f'din il-laqgha, giet iffurmata kummissjoni bl-ghan li thejji staut, u nhatar l-ewwel kumitat li kien maghmul minn: President- Guzeppi Agius, Vici President- Twanny Agius, Kaxxier-Twanny Dalli, Vici Kaxxier- Salvu Caruana, Segretarju- John Massa, Vici Segretarju- Chris Buhagiar, Il-Membri kienu: Karmenu Massa, Joe Massa, Joe Schembri, Renzo Gauci, Anthony Gafa', John Sant, Martin Agius, Brian Cassar, Mario Schembri, Nikola Marmara u Frans Dalli. Ta’ importanza kbira kienet il-mozzjoni li ghaddiet f’dik il-laqgha, liema mozzjoni kienet tghid li l-Kumitat Festa Esterna għandu jkun indipendenti mill-Fratellanza iżda jikkollabora magħha fl-organizazzjoni tal-festa. Is-sitwazzjoni hi li l-Fratellanza hija l-omm u l-kumitat binha, dawn it-tnejn ghalkemm jigu minn xulxin huma kompletament indipendenti, distinti u differenti minn xulxin. Fl-ewwel seduta twaqqfu wkoll il-Kummissjonijiet: tan-nar, banda u armar. Minn dakinhar 'il quddiem l-armar kollu li kienu ghamlu l-individwi, li ffurmaw dan il-kumitat, sar jamministrah il-kumitat, l-ispejjez u l-manifattura tan-nar giet f'idejn il-kumitat, u beda jgib il-banda barranija u jhallas tlett kwarti tal-prezz taghha waqt li l-kwart l-iehor thallsu l-Fratellanza. Fis-sena 2002 il-kumitat hass il-htiega li jwaqqaf is-Sezzjoni Zghazagh Duttrinisti bl-ghan li z-zghazagh, li jiffurmaw parti sew mid-dilettanti, jibqghu attivi billi jahdmu ghall-festa s-sena kollha. Iz-zmien gerbeb u r-remissa antika, konvertita f'mahzen, li nkriet mill-kumitat biex fiha jaghmel il-laqghat u jiltaqghu d-diletanti tal-festa, bdiet tinhass zghira u inadekwata biex tilqa fiha dawn l-affarijiet, barra minn hekk inhasset il-htiega li ssir sistema ta' membri li jeleggu kumitat, u mhux kull min huwa diletant jidhol fil-kumitat. Dan kien ifisser li l-kumitat kellu bzonn jifforma ruhu f'ghaqda li jmexxiha hu, u li jkollu sede li taqdi l-htigijiet li dejjem jikbru. L-ewwel darba li ssemiet din ir-riforma kien fil-laqgha tal-Kumitat Festa Esterna li saret nhar il-5 ta' Marzu 2003. Ghalkemm l-idea kienet tajba, id-difikultà biex titwettaq kienet kbira, l-aktar minhabba l-ispejjez kbar involuti. Però f'qasir zmien il-kaxxier Twanny Dalli sar jaf li l-post nru 2/3 Triq Birbixkilla, maghruf bhala ta' Karmni taz-Zagag, kien ghal-bejgh. Dan informa lill-kumitat li kellu jahsibha sew izda malajr. Minbarra l-finanzi, l-akbar problema kienet li l-post kien ikkundanat, b'hekk ried jitwaqqa u jinbena mill-gdid. Dan kollu kien ifisser hafna aktar flus kif ukoll zmien, izda l-pozizzjoni strategika li jinsab fiha dan il-post gaghalet lill-kumitat ihares pozittiv u ma jaqtax qalbu. Wara li kulhadd qabel li x-xoghol kollu ser ikun volontarju u li kulhadd kien sa jaghti l-aktar li jista' gie deciz li l-post indikat jinxtara, fl-istess waqt inbdiet sistema ta' gbir ta' fondi. F'dan l-istadju wiehed ma jstax jinsa lis-Sur Martin Aguis u s-sinjura tieghu li kienu importanti hafna biex sar l-akkwist ta' dan il-post. Minnufih wara x-xiri nbeda x-xoghol fuq l-ippjanar, il-permessi u d-disinn tal-faccata. Il-hidma tal-kumitat baqghet ghaddejja sew fuq il-festa kif ukoll fuq is-sede l-gdid, tant li fis-27 ta' Novembru 2003 gie approvat statut gdid waqt seduta tal-kumitat u gie mibdul l-isem ghal Ghaqda Socjali Madonna Tad-Duttrina. Sfortunatament il-permessi damu ma waslu minhabba hafna konsiderazzjonijiet mill-awtoritajiet u bsaten fir-roti, izda fl-ahhar waslet id-data tas-6 t' Ottubru 2004, li tibqa’ mnaqqxa b'ittri tad-deheb f'qalb kull Duttrinist. F'din il-gurnata il-kuntrattur “Vella Group Ltd” beda jwaqqa l-bini l-antik minghajr hlas, biex minfloku tibda tinbena l-holma tad-duttrinisti. Aktar ferh inhass meta fit-28 ta’ Dicembru 2004 tqieghdet l-ewwel gebla u bdiet tinbena l-faccata kollha lavur fuq disinn ta' Renzo Gauci u xoghol ta' Joe Massa bl-ghajnuna ta' diversi membri. L-ewwel seduta tal-kumitat fil-kazin saret fit-23 ta' Gunju 2006. Filwaqt li kien qed isir dan ix-xoghol kollu, il-festa ma gietx abbandunata, anzi kompliet tisahah. L-Ghaqda ghadha tiehu sehem f’dan il-festival kull sena bl-akbar success miksub fl-2009 meta ntrebah l-unur ghall-aktar esebizzjoni originali. Bl-armar li baqa’ jizdied minn sena ghall-ohra, il-bzonn li l-Ghaqda jkollha post taghha fejn terfa l-armar beda dejjem jikber. Dan sakemm fl-2007 sar pass kbir u soriku iehor, dan ghaliex f’Novembru ta’ dik is-sena nxtara mahzen fi Triq Santa Marija biex fih ikun jista jinhazen l-armar tal-festa. B’hekk issa l-armar ma baqax imxerred fid-djar tal-individwi li ghamluh imma ngabar kollu f’post wiehed spazjuz li jaghti lok fejn isir armar gdid ukoll. Ix-xiri ta’ dan il-mahzen kien konferma ta’ kemm l-Ghaqda hija soda hekk li ghandha l-unur tghid li ma kien hawn ebda Socjetà bhalha f’Malta li fl-ewwel ghaxar snin mit-twaqqif taghha irnexxielha tixtri post, twaqqghu, tibnih f’kazin u tixtri mahzen ukoll. F’Ottubru tas-sena 2008 is-sezzjoni zghazagh hasbet li bl-iskop biex l-Ghaqda tkompli tikber permezz ta zghazagh godda u biex iz-zghazagh zaghar ma jaqbdux triq ohra li tbieghdhom mill-festa, pproponiet lill-kumitat centrali li titwaqqaf is-Sezzjoni Partitarji halli tigbor fiha lil dawn iz-zghazagh. Din il-proposta ntlaqghet tajjeb u hekk inholqot sezzjoni ohra. L-ahhar sezzjoni li giet iffurmata hija dik tan-nisa li bdiet f’Novembru tal-2009.

Bħalma ilna nagħmlu għal dawn l-aħħar xahrejn, kull nhar ta' Sibt qed intellgħu filmat li juri partijiet differenti mill-festa tagħna fil-passat. Illum imiss filmat tal-purċissjoni u d-dħul tagħha lura fil-knisja fl-1994. Tajjeb ngħidu li dakinhar kienet l-ewwel darba li l-festa saret f'Lulju minflok f'Ġunju.

F'dan il-jum iddedikat lill-ommijiet ma nistgħux ma nifirħux b'Ommna tas-sema li tieqaf magħna f'kull bżonn ta' ħajjitna!

Bħalma fix-xbieha tant għażiża għalina narawha tbierek lit-tfal , nitolbuha tbierek lilna filwaqt li ngħidulha:

L-ulied tiegħek O Marija
Hekk kif huma miġburin
Lilek jagħtu kull foħrija
U jgħidulek ma' xulxin

Inti waħdek dhert bla ħtija
Bi kbir għaġeb tal-bnedmin
L-iżjed safja int Marija
Fost kemm huma l-qaddisin.

O Marija nagħtuk qalbna
Bħal uliedek maħbubin,
U Int mis-sema ilqa' talbna
Flimkien m'Ibnek il-ħanin.

Aħna wliedek, u inti Ommna,
Miegħek żommna marbutin,
Għax mill-għadu jekk tkun magħna
Żgur noħorġu rebbiħin. Ammen

Awguri speċjali lill-ommijiet kollha!

Illum imiss filmat ieħor. Din id-darba filmat ta' okkażjoni speċjali fil-festa tal-1994. Se naraw l-inawgurazzjoni tal-bankun tal-vara li nħadem minn Renzo Gauci u Martin Agius fost l-ghajnuna ta' nies oħra. Fil-filmat naraw id-diskorsi tal-okkażjoni li saru minn Carmel Massa segretarju tal-Fratellanza u mill-W.R. Kappillan Dun Walter Cauchi li llum huwa l-Arċipriet tal-Ħamrun.

Grazzi għat-teknoloġija l-ħidma tibqa' għaddejja...

Jidher li l-filmati qosra li qed intellgħu kull nhar ta' Sibt qed jogħġbukom. Għalhekk, illum qed naqsmu magħkom filmat ieħor li joħodna lura għall-festa tal-1993. Din id-darba se naraw silta mill-marċ.
#tadduttrina #tarxien #festa #traditions #nostalgia #malta

"Ħelu wiċċek fommok qrolla
nar u fwieħa bħal tal-plejju,
Int mill-warda li fetħet tbexxaq
Int mill-jum li jżernaq f'Mejju
Int mil-baħar, int mid-dija
Kemm wisq isbaħ O Marija!"

Silta mill-poeżija: Lill-Madonna tad-Duttrina ta' Patri Anastasju Cuschieri O.Carm.

Ritratt meħud minn Sebio Aquilina

Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina - Hal Tarxien

Illum imiss li naqsmu magħkom filmat ta' siltiet min-nar tal-art li nħaraq fil-festa tagħna tal-1990. Wiehed jista' jinnota kemm kien joħloq aspett sabiħ in-nar tal-art fil-pjazza ta' quddiem il-knisja kif baqa' jsir sa 10 snin ilu.
#tadduttrina #tarxien #nar #nartalart #dilettantitannar #fireworks #festa #malta

F'dan il-filmat qasir illum se naraw il-jum li fih iżżanżnu t-trofej ta' Triq il-kbira fuq disinn ta' Renzo Gauci, ħidma ta' John Camilleri u rħamar ta' Ġużeppi Schembri (ex-rettur tal-Fratellanza). Is-sena hija 1989.
#tadduttrina #armar #tarxien

Il-President, il-kumitat u l-membri tal-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina jawguraw Għid qaddis lil kulħadd!

Wasal is-Sibt u llum qed naqsmu filmat ieħor mill-passat li għal darb' oħra joħodna lura għas-sena 1989. Din id-darba se naraw il-preparazzjoni tan-nar tal-art għal dik is-sena.

Issa li diġà ilha ftit aktar minn ġimgħa li ħarġet l-aħbar li mhux se jsiru festi dis-sena, ħsibna li kull nhar ta' Sibt nibdew intellgħu filmat qasir mill-festa tagħna fl-imgħoddi. Dawn il-filmati se jinkludu aspetti differenti tal-festa u jinsabu ghandna grazzi ghas-Sur Joseph Schembri (tal-għajxa) li żamm il-vidjows li nġibdu dak iż-żmien minn persuni li għalkemm ma nafux min huma, nirringrazzjawhom ta' dan il-wirt li ħallewlna.

Kif inhu xieraq, fl-ewwel filmat se naraw il-ħruġ tal-purċissjoni f'jum il-festa tal-1989 li dak iż-żmien kienet għadha ssir f'Ġunju.

Nittamaw li jogħġbukom!

Illum infakkru d-Duluri t'Ommna Marija, jum li ghandu jressaqna eqreb lejn dawk kollha li ghaddejin minn xi forma ta' dulur f'ħajjithom għal xi raġuni jew oħra. Fuq kollox niftakru f'ħutna Maltin u barranin li bhalissa qed ibatu mill-virus tal-Covid19 li ħakem lid-dinja.

Din hi x-xbieha tad-Duluri (pieta) li tintrama fl-entratura tal-kazin. Mogħtija lis-Soċjeta' s-sena l-oħra minn Fr Adrijanu Cachia.

Illum insellmu l-memorja ta' ħuna Renzo Gauci li kieku llum għalaq 61 sena. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...

Il-Kumitat jixtieq javża li biex ikun konformi mal-ordni tal-Awtoritajiet Ċivili, il-każin tas-Soċjetà tagħna se jkun temporanjament magħluq minn għada t-Tlieta 17 ta' Marzu 2020.

Għalkemm li naraw il-każin magħluq hi għafsa ta' qalb, niftakru li s-Soċjetà hija aħna - kull wieħed u waħda minna l-membri. Għalhekk f'dan iż-żmien se nibqgħu naħdmu b'risq l-istess Soċjetà u l-festa tal-Madonna tad-Duttrina li tant ngħożżu!

Ninfurmawkom li minhabba s-sitwazzjoni prezenti din l-attivita' qed tigi posposta ghal data ohra li tinghata aktar 'il quddiem. Grazzi

O Marija għajnuna tal-insara,
ħadd ma resaq lejk, talbek u inti
ma smajtx it-talb tiegħu. Jiena
serva umli tiegħek, mimlija
fiduċja, lejk nirrikorri,
f'riġlejk nintefa', fi ħdanek
nintelaq, u b'qalb devota
u niedma lilek nitlob. Omm ta'
Ġesu' jiena żgura li meta jasal il-
waqt tisma' talbi u tagħtini dak li
qed nitolbok. F'ġieħ Kristu nnifsu.
Ammen 📿

Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA

Membri tal-fratellanza waqt żjara fl-isptar San Vinċenz illum.

Xi ritratt mill-party tat-tfal li sar illum fil-każin. Grazzi lil dawk kollha li attendew u prosit lis-Sezzjoni Żgħażagħ u Partitarji għall-organizzazzjoni.

L-attivita' li jmiss għax-xahar ta' Frar...

Infakkrukom li matul dan ix-xahar qed isir il-ġbir tal-menswalita u l-għoti tat-tessera għal dawk kollha li huma membri fl-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina u għal dawk li wkoll jixtiequ jissieħbu bħala membri ġodda.

Dan hu l-logo il-ġdid tas-Sezzjoni Armar fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Ix-xogħol fuqu sar mill-artist Alan Xerri u bih issa s-sezzjonijiet kollha tas-Soċjetà għandhom il-logo uffiċjali tagħhom.

Illum bil-ferħ infakkru għeluq it-23 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina.
B'unur ngħidu li konna aħna li sawwarna din l-Għaqda u flimkien se nibqgħu naħdmu biex inkabburha, ħalli meta fil-futur tgħaddi f'idejn ġenerazzjonijiet oħra, tibqa' żżomm mal-prinċipji li hi msejsa fuqhom billi tħares u tkabbar kulma għandu x'jaqsam mal-Madonna tad-Duttrina!

Viva l-Madonna tad-Duttrina!

Ejjew, Uliedi, Isimgħu lili; il-beżgħa tal-Mulej ngħallimkom. SALM 34.12

Ma' tmiem il-jum, tintemm is-sena 2019 u t-tieni deċennju tas-seklu 21. Dan iwassalna biex permezz tar-ritratti nagħtu ħarsa lura lejn dak kollu li flimkien għaddejna minnu fl-aħħar għaxar snin biex nimtlew b'aktar kuraġġ għall-futur.

Jekk Alla jrid quddiemna għandna deċennju t'anniversarji li jibdew fl-2022 meta niċċelebraw il-25 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà, fl-2024 niċċelebraw il-150 anniversarju mit-twaqqif tal-fratellanza u fl-2027 niċċelebraw il-150 anniversarju mill-wasla tal-vara.

Bħalma fis-snin imgħoddija sibna ħafna ntoppi u tfixkil żgur li se nsibu iktar fiż-żmien li ġej. Madankollu, ħarsa ħafifa lejn dawn ir-ritratti għandha tfakkarna kif għelibna l-isfidi tal-passat hekk se negħlbu l-isfidi tal-futur.

VIVA L-MADONNA TAD-DUTTRINA!

Bħalissa għaddejja l-aħħar attività għall-festi tal-Milied organizzata mis-Socjeta' tagħna - ġurnata Għawdex

Grazzi lil kull min organizza u pparteċipa fil-party tat-tfal li għamilna llum.

[12/27/19]   Infakkrukom fil-party tat-tfal il-lejla fil-5.30pm

Grazzi €1200, #listrina 🥰🥰

Bħal kull sena, llum qed niġbru d-donazzjonijiet għall-Istrina biex illejla bħala Socjeta' ngħadduhom lill-President waqt il-maratona ta' solidarjetà. Inħeġġuhom tkunu ġeneruzi bħal dejjem ma ħutna fil-bżonn!

Il-President, il-kumitat u l-membri tal-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien, jixtiequ jawguraw il-Milied it-tajjeb lilkom u l-familjari tagħkom!
Is-Sliem!

Il-Milied u s-Sena t-Tajba f'isem l-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina. Awguri minn qalbna.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Tarxien?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


Triq Birbixkilla
Tarxien
TXN 2330
Other Tarxien places of worship (show all)
Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA Fratellanza Madonna tad-Duttrina Ħal Tarxien MALTA
Knisja Parrokjali
Tarxien

Il-Fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina hi mwaqqfa fil-Parroċċa ta' Ħal Tarxien.

Parroċċa Ħal Tarxien Parroċċa Ħal Tarxien
35, Triq Il-Kbira
Tarxien, PLA12

Parish activities and community life

SGAT youth SGAT youth
Sisters Street
Tarxien, MALTA

To help youth grow in their faith and become fruitful members of the community. Offering the possibility of various missionary experience.

Ħal Tarxien tal-Lunzjata Ħal Tarxien tal-Lunzjata
Tarxien

Ħal Tarxien...Ir-raħal tal-Lunzjata! It-Tarxiniżi jorqdu u jqumu bil-Lunzjata, f'moħħhom u f'qalbhom!

SDC Museum Tarxien SDC Museum Tarxien
63, Triq It-Tempji Neolitiċi
Tarxien, TXN 1064

The Society of Christian Doctrine M.U.S.E.U.M. was founded by Saint George Preca in Malta in 1907. Our centre opened in 1909 and since then offered Catechism classes and other sport and social activities to boys aged 6 to 16 on a daily basis.