Parrocca Santa Lucija Malta

Parrocca Santa Lucija Malta

Comments

Bħal-lum, 2 ta' Ġunju tal-1835, 185 sena ilu twieled San Piju X.
Keep GOD in YR family.
It-tfal ta’ Sta. Lucija jiccelebraw il-festa ta’ San Piju X
It-tfal ta’Sta. Lucija jiccelebraw il-festa ta’ San Piju X
Il-lejla ser issir vigil fil-jogging track Santa Lucija biex nuru d-dispjacir taghna ghall-qtiegh tal-frieghi tas-sigar. Min jixtieq jigi , se niltaqghu quddiem il-knisja fit-tmienja!
Il-lejla se jinghaqad il-kor InCanto biex janima l-quddiesa. Naf kemm hemm li urew ix-xewqa li dan il-kor jinghaqad biex ikanta u niehdu gost naraw ftit ucuh familjari. Grazzi Fr Joe talli ha tospitana.
St Lucia Confirmation photos 2018 kindly go on link http://www.tufigno.com/(S(tmqa5s2sit4w1iksak2pxm3c))/eshop_login.aspx

Situated in the Southern Harbour District area. Blessed on the 4th of June 1972 by Archbishop Gonzi and consecrated 4th June 1992 by Archbishop Mercieca.

APPELL GHAL VOLUNTIERA
F’dan iż-żmien partikolari biex inkunu nistgħu niċċelebraw l-Ewkaristija pubblikament neħtieġu diversi għajnuniet. Għalhekk qed nagħmel appell għall-ushers; nies li jieħdu t-temperatura fil-bieb tal-Knisja u nies biex innaddfu l-Knisja/bankijiet fl-aħħar tal-ġurnata. Min jixtieq jgħin ikellem lill-Kappillan. Naturalment dawn in-nies ma jridx ikollhom sintomi tal-Covid-19, m’humiex fi kwarantina, m’humiex vulnerabbli u huma taħt is-65 sena.
Ċempluli jew kellmuni fuq 79461470 jew 21691505.
Grazzi ħafna u saħħiet,
Fr Joseph Mizzi
Kappillan

Illum l-ewwel Ġimgħa tax-xahar - niftakru iktar mis-soltu fil-Qalb ħanina ta' Ġesù. Nitolbuh iħarisna u jkun magħna f'dak kollu li nagħmlu, ngħidu u naħsbu.

Ħsieb ta' San Ġorġ Preca:

Ħadd ma jista jsalva ruħu mingħajr il-vera devozzjoni tal-Qalb ta' Ġesu, għax Kristu qal li jekk ma naħfrux lanqas ma jaħfrilna Alla, u li ma nidħlux fis-saltna tas-smewwiet, jekk ma nsirux bħat- tfal zghar, Inti veru devot tal-Qalb ta' Gesu jekk timita dina l-Qalb tassew mansweta u tassew umli.

Krista u Katrina Cini reġgħu bgħatulna t-tpinġijiet sbieħ tagħhom bi preparazzjoni għal festa tat-Trinita' Mqaddsa li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej. Grazzi u prosit tassew.

🌷 St. Fawstina mid-Djarju tagħha paragrafi 707 u 708:

707. 2 ta’ Ottubru 1936. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara t-Tqarbin Imqaddes, f’daqqa waħda rajt lill-Mulej Ġesu’, li qalli dan il-kliem:

"Jiena issa naf li int ma tħobbnix minħabba l-grazzji jew ir-rigali Tiegħi; imma għax ir-rieda Tiegħi hi egħżeż għalik mill-ħajja. Għalhekk Jiena qed ningħaqad miegħek b’mod hekk intimu kif m’għamilt mal-ebda ħlejqa oħra."

708. F’dak il-ħin Ġesu’ għeb. Ruħi mtliet bil-preżenza ta’ Alla. Jiena naf li l-ħarsa tas-Setgħani qiegħda tistrieħ fuqi. Intfajt b’ruħi u b’ġismi bil-ferħ li joħroġ minn Alla. Komplejt bla waqfien il-jum kollu, mgħaddsa f’Alla b’dan il-mod. Filgħaxija, ħassejtni qisni qed iħossni ħażin u qisni f’agunija. Imħabbti trid tkun daqs l-imħabba tas-Setgħani. Tant hi miġbuda lejh bil-qawwa li hi ħaġa mpossibli, mingħajr xi grazzja speċjali mingħand Alla, li tissaporti l-kobor ta’ grazzja bħal din f’din il-ħajja. Imma jiena nista’ nara ċar li Ġesu’ stess qiegħed iżommni u jsaħħaħni u jagħmilni kapaċi li nikkomunika miegħu. F’dan kollu , ir-ruħ hi attiva b’mod partikolari.

https://www.facebook.com/kom.gesusalvatur/posts/119121059816769

Malta … Ghawdex … Artijiet imbieghda
Ghamel gustizzja mal-fqar 💓

Hafna ifittxu l-favuri ta’ min hu kbir
Imma l-Mulej biss jaghmel haqq mill-bniedem
Proverbji 29 : 26

Il-gust jaghraf d-drittijiet tal-fqajrin
Imma l-hazin dan ma jifhmux
Proverbji 29 : 7

Il-gusti jistmellu lil min hu hazin
U l-hziena jistmellu lil min jimxi sewwa
Proverbji 29 : 27

Ikun imfahhar Gesu Kristu.

Komunita Gesu Salvatur. Ixxerja din it-talba.

knisja.mt

Jibda mill-ġdid il-Quddies bil-preżenza tal-pubbliku

knisja.mt https://youtu.be/orh91-Hhq58 (xellug) L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna u Dun Andre Zaffarese, Delegat għall-Ħajja u l-Ħidma fil-Parroċċi Fi tmiem laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija, li saret illum, it‑Tlieta 2 ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charl...

knisja.mt

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ġunju 2020

Segwi x-xandiriet tal-quddies iċċelebrati minn Mons Arċisqof. Ara d-dettalji hawn:

knisja.mt Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ M...

Mario

Bħal-lum, 2 ta' Ġunju tal-1835, 185 sena ilu twieled San Piju X.

Komunita Gesu Salvatur

Malta ... Ghawdex ... Artijiet imbieghda

Zaghzugh, tmutx qabel zmienek
Zomm il-boghod mid-droga 💓

Ibni, jekk ihajruk il-hziena
Toqghodx ghalihom
Proverbji 1 : 10

Ibni, tmurx maghhom fi triqthom
Warrab riglejk minn moghdijiethom Proverbji 1 : 15

Ikun imfahhar Gesu Kristu.

Komunita Gesu Salvatur. Ixxerja din it-talba.

Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-isem imqaddes Tiegħu.
Imbierek Ġesù Kristu, veru Alla u veru Bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesù.
Imbierka l-Qalb qaddisa Tiegħu.
Imbierek id-demm għażiż Tiegħu.
Imbierek Ġesù fis-Santissmu Sagrament ta’ l-altar.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira omm Alla Marija Santissma.
Imbierka l-imqaddsa u Immakulata Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-isem ta’ Marija, verġni u omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha Tiegħu.

Illum 1 ta' Ġunju - Marija Omm il-Knisja
It-titlu tal-Imqaddsa Marija Omm il-Knisja kellu l-bidu tiegħu meta twieled minnha Kristu, ir-Ras tal-Knisja, u hija saret omm il- mifdijin kollha qabel ma’ binha miet fuq is-Salib. San Pawlu VI, Papa, ikkonferma dan it-titlu tagħha solennement fid-diskors li kien għamel lill-Isqfijiet fil-Konċilju Vatikan II fil-21 ta’ Novembru 1964 u ordna li għandha “tingħata dan il-ġieħ billi tissejjaħ b’dan l-isem ħelu li anki llum jintuża mill-poplu nisrani kollu”.

youtube.com

God Sends the Holy Spirit

L-Għid il-Ħamsin spjegat lit-tfal:
https://youtu.be/OMQKy1Mx49M

This animated Bible story for kids is based on Acts 2.

Illum tfal hi l-festa ta' l-Għid il-Ħamsin - meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli. Ħudu gost pinġu din l-istampa u ibgħatuhilna biex inġibuha fuq il-facebook.
Tistgħu tidħlu wkoll f'din is-site interessanti tat-tfal:
https://www.bekidsmalta.com/liturgy/easter/pentecost

Radju Marija Malta

Inroddu ħajr lil Alla għal dawn l-aħħar 25 sena!!
31.05.1995 - 31.05.2020

We thank God for the last 25 years!!
31.05.1995 - 31.05.2020

laikosblog.org

Flimkien ta’ Ġunju 2020

Ir-rivista FLIMKIEN ħarġa ta' Ġunju : aqraw l-artikli ta' interess li fiha.

laikosblog.org Ir-rivista tal-Kulleġġ tal-Kappillani, Flimkien għax-xahar ta’ Ġunju 2020. Klikkja fuq l-istampa ta’ hawn taħt …

Illum niftakru fl-adoloxxenti li kellhom jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof illejla u fi l-qdusija tiegħu Papa Franġisku li kellu jibda ż-żjara tiegħu f'Malta llum ukoll. Nitolbu għalihom biex iż-żewġ esperjenzi jseħħu fiż-żmien mhux 'il bogħod.

laikosblog.org

Il-Papa Franġisku f’Rużarju mas-Santwarji tad-dinja

is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-5.30 pm, il-Papa Franġisku se jmexxi r-Rużarju, trasmess f’mondovisione mill-Grotta ta’ Lourdes, fil-Ġonna tal-Vatikan, bħala talba lill-Verġni Marija għall-fejqan mill-pandemija.

Knejjes u Santwarji Marjani qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f’dan ir-Rużarju. Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu se jkun wieħed minn dawn il-postijiet li se jingħaqdu mal-Papa fir-Ruzarju.

Tista' tissieheb permezz ta' din il-pagna tal-Laikos ...

https://laikosblog.org/2020/05/26/il-papa-frangisku-fruzarju-mas-santwarji-tad-dinja/

Nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-5.30 ta’ filgħaxija, il-Papa Franġisku se jmexxi r-Rużarju, trasmess f’mondovisione mill-Grotta ta’ Lourdes, fil-Ġonna tal-Vatikan, bħala talba lill-Verġni Marija għa…

Għeżież ħbieb,
Illum, ħamsin jum fuq l-Għid il-Kbir, niċċelebraw il-Pentekoste, jiġifieri, inżul l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli.
L-Ispirtu s-Santu neħtieġuh biex ngħixu l-ħajja nisranija. Għalhekk nitolbuh biex bħala komunità nisranija, nesperjenzaw mil-ġdid l-Ispirtu Qaddis ta’ Alla fuqna lkoll. L-Ispirtu ta’ Ġesù ser:
1. Isaffina u jippurifikana minn kull ħażin u rabta mad-dnub. B’hekk joħloq fina iktar spirtu ta’ talb;
2. Jieqaf magħna, fil-ħajja tagħna ta’ kuljum billi jimliena bil kuraġġ u bil-ħeġġa. B’hekk jgħinna nirbħu l-qtiegħ ta’ qalb;
3. Jibgħatna biex inwasslu u nxandru ‘l Ġesù fost il-ħbieb. B’hekk jgħinna nkunu aktar knisja sabiħa .

Kunu mberkin.
Fr. Joe

Solennità ta' Għid il-Ħamsin

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann (Ġw 20, 19-23)

Dak il-Ħadd fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

youtube.com

Messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-adoloxxenti li qed jippreparaw għas-sagrament tal-Grizma

Messaġġ ta' Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna lit-tfal li qed iħejju biex jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Arawh 3 minuti.
https://youtu.be/7CArxvfRID0

youtube.com

Novena lill-Ispirtu s-Santu - 9 - Fr Hayden

30 ta' Mejju: Id-Disa' Riflessjoni
Wasalna fl-aħħar jum tan-novena tal-Ispirtu s-Santu bi tħejjija għall-festa ta' Għid il-Ħamsin (Pentecoste). Ikun tajjeb li nsibu 5 minuti biex nirriflettu ftit fuq dan id-don kbir tal-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli flimkien ma' Patri Hayden Williams.
https://youtu.be/xEO8pkI14Zo

Grazzi lil Krista u Katrina Cini li bagħtulna t-tpinġijiet tal-Inżul tal-ispirtu s-Santu fuq l-Appostli - li se niċċelebraw nhar il-Ħadd. Prosit tassew.

youtube.com

Novena lill-Ispirtu s-Santu - 8 - Fr Hayden

29 ta' Mejju: It-Tmien Riflessjoni
Inkomplu n-novena tal-Ispirtu s-Santu bi tħejjija għall-festa ta' Għid il-Ħamsin (Pentecoste). Ikun tajjeb li nsibu 5 minuti biex nirriflettu ftit fuq dan id-don kbir tal-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli flimkien ma' Patri Hayden Williams.
https://youtu.be/7TDXl5otL_4

It-tpinġija ta' Katrina Cini - prosit tassew. Ibgħatulna iktar u nġibuhom hawn ukoll.

https://www.facebook.com/kom.gesusalvatur/posts/114188763643332

Malta ... Ghawdex ... Artijiet imbieghda.
Iffoka fuq il-Fidi ... U halli lil Alla jiehu hsieb il-biza tieghek 💓

Sakemm ghadek haj u qed tiehu nifs
Tintreha f’idejn l-ebda bniedem.
Bin Sirak 33 : 21

Tiqafx tissahhah fil-Mulej
Inghaqad mieghu biex jaghtik is-Sahha.
Bin Sirak 24 : 24

Min ghandu l-biza tal-Mulej,
Minn xejn ma jibza
U ma jaqtax qalbu
Ghax il-Mulej it-Tama tieghu.
Bin Sirak 34 : 14

Ikun imfahhar Gesu Kristu

Komunita Gesu Salvatur. Ixxerja din it-talba.

Grazzi u prosit lil Krista Cini ghal din it-tpingija sabiha li baghtet.
Kristu mtella' s-sema'.

Ħinijiet tal-Quddies:

Is-Sibt fis-6.30pm; Il-Ħadd fis-7.00am, fid-9.00am, fil-11.00am u fis-6.30pm

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Santa Lucia?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


Santa Lucia
SLC 1450
Other Santa Lucia places of worship (show all)
Dolce santa lucija Dolce santa lucija
Shop 10/12 Triq Ines Soler
Santa Lucia

We are in INES SOLER STREET SANTA LUCIJA.(hdejn il-bandli wara il-knisja)