Madonna tal-Karmnu Balluta

Madonna tal-Karmnu Balluta

Comments

1950
Miet Ġużeppi Bonavia, li sa mill-1978 sa ftit snin ilu ħa ħsieb il-fergħa tal-Museum fil-Balluta. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.
Nistiednukom....
Inhabbru bil-ferħ li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna hatar lil P. Renald Lofreda O. Carm. bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Balluta. Nifirħulu, nawgurawlu u nitolbu għalih.
Illum, festa ta' S. Teresa tal-Bambin Ġesu' jibdew il-lezzjonijiet tad-duttrina. Il-ħin huwa fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Titu Brandsma, Triq Scicluna, San Ġiljan. Nawguraw lit-tfal kollha li ser jibdew din il-mixja matul din is-sena u lill-katekisti li ser jimxu magħhom. Grazzi lil-ġenituri jew nanniet li ser jakkumpanjaw lit-tfal għal dawn il-lezzjonijiet.
Festa 2018
Nawgura min qalbi lill'Ordni karmelitan kollu il-festa t-tajba.... J'alla l'Madonna thares il parrocca taghna u tqajjem izjed vokazzjonijiet godda u qaddisa. Il-Paci maghkom .
Happy Feast to all Carmelites, may the Lord and the virgin of Carmel protect you and bless you always.
Dear members, I wonder if you can help me please. I would love to hear from anyone who remembers a family member who was in the Carmelite order in Balluta, Fr Bernard Farrugia. Please send me a private message if so - thank you in anticipation. Regards - Maria.
Festa 2017

Balluta Parish - Official Page

[03/12/20]   Minhabba c-cirkustanzi prezenti l-Kappella tal-Adorazzjoni se tinzamm maghluqa bhala prekawzjoni minhabba c-cokon taghha. Min jixtieq jinvista s-Sagrament jista' jaghmel dan fil-hinijiet li fihom tkun miftuha l-Knisja. Filghodu mit-8 a.m. sad-9.30 a.m u filghaxija mill-5 p.m. sas-6.30 p.m.

[03/12/20]   IMPORTANTI!!!

Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-sahha, l-Isqfijiet ta' Malta u Ghawdex qeghdin iwaqqfu l-funzjonijiet religjuzi kollha, inkluz il-Quddies ta' kuljum u ta' nhar ta' Hadd, u l-katekezi tat-tfal, fl-Arcidjocesi ta' Malta u d-Djocesi ta' Ghawdex. Ghal aktar informazzjoni u aggornamenti tista' taccessa knisja.mt

Centru pastorali Gesu' l-Habib

Kappella Ġesu’ Ħabib

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi li qedin ngħixu bħalissa dwar il-Coronavirus, b’deċiżjoni li ittieħdet minni bħala Rettur flimkien mal-Provinċjal tal-Patrijiet Minuri u il-Kappillan tal-Parroċċa Madonna tal-Karmnu Balluta Fr. Renald Lofreda, il-Kappella se tkun magħluqa mil-llum 12 ta’ Marzu 2020 sakemm jitħabbar avviż ieħor.

Nifhem li jista’ jinħoloq xi inkonvenjent, imma kullħadd jifhem li din id-deċizzjoni ittieħdet sabiex tiġi issavagwardata primarjament is-saħħa tal-persuni.

Inkomplu nimxu fuq il-pariri tar-rgħajja spiritwali tagħna sabiex nitolbu, u nittamaw li din is-sitwazzjoni ma’ ddumx ma tiġi għan-normal.

Fr. Clive Camilleri OFM
Rettur.

[03/12/20]   Fid-dawl tac-cirkistanzi prezenti il-Programm tat-tberik tal-Familji tal-Parrocca fil-granet li gejjin, huwa sospiz sakemm jinhareg avviz iehor. Grazzi tal-koperazzjoni.

[03/12/20]   Fid-dawl ta-cirkustanzi u ghall-harsien tas-sahha l-irtir li kellu jsir bejn il-Parrocca taghna u dik tal-Fgura nhar il-Hadd 22 ta' Marzu gie mhassar.

knisja.mt

Talb u miżuri fil-knejjes biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus

knisja.mt Nixtiequ nħeġġukom biex nitolbu ħalli naqilgħu mingħand Alla l-grazzja tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem u biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus Covid-19 fid-dinja. Nitolbu għal dawk kollha milquta u għal dawk kollha li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’...

Ix-Xewk li jirrapprezenta t-tbatija fil-hajja tal-bniedem li jfakkarna fit-tbatija li minna ghadda Gesu' biex isalvana.

B'solidarjeta' mal-Familja Pace, nħeġġu lil min jista' jgħin biex jibgħat jew jieħu d-donazzjoni tiegħu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, l-Belt Valletta, jew jgħaddihom lil xi ħadd mill-Patrijiet tal-Balluta, biex mbagħad nkunu nistaw ngħadduhom aħna. Nirringrazzjawkom, u nkomplu nakkumpanjawhom bit-talb tagħna.

Quddiesa fil-Kappella Ġesu' l-Ħabib, Via Sagra mat-Toroq tal-madwar u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.

L-Omelija tal-Kappillan waqt il-Pellegrinaġġ Parrokkjali fil-Knisja tal-Karmnu tal-Imdina fis-Sena ta' San Ġużepp.

L-Omelija tal-Kappillan waqt il-Pellegrinaġġ Parrokkjali fil-Knisja tal-Karmnu tal-Imdina fis-Sena ta' San Ġużepp.

Pellegrinaġġ Parrokkjali, fl-okkażjoni tas-Sena ta’ San Ġużepp għall-Knisja tal-Karmnu tal-Imdina fejn l-istatwa proċessjonali ta’ San Ġużepp tar-Rabat hija meqjuma f'dawn il-ġranet qabel tittieħed lura għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.

Silta mill-Intervista lill-Kappillan P. Renald Lofreda, fuq il-programm Espresso, tal-Erbgha 26 ta' Frar.

Il-Knisja trid tkun....

Silta mill-Intervista lill-Kappillan P. Renald Lofreda, fuq il-programm Espresso, tal-Erbgha 26 ta' Frar.

Is-Simbolu tal-irmied

Silta mill-Intervista lill-Kappillan P. Renald Lofreda, fuq il-programm Espresso, tal-Erbgha 26 ta' Frar.

X'inhu l-iskop tas-sawn?

Silta mill-Omelija tal-Kappillan waqt il-Quddiesa ta' Ras ir-Randan - 4

Silta mill-Omelija tal-Kappillan waqt il-Quddiesa ta' Ras ir-Randan - 3

Silta mill-Omelija tal-Kappillan waqt il-Quddiesa ta' Ras ir-Randan - 2

Silta mill-Omelija tal-Kappillan waqt il-Quddiesa ta' Ras ir-Randan - 1

Purcissjoni tad-Dhul

Introjtu tal-Quddiesa

Quddiesa ta' Ras ir-Randan, immexxija mill-Kappillan P. Renald Lofreda, bir-rit tat-tberik u tqeghid tal-irmied.

Il-Vergni Marija Addolorata takkumpanjana fil-mixja taghna matul dan iz-zmien qaddis tar-Randan.

Madonna tal-Karmnu Balluta's cover photo

Il-Knisja armata biex nibdew iz-Zmien Qaddis tar-Randan.

25 ta' Frar - Il-Beata Maria Adeodata Pisani, Verġni.

Maria Tereza (Adeodata) Pisani twieldet f’Napli fid-29 ta’ Diċembru tal-1806 għand missier Malti, il-Baruni Benedittu Pisani Mompalao Cuzker u omm Taljana, Vincenza Carrano. Missierha kellu t-totolu ta’ Baruni ta’ Frigenuini, Baronat f’Malta oriġinarjament maħluq fl-1375 mir-Re Frederiku III ta’ Sqallija.

Missierha taha għax-xorb u dan wassal għat-tifrik tal-familja tant li bintu spiċċat tgħix ma’ nannitha. Meta mietet nannitha, Maria Tereża kellha biss 10 snin u ntbagħtet fl-“Istituto di Madama Prota” f’Napli fejn dament sa ma kellha 17-il sena. Intant, barra x-xorb, missierha daħal ukoll f’saram mal-awtoritajiet ċivili li eżiljawh f’Malta fl-1821 billi kien ċittadin Ingliż.

Fl-1825 Maria Tereża ġiet toqgħod ukoll f’Malta u marret tgħix m’ommha fir-Rabat. Kien fl-1828, meta kellha 21 sena, li ħasset il-ġibda li tidħol soru u daħlet bħala postulant f’dan il-monasteru tal-Benedittini kontra x-xewqa tal-ġenituri tagħha. Fl-1829 bdiet in-novizzjat u ħadet l-isem ta’ Maria Adeodata, kif nafuha llum. Il-professjoni sollenni tagħha saret fir-8 ta’ Marzu tal-1830 u imbagħad għamlet 25 sena tgħix ta’ soru tal-klawsura fejn ukoll kellha għadd ta’ karigi differenti fil-kunvent. Għamlet 4 snin mastru tan-novizzi u sentejn, bejn l-1851 u l-1853, bħala l-badessa tal-kunvent.

Kienet magħrufa għall-qdusija u l-ispiritwalita tagħha u riflessjonijiet spiritwali tagħha kitbithom fi djarju bejn is-snin 1835 u 1843. Fl-aħħar sentejn ta’ ħajjitha saħħitha bdiet tmur lura u mietet ta’ 25 ta’ Frar tal-1855 ta’ 48 sena.

Il-kawża għal-Kanonizzazzjoni tagħha nbdiet fl-1892. Fl-1897 sar l-ewwel miraklu bl-interċessjoni tagħha, li aktar tard serva fil-proċess tal-Kanonizzazzjoni tagħha. Il-kawża kienet twaqfet bejn is-snin 1913 u 1989 minħabba nuqqas ta’ fondi, iżda mbagħad kompliet wara petizzjoni mis-sorijiet Benedittini tal-Monasteru ta’ San Pietru fl-Imdina. Adoedata Pisani ġiet iddikjarata Venerabbli (digriet ta’ Virtujiet Erojċi) mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-24 t’April tal-2001. Aktar tard, fid-9 ta’ Mejju tal-istess sena (2001), waqt żjara f’Malta, Adeodata Pisani ġiet iddikjarata Beata mill-istess Papa San Ġwanni Pawlu II, flimkien mal-Beatu Nazju Falzon u San Ġorġ Preca. Il-kawża għall-Kanonizzazzjoni tagħha għadha għaddeja.

http://www.kappellimaltin.com/html/s__pietru_s__bene_.html

ARĊIDJOĊESI TA’ MALTA

DIRETTIVI GĦALL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA

Kif nafu lkoll, bħalissa ma’ diversi pajjiżi qed tixtered ħafna l-Coronavirus (COVID-19).

Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu ta’ tixrid tal-Coronavirus, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq.

Hi responsabbiltà tagħna lkoll li nieħdu l-miżuri kollha biex nevitaw dak kollu li b’xi mod jista’ jxerred il-mard, speċjalment fejn jinġabru numru kbir ta’ nies bħall-knejjes jew swali tal-Knisja.

Dawn id-direttivi qed jingħataw wara pariri minn esperti fil-qasam tas-Saħħa.

Maħruġa mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, il-Furjana, illum 24 ta’ Frar 2020.

Lawrence Gatt Joseph Galea Curmi
Kanċillier Isqof Awżiljarju
Vigarju Generali

Għas-sodisfazzjon ta’ kulħadd il-ġbir li sar mid-djar tal-Parroċċa fl-envelopes b’risq il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu kien ta’ €4023. Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożita' kbira u tal-għajnuna kollha tagħkom.

21 ta' Frar 2020 - L-Assemblea Parrokkjali, li saret fil-Knisja Parrokkjali.

10 ta' Frar 2020 - Is-Sehem tal-Abbatini Karmelitani tal-Balluta fl-irfigħ tad-Driegħ ta' San Pawl, fil-Purċissjoni tas-Solennita' tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, fil-Belt Valletta.

Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta A.D. 1987

Nawguraw fejqan ta' malajr lill-mara, residenti fil-Parroċċa tagħna, li sfat midruba f'inċident relatat mal-kostruzzjoni, fi Triq il-Kulleġġ l-Antik.

22 TA’ FRAR - IL-KATEDRA TA’ SAN PIETRU.

X’aktarx li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata kull sena mill-bidunett tal-Knisja, b’tifkira tal-ġurnata li fiha San Pietru għamel l-ewwel ċerimonja reliġjuża hekk kif wasal Ruma, xi ħdax-il sena wara li Ġesù tela’ s-sema.

Fil-Vatikan, hemm siġġu sempliċi bid-dirgħajn, magħmul mill-injam tal-ballut, u li żmien wara kien ġie msebbaħ b’panelli ta’ l-avorju. Dan is-siġġu (sedes gestatoria) jinsab ippreservat ġo kaxxa kbira tal-bronż, iddisinjata minn Bernini, u tinsab imqiegħda fil-għoli mal-ħajt.

Fl-1867, dan is-siġġu kien ġie espost għall-venerazzjoni tal-Fidili biex jiħi kkomemorat it-tmintax-il ċentinarju mill-mewt ta’ San Pietru.

Biż-żmien, il-Knisja, bdiet tara fis-siġġu ta’ San ietru, simbolu ta’ l-awtorita’ tal-Papa, jew fi kliem ieħor l-għaqda tal-nisja mal-Papa suċċessur ta’ l-Appostli, u għalhekk f’dan il-jum, tħeġġeġ il-Fidili biex isaħħu l-fedelta’ tagħhom lejn il-Papa u biex jitolbu għalih.

http://www.laikos.org/qaddisin.htm

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Saint Julian's?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

L-Omelija tal-Kappillan waqt il-Pellegrinaġġ Parrokkjali fil-Knisja tal-Karmnu tal-Imdina fis-Sena ta' San Ġużepp.

Location

Telephone

Address

Saint Julian's

Opening Hours

Monday 17:00 - 18:30
Wednesday 16:30 - 18:00
Friday 16:30 - 17:30
Other Religious Organizations in Saint Julian's (show all)
Casa Leone St.Julians Casa Leone St.Julians
Sacred Heart Avenue
Saint Julian's

Casa Leone XIII is a Church run Home for the Elderly.