Parrocca San Giljan, San Giljan Video September 1, 2018, 4:25pm

Videos by Parrocca San Giljan in San Giljan. Parish community of Saint Julian's

Festa 2018 - San Ġiljan lura fuq il-pont

Wara purċissjoni itwal mis-soltu, ir-reffiegħa b'għaqal liema bħalu jwasslu lura l-istatwa fuq iz-zuntier tal-knisja parrokjali - li issa huwa ferm akbar u isbaħ.

Other Parrocca San Giljan videos

Rużarju mal-Abbatini
Rużarju mal-Abbatini ================ Matul ix-xahar ta' Mejju, l-abbatini tal-parroċċa talbu posta rużarju kuljum minn darhom u tellgħuh fi 'group chat' tal-ġenituri biex il-bqija tal-abbatini jkunu jistgħu jitolbuha magħhom. Din l-inizjattiva kienet apprezzata mill-ġenituri u l-abbatini għaliex ħafna minnhom ilhom ma jiltaqgħu iktar minn xahrejn. Infatti, ħadu sehem l-abbatini kollha, u ġiet offruta intenzjoni kuljum. Nhar il-Ħamis 21 ta' Mejju, waqt laqgħa fuq Zoom għall-abbtini, ingħatat posta rużarju u issa qed tittella' biex ikun jista jitlobha kulħadd flimkien mal-abbatini. Rosary with our Altar Servers ======================= During the month of May the altar servers of the parish prayed a decade of the rosary each everyday at their homes, recorded it and uploaded it on a parents group chat for the rest of the servers to join in during their time of prayer. This initiative was greatly appreciated by parents and servers and brought the children together, most of whom have not seen each other for more than two months. In fact all altar servers took part and an intention was given each day. On Thursday 21st May, during a Zoom meeting for altar servers, a decade of the Rosary was prayed together and is now being uploaded for everyone to pray along.

Mument ta' Talb u Adorazzjoni
Mument ta' Talb u Adorazzjoni quddiem Ġesu' Sagramentat fil-jum tal-Ħadd tal-Ħniena Divina - 19 t'April 2020 - Knisja Parrokkjali San Ġiljan

Barka Sagramentali lill-Komunita' Ġiljaniża
Dawk li ma rawx live streaming tal-Barka Sagramentali il-Ħadd 19 t'April 2020, jistgħu jgħixu dan il-mument billi jaraw dan il-clip.

Messaġġ mill-kappillan Dun Claude Portelli
Messaġġ qasir lill-komunita' Ġiljaniża f'dan iż-żmien li għaddejjin minnu bħalissa mill-Kappillan Fr Claude Portelli

Tifkira oħra tal-10 snin bħala Kappillan ta' San Ġiljan
Fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mill-bidu tal-parrokat tiegħu, il-kappillan Dun Claude Portelli ħalla tifkira fil-knisja parrokjali l-antika ta' San Ġiljan, magħrufa bħala Ta' Lapsi. Waqt il-quddiesa tal-Vġili tas-Solennita tal-Milied Imqaddes, ġie inawgurat ir-restawr fuq il-kwadru li juri lil 'San Ġilormu jippreżenta l-Bibbja Latina lill-Papa San Damasu'.

Purċissjoni San Ġiljan - 25.08.2019
Video qasir b'siltiet mill-purċissjoni ta' San Ġiljan

Festa 2019 - Ad Multos Annos Fr Aayrton
Festa 2019 - Ad Multos Annos Fr Aayrton

Mument ieħor sabiħ mill-festa 2019 - din id-darba waqt il-manifestazzjoni tat-tfal.

Festa 2019 Video clip - Ħruġ ta' San Ġiljan min-niċċa
Festa 2019 - Video tal-Ħruġ tal-vara min-niċċa tagħha.

Festa 2018 - Il-Kappillan jirringrazzja
Ir-ringrazzjamenti tal-kappillan għal dawk kollha li ħadmu u taw is-sehem tagħhom fil-festa.

Festa 2018 - San Ġiljan lura fil-knisja parrokjali
20 t'Awissu 2018 - L-istatwa ta' San Ġiljan tinħareġ mill-knisja parrokjali l-antika "Ta'Lapsi" u tittieħed fil-knisja parrokjali.

Festa 2018 - L-Antifona waqt id-dħul
Bħalma tellajna clip tal-ħruġ tal-istatwa ta' San Ġiljan akkumpanjata bl-Innu Popolari issa jmiss li naraw id-dħul lura fil-knisja waqt il-kant tal-antifona Beate Juliane.

Festa 2018 - San Ġiljan lura fuq il-pont
Wara purċissjoni itwal mis-soltu, ir-reffiegħa b'għaqal liema bħalu jwasslu lura l-istatwa fuq iz-zuntier tal-knisja parrokjali - li issa huwa ferm akbar u isbaħ.

Festa 2018 - San Ġiljan ħdejn Lapsi
Festa 2018 - San Ġiljan ħdejn il-knisja l-antika "Ta'Lapsi". Grazzi lill-Għaqda Dilettanti Knisja Ta' Lapsi A.D.2003 li dejjem jippreparaw bis-sħiħ u jagħtu merħba xierqa lill-Qaddis Ġiljan.

Festa 2018 - San Ġiljan 125 Sena fost il-Ġiljaniżi
Festa 2018 - Mumenti sbieħ fl-okkażjoni tal-125 sena tal-vara fostna

Festa 2018 - Ħruġ tal-Purċissjoni
Wara li tellajna mijiet ta'ritratti issa jmiss li naraw xi video clips qosra tal-festa ta' San Ġiljan 2018

Tinkixef il-Vara wara r-restawr
Filmat qasir tal-mument li inkixfet il-vara ta' San Ġiljan mill-Kappillan Fr.Claude wara disa' xhur ta' restawr.

Mumenti mill-Wasla tal-Vara
Ngħixu mument mill-isbaħ fl-okkażjoni tal-125 sena mill-wasla tal-vara titulari ġewwa l-parroċċa tagħna. Din id-darba tasal lura fl-istess post, il-Knisja ta' Lapsi, wara disa' xhur ta' restawr. Video Credit: Maestro Brian Cefai.

X'Ġara s'Issa ?
Hawn min isaqsi: X'ġej taħt iz-zuntier tal-knisja ? X'qed isir ? Fejn wasal ix-xogħol....Dan il-clip qasir ser idur dawra mal-bini l-ġdid...arah u għamel share....

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 4

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 3

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Pt 2

Proset tassew lil dawk il-ftit li ħadmu ħafna biex waqt il-Festa ta' San Ġiljan stajna wkoll ingawdu spettaklu saħih ta' logħob tan-nar. Part 1

Il-kelmtejn tal-Kappilan Fr. Claude Portelli pt. 2

Bħalma jagħmel kull sena, il-Kappillan Fr. Claude Portelli għamel kelmtejn tal-okkazzjoni qabel ma' nghatat il-barka. Apparti li rringrazzja lil kull min ta' sehem biex il-Festa tkun tista' ssir, Fr. Claude reġa tkellem fuq il-proġett li kien ħabbar fil-ħruġ tal-vara nhar it-Tnejn 21 ta' Awwissu. Jekk għadkhom ma' smajtux fuq dan il-proġett, segwu dan il-clip sal-aħħar biex issiru tafu ezattament x'ser ikun qed jiġri fil-Parroċċa tagħna f'dawn ix-xhur li ġejjin.

Festa San Ġiljan 2017 - Id-dħul fil-Knisja pt. 2. Hekk kif il-vara titpoġġa lura fuq il-pedestal il-nies prezenti jinfexxew f'ċapċip u kliem ta' ferħ.

Festa San Ġiljan 2017 - Id-dħul fil-Knisja part 1. Il-vara titulari ta' San Ġiljan dieħla lura fil-Knisja wara l-purċissjoni.

Il-vara titulari tasal ħdejn il-Knisja l-antika ta' San Ġiljan - il-Knisja ta' Lapsi. Fuq inizjattiva tal-Ghaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi, l-Innu Devot 'O Giljan Mahbub Imqaddes', muzika ta' Mro. Ray Sciberras u kliem ta' Anselm Sciberras, tkanta live mis-Sopran Rosabelle Bianchi flimkien mal-Banda San Gabriel ta' Hal Balzan, taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Joe Vella. Wara segwa l-Innu Popolari minn selezzjoni tal-Amadeus Chamber Choir flimkien mal-banda.

Il-vara titulari nieżla t-taraġ tal-pont. Mumenti ta' attenzjoni enormi minn-naħa tar-reffiegħa, li minn hawn ngħidulhom prosit u grazzi tas-sehem tagħhom f'din il-Festa.

Salut mill-kaċċaturi.
It-tradizzjoni tal-kaċċaturi li jisparaw il-"blanks" minn fuq il-bejt tal-Knisja tkompli din is-sena wkoll. San Ġiljan huwa l-qaddis patrun tal-kaċċaturi, u dan is-salut jingħatalu ezatt kif joħroġ mill-Knisja Parrokkjali. (Note: only blanks are fired during the salute.)

About   Privacy   Login