Għaqda Abbatini Parroċċa Marija Mmakulata ta' Lourdes San Ġwann

L-Għaqda tal-Abbatini fi ħdan il-Parroċċa ta' San Ġwann.

L-għaqda tal-Abbatini tal-Parroċċa Madonna ta' Lourdes ta' San Ġwann tagħti s-servizz tagħa fuq l-artal matul is-sena kollha. Għalkhemm l-għan ewlieni ta' abbati huwa li jgħin il-quddiesa l-għaqda ma toffrix dan biss. Matul is-sena jsiru attivitajiet fejn fijhom l-abbatini jiksbu tagħrif mhux dak biss reliġjuż iżda dak ukoll soċjali. Fost il-ħafna attivitajiet li torganizzha hemm il-laqgħa reliġjuża li din issir kull nhar ta' Ġimgħa fil-kamra tal-Abbatini fil-5:15pm. Din il-laqgħa tkun dejjem varjata u jagħmilha id-direttur jew vici direttur. Waqt li xi drabi tkun fuq l-Evanġelju tal-Ħadd li jkun imiss kultant tkun dwar xi qaddis jew dwar xi festa li tkun fil-qrib. Wara din il-laqgħa l-Abbatini ikollhom logħob sas-7:00pm fejn f'dan il-ħin ikunu jistgħu jilgħabu futbol, billiard jew playstation waqt li jsiru jafu iktar lill-xulxin u jagħmlu ħbieb ġodda. Apparti dawn l-attivitajiet jiġu organizzati ukoll irtiri, adorazzjonijiet, ligs tal-futbol, tal-biljard u tal-playstation. Ikun hemm ukoll quizes, drama, wirjiet, ħarġiet u festini. Kull abbati andu ċ-ċans li jitla' jagħmel servizz fil-Bażilika ta' San Pietru f' Ruma biex jagħti servizz hemmhekk. Meta abbati jitla il-Vatikan ikollhom ix-xorti li jiltaqgħu mal- Papa. Kif tistgħu taraw l-għaqda tal-Abbatini hija differenti minn kif forsi wieħed jimmaniġa. Hija għaqda li mhix iffukata biss fuq tagħlim reliġjuż u quddies biss. Hija tgħallem lill- Abbatini kollha kemm tagħlim reliġjuż u kemm dak soċjali.

[08/16/17]   L-Ghodwa t-tajba. L-ghaqda taghna qed tigbor ritratti ta dawk l-abbatini tal-istess ghaqda li maz-zmien telghu jghamlu servizz il-Vatikan. Jekk intom wihed minnhom jew tafu lil xi hadd nitolbukom tghinuna u naprezzaw ferm.
Xerdu dan l-avvizz biex insibuhom kollha, Grazzi bil-quddiem tal-ghajnuna u l-gurnata t-tajba.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in San Gwann tal-Għargħar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Address


Parrocca Marija Mmakulata Ta' Lourdes
San Gwann Tal-Għargħar
SGN2010