Parrocca San Giljan, San Giljan Video September 1, 2019, 8:00pm

Videos by Parrocca San Giljan in San Giljan. Parish community of Saint Julian's

Festa 2019 Video clip - Ħruġ ta' San Ġiljan min-niċċa

Festa 2019 - Video tal-Ħruġ tal-vara min-niċċa tagħha.

Other Parrocca San Giljan videos

Tifkira oħra tal-10 snin bħala Kappillan ta' San Ġiljan
Fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mill-bidu tal-parrokat tiegħu, il-kappillan Dun Claude Portelli ħalla tifkira fil-knisja parrokjali l-antika ta' San Ġiljan, magħrufa bħala Ta' Lapsi. Waqt il-quddiesa tal-Vġili tas-Solennita tal-Milied Imqaddes, ġie inawgurat ir-restawr fuq il-kwadru li juri lil 'San Ġilormu jippreżenta l-Bibbja Latina lill-Papa San Damasu'.

Purċissjoni San Ġiljan - 25.08.2019
Video qasir b'siltiet mill-purċissjoni ta' San Ġiljan

Festa 2019 - Ad Multos Annos Fr Aayrton
Festa 2019 - Ad Multos Annos Fr Aayrton

Mument ieħor sabiħ mill-festa 2019 - din id-darba waqt il-manifestazzjoni tat-tfal.

Festa 2019 Video clip - Ħruġ ta' San Ġiljan min-niċċa
Festa 2019 - Video tal-Ħruġ tal-vara min-niċċa tagħha.

Festa 2018 - Il-Kappillan jirringrazzja
Ir-ringrazzjamenti tal-kappillan għal dawk kollha li ħadmu u taw is-sehem tagħhom fil-festa.

Festa 2018 - San Ġiljan lura fil-knisja parrokjali
20 t'Awissu 2018 - L-istatwa ta' San Ġiljan tinħareġ mill-knisja parrokjali l-antika "Ta'Lapsi" u tittieħed fil-knisja parrokjali.

Festa 2018 - L-Antifona waqt id-dħul
Bħalma tellajna clip tal-ħruġ tal-istatwa ta' San Ġiljan akkumpanjata bl-Innu Popolari issa jmiss li naraw id-dħul lura fil-knisja waqt il-kant tal-antifona Beate Juliane.

Festa 2018 - San Ġiljan lura fuq il-pont
Wara purċissjoni itwal mis-soltu, ir-reffiegħa b'għaqal liema bħalu jwasslu lura l-istatwa fuq iz-zuntier tal-knisja parrokjali - li issa huwa ferm akbar u isbaħ.

Festa 2018 - San Ġiljan ħdejn Lapsi
Festa 2018 - San Ġiljan ħdejn il-knisja l-antika "Ta'Lapsi". Grazzi lill-Għaqda Dilettanti Knisja Ta' Lapsi A.D.2003 li dejjem jippreparaw bis-sħiħ u jagħtu merħba xierqa lill-Qaddis Ġiljan.

Festa 2018 - San Ġiljan 125 Sena fost il-Ġiljaniżi
Festa 2018 - Mumenti sbieħ fl-okkażjoni tal-125 sena tal-vara fostna

Festa 2018 - Ħruġ tal-Purċissjoni
Wara li tellajna mijiet ta'ritratti issa jmiss li naraw xi video clips qosra tal-festa ta' San Ġiljan 2018

Tinkixef il-Vara wara r-restawr
Filmat qasir tal-mument li inkixfet il-vara ta' San Ġiljan mill-Kappillan Fr.Claude wara disa' xhur ta' restawr.

Mumenti mill-Wasla tal-Vara
Ngħixu mument mill-isbaħ fl-okkażjoni tal-125 sena mill-wasla tal-vara titulari ġewwa l-parroċċa tagħna. Din id-darba tasal lura fl-istess post, il-Knisja ta' Lapsi, wara disa' xhur ta' restawr. Video Credit: Maestro Brian Cefai.

X'Ġara s'Issa ?
Hawn min isaqsi: X'ġej taħt iz-zuntier tal-knisja ? X'qed isir ? Fejn wasal ix-xogħol....Dan il-clip qasir ser idur dawra mal-bini l-ġdid...arah u għamel share....

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 4

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 3

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 2

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Part 1

Il-kelmtejn tal-Kappilan Fr. Claude Portelli pt. 2

Bħalma jagħmel kull sena, il-Kappillan Fr. Claude Portelli għamel kelmtejn tal-okkazzjoni qabel ma' nghatat il-barka. Apparti li rringrazzja lil kull min ta' sehem biex il-Festa tkun tista' ssir, Fr. Claude reġa tkellem fuq il-proġett li kien ħabbar fil-ħruġ tal-vara nhar it-Tnejn 21 ta' Awwissu. Jekk għadkhom ma' smajtux fuq dan il-proġett, segwu dan il-clip sal-aħħar biex issiru tafu ezattament x'ser ikun qed jiġri fil-Parroċċa tagħna f'dawn ix-xhur li ġejjin.

Festa San Ġiljan 2017 - Id-dħul fil-Knisja pt. 2. Hekk kif il-vara titpoġġa lura fuq il-pedestal il-nies prezenti jinfexxew f'ċapċip u kliem ta' ferħ.

Festa San Ġiljan 2017 - Id-dħul fil-Knisja part 1. Il-vara titulari ta' San Ġiljan dieħla lura fil-Knisja wara l-purċissjoni.

Il-vara titulari tasal ħdejn il-Knisja l-antika ta' San Ġiljan - il-Knisja ta' Lapsi. Fuq inizjattiva tal-Ghaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi, l-Innu Devot 'O Giljan Mahbub Imqaddes', muzika ta' Mro. Ray Sciberras u kliem ta' Anselm Sciberras, tkanta live mis-Sopran Rosabelle Bianchi flimkien mal-Banda San Gabriel ta' Hal Balzan, taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Joe Vella. Wara segwa l-Innu Popolari minn selezzjoni tal-Amadeus Chamber Choir flimkien mal-banda.

Il-vara titulari nieżla t-taraġ tal-pont. Mumenti ta' attenzjoni enormi minn-naħa tar-reffiegħa, li minn hawn ngħidulhom prosit u grazzi tas-sehem tagħhom f'din il-Festa.

Salut mill-kaċċaturi.
It-tradizzjoni tal-kaċċaturi li jisparaw il-"blanks" minn fuq il-bejt tal-Knisja tkompli din is-sena wkoll. San Ġiljan huwa l-qaddis patrun tal-kaċċaturi, u dan is-salut jingħatalu ezatt kif joħroġ mill-Knisja Parrokkjali. (Note: only blanks are fired during the salute.)

Hruġ tal-vara
Hruġ tal-vara titulari ta' San Ġiljan fil bidu tal-Purċissjoni Solenni tal-Festa ta' San Ġiljan 27.08.2017

Happy 50th Birthday
Awguri Fr Paul Mizzi

Festa 2017 - L-Innu Popolari lil San Ġiljan
Festa 2017 - L-Innu Popolari lil San Ġiljan ħdejn il-knisja l-antika Ta'Lapsi

Festa 2017 - Celebrazzjoni għat-Tfal
Ċelebrazzjoni għat-Tfal bl-istatwa ż-żgħira ta' San Ġiljan. Din l-istatwa hija xogħol ta' Chris Micallef.

Tlaqna....San Ġiljan ħareġ ukoll !!

Promo tal-Festa 2017
Awwissu magħna u miegħu l-festa ta' San Ġiljan. Ilna għal dawn l-aħħar ġimgħat naħdmu fuq PROMO għall-festa tagħna. U hawn hu! Dan huwa l-ewwel promo li qatt sar għall-festa ta' San Ġiljan. Nirringrazzja lil Adam Delicata għall-muntaġġ (biċċa xogħol kbira), lil Miguel Tabone, Mario Manicolo u l-grupp Briju Ġiljaniż għall-filmati, lil Mark Micallef Perconte u lil John Grixti għar-ritratti. Nitlobkom tagħmlu share fuq il-wall tagħkom!

Dan huwa recording tal-omelija li l-kappillan Dun Claude Portelli għamel waqt il-Quddiesa ta’ Radd ill-Ħajr fl-okkażżjoni tal-ħmistax-il sena mill-ordinazzjoni tiegħu u sħabu – 31 Lulju 2017

Feature dwar iċ-Ċentru
Feature u intervista ma' Dun Claude Portelli dwar il-bini taċ-Ċentru Parrokjali.

125 Sena Parroċċa
Ħarsa lejn l-attivitajiet li saru matul is-sena 2015 - 2016 fl-okkażżjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta' San Ġiljan.

Mill-Album tal-Festa 2016
Ħarsa lejn ix-xahar tal-festa permezz tar-ritratti u żewg innijiet lil San Ġiljan mill-baned Ġiljanizi.

Innu l-Kbir lil San Ġiljan
Din is-sena, fl-okkażżjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa, inkiteb l-INNU L-KBIR LIL SAN ĠILJAN OSPITALIER. Dan l-innu ndaqq għall-ewwel darba fis-19 t'Awwissu 2016. Għal dawk li ma kienux preżenti jew ghadhom ma semgħux dan l-innu, jistgħu isewgwuh hawn.

Innu lil San Ġiljan
Mons Ġwann Galea jidderieġi l-orkestra u l-kor fit-Tielet Jum tat-Tridu lil San Ġiljan Ospitalier li sar fil-knisja l-antika Ta' Lapsi. Hawn qed jiġi esegwit l-Innu lil San Ġiljan.

Antifona lil San Ġiljan
Mons Ġwann Galea jidderieġi l-orkestra u l-kor fit-Tielet Jum tat-Tridu lil San Ġiljan Ospitalier li sar fil-knisja l-antika Ta' Lapsi. Hawn qed tiġi esegwita l-Antifona lil San Ġiljan

Innu tal-Istrofi
Mons Ġwann Galea jidderieġi l-orkestra u l-kor fit-Tielet Jum tat-Tridu lil San Ġiljan Ospitalier li sar fil-knisja l-antika Ta' Lapsi. Hawn qed jiġi esegwit l-Innu tal-Istrofi - Nominem Insignem

About   Privacy   Login