Parroċċa Santa Venera

Parroċċa Santa Venera

Comments

JUM TA RIFLESSJONI JUM ID DULURI
Madonna ta duluri (familja cassar)
Il-Madonna tad-Duluri (Familja Costa)
Il Madonna (id-Duluri ) Familja Cremona
Family Delia
Madonna ta' Duluri - Familja Sciriha.
Santa Venera aghtina l-grazzja li nkunu appostli bhal ma kont int
Kif isir pjan pastorali? X`inhu proċess ta` dixxerniment komunitarju? - https://mailchi.mp/c107c191f89d/dixxerniment-komunitarju-u-pjanar-pastorali Applika issa u skopri aktar!
New to St Venera but I'm amazed with the dedication of all involved. Well done.
Issa li l-Amministrazzjoni tal Istitut Apap għoġoba taghmel, kif ghandha dritt, il-barrier biex hadd ma jipparkja fil-grounds tal-Istitu,t nahseb tkun idea tajba li terga tibda tinfetah l-ghalqa ta' wara l-Knisja, ghallanqas ghal quddies tal-weekend u fejn il-kongregazzjoni tkun kbira.
Mitt Sena fosta. M'ahniex se nfakkru dan l-anniversarju bl-annu fuq il-Knisja ?
Il-priedka tat-tfajjel - tradizzjoni tal-Milied...prosit!

Parroċċa Santa Venera - hija l-paġna uffiċjali ta' Facebook f'isem il-Parroċċa Santa Venera.

Is-Sibt 9 ta' Mejju, fuq Facebook Parrocca Santa Venera, fl-10.30, Quddiesa tal-festa ta' San Gorg Preca, mill-Knisja Parrokkjali ta' Santa Venera V.M.

Talba ta' filgħaxija

Ningħaqdu għat-talba ta' filgħaxija fir-raba' Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu u fl-ewwel jum ta' tħejjija għall-festa ta' San Ġorġ Preca.

Talba ta’ filgħaxija

Ningħaqdu mal-Kapillan għat-talba ta’ filgħaxija.

Talba ta' filgħaxija

Ningħaqdu għat-talba ta' filgħaxija

Quddiesa tal-Ħadd

L-Għodwa t-tajba! Ningħaqdu flimkien mal-Kapillan għal Quddiesa tal-Ħadd mill-Knisja Parrokkjali.

Talba ta' filgħaxija

Ningħaqdu għat-talba ta' filgħaxija

Messagg ghal JUM IL-VOKAZZJONIJIET mis-sacerdoti u religjuzi vendrizi: Patri Stephen Borg OFM Conv.

Ghada l-Hadd, fl-10.30, fuq Facebook Parrocca Santa Venera, quddiesa mill--Knisja Parrokkjali ta' Santa Venera V.M.

Messagg għal JUM IL-VOKAZZJONIJIET mis-sacerdoti u religjuzi vendrizi: Patri Renald Lofreda O.Carm.

Il-fuljett FLIMKIEN ta' Mejju 2020.

L-Ghodwa t-tajba. Nawguraw il-festa t-tajba lill-haddiema kollha u lil dawk li jisimhom ghal San Guzepp. Illum il-Knisja ta' San Guzepp (mssp) f'Santa Venera ticcelebra t-titular tal-knisja. Fir-ritratt: l-istatwa ta' San Guzepp Haddiem fil-knisja tal-Istitut ta' San Guzepp..

Illum fuq Facebook Parrocca Santa Venera:

20.45: Talb lil San Guzepp.

Talba lil San Ġużepp

O mqaddes Ġużeppi, fl-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru, b’tama kbira nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara l-patroċinju ta’ l-għarusa mqaddsa tiegħek.

Mela, f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u l-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Kif int, o Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-familja divina u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, o missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja, ieqaf magħna mis-smewwiet f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, o prottettur qawwi tagħna; u kif darba ħlist mill-mewt lill-bambin Ġesù, hekk issa ddifendi l-Knisja ta’ Alla mit-tnassis ta’ l-għedewwa u minn kull hemm.

Xerred dejjem fuq kull wieħed minna l-patroċinju tiegħek, sabiex, bl-eżempju tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba u naqilgħu l-hena ta’ dejjem fil-ġenna. Ammen.

[04/30/20]   B'niket inħabbru l-mewt ta' Joseph Pace minn Triq il-Kanun. Il-funeral tiegħu ser isir illum.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta' dejjem. Id-dawl ta' dejjem jiddi lilu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.

Messagg bi tħejjija għal JUM IL-VOKAZZJONIJIET

Messagg bi tħejjija għal JUM IL-VOKAZZJONIJIET mis-saċerdoti u reliġjuzi vendriċi: Patri Martin Coleiro OFM

L-għodwa t-tajba lil kulħadd. Illum hija t-Tifkira ta' San Piju V, Papa.

Illum fuq Facebook Parroċċa Santa Venera:

09.00: Messaġġ bi tħejjija għal jum il-vokazzjonijiet.
19.00: Rużarju immexxi mill-abbatini.
20.45: Talba ta' filgħaxija.

QARI I
Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx?
Atti 8, 26-40

Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli

F’dak iż-żmien, l-anġlu tal-Mulej qal lil Filippu: “Qum, mur u aqbad it-triq li tieħu lejn in-Nofsinhar minn Ġerusalemm għal Gaża”. Din hi fid-deżert. Filippu qam u telaq. Huwa u sejjer, jara raġel mill-Etjopja, ewnuku, uffiċjal għoli ta’ Kandaċi, sultana tal-Etjopja, li kien jieħu ħsieb it-teżori kollha tagħha. Dan kien ġie Ġerusalemm biex jagħti qima lil Alla.

Huwa u sejjer lura, kif kien bilqiegħda fuq il-karru tiegħu, kien qiegħed jaqra l-ktieb tal-profeta Iżaija. Imbagħad l-Ispirtu qal lil Filippu: “Mur ersaq maġenb il-karru”. Filippu mar jgħaġġel lejn ir-raġel. Kif semgħu jaqra l-ktieb tal-profeta Iżaija staqsieh: “Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?”. Dak wieġbu: “Kif nista’ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?”. Imbagħad stieden lil Filippu biex jitla’ bilqiegħda ħdejh.

Is-silta tal-Iskrittura li kien qiegħed jaqra kienet din: “Bħal nagħġa meħuda għall-qatla, u bħal ħaruf sieket quddiem min iġiżżu, hekk hu ma fetaħx fommu. Għakksuh u kien imċaħħad mill-ġustizzja. Min qatt jista’ jirrakkonta fuq nislu? Għax neħħewlu ħajtu minn fuq l-art”. Mela qal l-ewnuku lil Filippu: “Għidli, nitolbok, għal min qiegħed jgħid dan il-profeta? Għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor?”.

Imbagħad Filippu fetaħ fommu u beda minn din is-silta tal-Iskrittura jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù. Huma u sejrin għal għonq it-triq, waslu f’post fejn kien hemm l-ilma. U l-ewnuku qal: “Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx?”. Imbagħad ordna li jwaqqfu l-karru, niżlu t-tnejn fl-ilma, hu u Filippu, u dan għammdu.

Malli telgħu mill-ilma, l-Ispirtu tal-Mulej ħataf lil Filippu; l-ewnuku ma rahx iktar u baqa’ sejjer fi triqtu kollu ferħan. Filippu sab ruħu f’Ażotu; huwa u għaddej minn dawk l-inħawi, kien ixandar l-Evanġelju f’kull belt sakemm wasal Ċesarija.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI
Salm 65 (66), 8-9. 16-17. 20

R/. (1): Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha
jew: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

Bierku, popli, lil Alla tagħna,
semmgħu l-għana tat-tifħir tiegħu.
Hu li jżommna fost il-ħajjin,
u ma jħallix riġlejna jogħtru. R/.

Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla,
ngħidilkom x’għamel miegħi.
Lilu sejjaħ fommi,
tifħiru kien fuq ilsieni. R/.

Imbierek Alla,
li ma warrabx it-talba tiegħi;
ma warrabx minn fuqi t-tieba tiegħu! R/.

AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU
Ġw 6, 51

Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema, jgħid il-Mulej.
Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.
R/. Hallelujah

EVANĠELJU
Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema.
Ġw 6, 44-51

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem. Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

Il-Hamis 30 t'April, fuq Facebook Parrocca Santa Venera, fis-7.00 pm, l-abbatini tal-Parrocca taghna imexxu l-ahhar ruzarju ghal din il-gimgha. Inghaqdu maghna ghax it-talb tat-tfal ghandu qawwa kbira quddiem Alla.

Messagg ghal JUM IL-VOKAZZJONIJIET mis-sacerdoti u religjuzi vendrizi: Mons. Hector Scerri.

Illum hija l-festa ta' Santa Katarina ta' Siena u t-tielet Erbgha tal-Madonna tal-Karmnu. Nawguraw lis-sorijiet dumnikani tal-parrocca taghna fil-festa ta' Santa Katarina.

Illum fuq Facebook Parrocca Santa Venera

09.00: Messagg bi thejjija ghal jum il-vokazzjonijiet.
19.00: Ruzarju mmexxi mill-abbatini.
20.45: Talba lill-Madonna tal-Karmnu.

Qari I

1 Ġw 1:5-2:2

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu

Għeżież: Din hi l-aħbar li smajna mingħand Kristu, u li qegħdin inxandrulkom: li Alla hu dawl u li ma hemm fih ebda dlam. Jekk ngħidu li aħna mseħbin miegħu imma nimxu fid-dlam, inkunu qegħdin nigdbu u ma nagħmlux is-sewwa. Iżda jekk nimxu fid-dawl, kif inhu fid-dawl hu stess, aħna nissieħbu flimkien u d-demm ta’ Ġesù Kristu Ibnu jnaddafna minn kull dnub.

Jekk ngħidu li ma għandniex dnub, inqarrqu bina nfusna u s-sewwa ma jkunx fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħażen.

Jekk ngħidu li ma dnibniex, inkunu qegħdin ingiddbuh, u kelmtu ma tkunx fina. Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux.

Imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna difensur quddiem il-Missier, Ġesù Kristu l-ġust. Huwa hu t-tpattija għad-dnubiet tagħna, u mhux għal tagħna biss, iżda wkoll għal dawk tad-dinja kollha.

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

Salm Responsorjali

R/. Bierek, ruħi tiegħi, il-Mulej!

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

kulma hu ġo fija, bierek l-isem qaddis tiegħu.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. R/.

Hu li jaħfer dnubitek kollha,

li jfejjaq il-mard tiegħek kollu,

li jifdi ’l ħajtek mill-ħofra,

li jdawrek bit-tjieba u l-ħniena. R/.


Ħanin u ta’ qalb tajba l-Mulej,

idum biex jagħdab u kollu mogħdrija.

Mhuwiex dejjem jitlewwem,

anqas dejjem jinkorla. R/.

Bħalma missier iħenn għal uliedu,

hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu,

għax hu jaf mniex aħna magħġuna,

jiftakar li aħna trab. R/.


Il-ħniena tal-Mulej minn dejjem sa dejjem

ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu,

u l-ħaqq tiegħu ma’ wlied uliedhom,

ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu

u li jiftakru fil-preċetti tiegħu biex iħarsuhom. R/.



Akklamazzjoni għall-Evanġelju

Mt 11:25

R/. Hallelujah

Inbierek, Missier, Sid is-sema u l-art,

talli int dawn il-ħwejjeġ għarrafthom lil min hu ċkejken.

R/. Hallelujah

Evanġelju

Mt 11:25-30

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.

Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom l-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jien ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom. Għaliex il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu.

[04/29/20]   Qed nippruvaw nigbru l-ismijiet ta' dawk ir-Religjuzi nisa li jew huma mghammda fil-Parrocca ta' Santa Venera jew kienu joqghodu Santa Venera meta dahlu l-kunvent. Dawn ir-Religjuzi huma mitluba jibghatu msg fuq 79071610.

L-Erbgha 29 t'April, it-Tielet Erbgha tal-Madonna tal-Karmnu, l-Abbatini tal-Parrocca taghna jmexxu r-ruzarju fuq Facebook Parrocca Santa Venera, fis-7.00 pm.

Talba ta' filgħaxija

Illum it-Tlieta, ningħaqdu mal-Kappillan għat-talba ta' filgħaxija.

Opportunita' ghat-tfal tal-Parrocca biex flimkien mal-familha taghhom imexxu r-ruzarju fuq il-pagna ta' facebook tal-Parrocca.

Dawk it-tfal li jixtiequ jghidu posta ruzarju (kif qed jaghmlu l-abbatini din il-gimgha fis-7.00 pm), l-genituri taghhom huma mitluba jibghatu messagg fuq messenger tal-Kappillan (Facebook Maurice Abela) biex nispjegawlhom xi jridu jaghmlu.

ILLUM FUQ FACEBOOK PARROĊĊA SANTA VENERA

19.00: Rużarju immexxi mill-abbatini.
20.45: Talba ta' filgħaxija.

NITOLBU MINN DJARNA

It-Tielet Ġimgħa tal-Għid
It-Tlieta

QARI I
Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi.
Atti 7, 51 – 8, 1a

Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli

F’dak iż-żmien, Stiefnu qal lill-poplu, lix-xjuħ u lill-kittieba: “Ja nies ta’ ras iebsa, intom għalaqtu qalbkom u saddejtu widnejkom, u dejjem waqaftulu lill-Ispirtu s-Santu. Kif għamlu missirijietkom, qegħdin tagħmlu intom ukoll. Lil min mill-profeti ma ppersegwitawx missirijietkom? Huma qatlu lil dawk li ħabbru minn qabel il-miġja ta’ dak il-Ġust li issa intom stess ittradejtuh u qtiltuh, intom, li rċevejtu l-Liġi minn idejn l-anġli, u ma ħaristuhiex”.

Meta semgħu dan, ħassew kliemu jinfdilhom qalbhom u bdew jgħażżu snienhom kontra Stiefnu. Imma hu, mimli bl-Ispirtu s-Santu u b’għajnejh fis-sema, ra l-glorja ta’ Alla u lil Ġesù qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla. U qal: “Ara, qiegħed nara s-sema miftuħ u lil Bin il-bniedem fil-lemin ta’ Alla”.

U huma nfexxew jgħajtu kemm jifilħu u jsoddu widnejhom. Imbagħad intefgħu fuqu lkoll f’daqqa, kaxkruh ’il barra mill-belt u qabdu jħaġġruh. Ix-xhieda qiegħdu ħwejjiġhom f’riġlejn żagħżugħ jismu Sawl.

Lil Stiefnu qabdu jħaġġruh huwa u jitlob u jgħid: “Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi”. Imbagħad niżel għarkupptejh u għajjat b’leħen għoli: “Mulej, tgħoddulhomx dan id-dnub”. U kif qal hekk, miet.

Sawl kien fehma waħda magħhom fil-mewt li tawh.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI
Salm 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

R/. (6a): Mulej, f’idejk jien nerħi ruħi
jew: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

Kun blata tal-kenn għalija,
fortizza qawwija ta’ salvazzjoni.
Inti l-blata u l-fortizza tiegħi;
f’ġieħ ismek mexxini u wassalni. R/.

F’idejk jien nerħi ruħi;
int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa.
Imma jien fil-Mulej nittama.
Nifraħ u nithenna għat-tieba tiegħek. R/.

Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek;
fit-tieba tiegħek eħlisni.
Bil-ħarsien tiegħek tkenninhom
kontra t-tnassis tal-bnedmin. R/.

AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU
Ġw 6, 35ab

Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, jgħid il-Mulej.
Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ.
R/. Hallelujah

EVANĠELJU
Mhux Mosè iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema.
Ġw 6, 30-35

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”.

Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż”. Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

Ghada, fis-7.00 pm, fuq Facebook Parrocca Santa Venera, ruzarju immexxi mill-abbatini tal-Parrocca taghna. Inheggukom tinghaqdu fit-talb ma' dawn it-tfal u zghazagh li minkejja li ilhom ma' jiltaqghu ghas-servizz fil-knisja iktar minn xahar u nofs, qed ikomplu s-servizz taghhom minn djarhom b'mod differenti.

Talba ta' filgħaxija

Ningħaqdu għat-talba ta' filgħaxija mill-Knisja Parrokkjali.

ILLUM FUQ FACEBOOK PARROĊĊA SANTA VENERA

19.00: Rużarju immexxi mill-abbatini.
20.45: Talba ta' filgħaxija.

NITOLBU MINN DJARNA

It-Tielet Ġimgħa tal-Għid
It-Tnejn

QARI I
Ma kellhomx ħila jieqfu lil Stiefnu għall-għerf u għall-Ispirtu li bih kien jitkellem.
Atti 6, 8-15

Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli

F’dak iż-żmien, Stiefnu, kollu grazzja u qawwa, kien jagħmel mirakli u sinjali kbar fost il-poplu. Imbagħad qamu xi wħud minn tas-Sinagoga li jgħidulha tal-Meħlusin, taċ-Ċirinej, tal-Lixandrin, u ta’ oħrajn miċ-Ċiliċja u mill-Asja, u bdew jeħduha ma’ Stiefnu; imma ma kellhomx ħila jiqfulu għall-għerf u għall-Ispirtu li bih kien jitkellem. Imbagħad xewxu xi nies biex jgħidu: “Aħna smajnieh jidgħi b’Mosè u b’Alla”. Qanqlu wkoll il-poplu u x-xjuħ u l-kittieba, li ġew għal fuqu, qabduh u ħaduh quddiem is-Sinedriju. U ġiebu xhieda foloz biex jgħidu: “Dan ir-raġel qatt ma jieqaf jitkellem kontra dan it-tempju mqaddes u kontra l-Liġi; smajnieh jgħid li dan Ġesù ta’ Nazaret għad iħott dan it-tempju u jbiddel id-drawwiet li tana Mosè”. Dawk kollha li kienu bilqiegħda fis-Sinedriju sammru għajnejhom fuqu, u rawlu wiċċu qisu wiċċ ta’ anġlu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla

SALM RESPONSORJALI
Salm 118 (119), 23-24.26-27.29-30

R/. (1b): Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
jew: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

Imqar jekk il-kbarat joqogħdu jqassu fuqi,
fuq il-kmandamenti tiegħek jibqa’ jaħseb il-qaddej tiegħek.
Il-preċetti tiegħek huma l-għaxqa tiegħi,
huma jagħtuni l-parir tajjeb. R/.

Triqati wrejtek, u int weġibtni;
għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Fehemni t-triq tal-preċetti tiegħek,
biex naħseb fuq għeġubijietek. R/.

Biegħed minni triq il-gideb;
agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek.
Jiena għażilt it-triq tas-sewwa;
ħtart għalija d-digrieti tiegħek. R/.

AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU
Mt 4, 4b

Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.
R/. Hallelujah

EVANĠELJU
Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem.
Ġw 6, 22-29

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr.

Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”. Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu”.

Imbagħad staqsewh: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?”. Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa bagħat”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Santa Venera?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Talba ta' filgħaxija
Talba ta’ filgħaxija
Talba ta' filgħaxija
Quddiesa tal-Ħadd
Talba ta' filgħaxija
Messagg bi tħejjija għal JUM IL-VOKAZZJONIJIET
Talba ta' filgħaxija
Talba ta' filgħaxija
Talba ta' filgħaxija

Location

Telephone

Address


Kunvent Tal-Karmnu, Triq Il-Parroċċa,
Santa Venera
SVR

Opening Hours

Monday 08:00 - 09:00
Wednesday 16:30 - 17:30
Friday 16:30 - 17:30
Saturday 08:00 - 09:00
Other Santa Venera places of worship (show all)
KDZ - Adolexxenti KDZ - Adolexxenti
492/3, St.Joseph High Road
Santa Venera, SVR1014

KDZ Adolexxenti tgħin lil gruppi ta' Adolexxenti jew individwi jkunu up to date ma' dak li qed jiġri fil-qasam tal-Adolexxenti fi ħdan il-Knisja f'Malta.