LIGHT Naxxar

LIGHT Naxxar

‘LIGHT’ huwa l-isem il-ġdid tal-grupp fil-Parroċċa tan-Naxxar li twaqqaf fl-2012, bl-isem ta’ ‘Grupp Adolexxenti Naxxar’. L-għan ta’ dan il-grupp huwa li joffri ambjent żagħżugħ fejn l-adolexxenti u ż-żgħażagħ jikbru fil-formazzjoni spiritwali tagħhom filwaqt li jagħmlu ħbiberiji ġodda. Il-grupp tal-adolexxenti mit-12-il sena ‘l fuq jiltaqa’ kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7:15pm fl-Annexe tal-Knisja Arċipretali tan-Naxxar filwaqt li l-grupp taż-żgħażagħ mis-16-il sena ‘l fuq jiltaqa’ fit-8:30pm. Flimkien mal-laqgħa ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, jiġu organizzati attivitajiet bħal hikes, live-ins, treasure hunts, cake sales, volontarjat mat-tfal u DVD nights fost oħrajn. F’Lulju tal-2016 il-grupp kellu wkoll l-opportunità li jmur għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ġewwa l-Polonja.

L-esperjenza ta' Emma bħala membru mill-grupp:
"Grazzi ħafna li qegħda magħkom f'dan il-grupp. Grazzi lill- 'leaders' kollha tal-grupp kif ukoll lill-membri l-oħra li jattendu. Grazzi ukoll tal-'activities' li nagħmlu flimkien u nixtieq li l-grupp dejjem ikompli jikber." -Emma Bugeja 13/10/17 😀

Bħal lum ħames snin ilu kellna l-ewwel laqgħa tal-grupp 'LIGHT'. Minn dakinhar 'l hawn, il-grupp kompla jikber u jiżvolġi. 😀🎉

L-esperjenza ta' Jade fil-grupp...

"Meta ġejt l-ewwel darba ħassejtni nervuża, imma mbagħad indunajt li m'għandix għalfejn inkun nervuża. Dan għaliex iltqajt ma' nies li jgħinuni u jifhmuni. Illum il-ġurnata nkun vera eċitata biex niġi l-laqgħa għax ikun hemm ħafna attivitajiet, ħruġ u ħafna lezzjonijiet differenti. Sa mnalla bagħtuli l-invit biex nibda niġi kull nhar ta' Ġimgħa, għax nieħu ħafna pjaċir u wara ġimgħa skola tkun attività li tneħħili l-istress" :) Jade Borg, 06/10/2017

Memorja sabiħa ta attivita' li għamilna das-sajf, Canoeing :D

Nixtieq infakkarkom li l-laqgħat ikomplu nhar il-Ġimgħa 29 ta' Settembru. Min hu imħajjar jibda jattendi, kemm jibgħat messaġġ fuq din il-paġna.

Grazzi u narawkom! :D

LIGHT Naxxar

Is-Sajf wasal biex jispiċċa... nixtiequ ninfurmawkom li l-grupp jerġa jibda jiltaqa' l-Ġimgħa 29/09/2017.

Għal aktar informazzjoni ibagħtu 'private message'. Grazzi :)

Membri mill-grupp LIGHT illum jibdew l-esperjenza tagħhom ġewwa Taize', Franza. :)

Gentle reminder - thank you :)

Is-Sajf wasal biex jispiċċa... nixtiequ ninfurmawkom li l-grupp jerġa jibda jiltaqa' l-Ġimgħa 29/09/2017.

Għal aktar informazzjoni ibagħtu 'private message'. Grazzi :)

Is-Sajf wasal biex jispiċċa... nixtiequ ninfurmawkom li l-grupp jerġa jibda jiltaqa' l-Ġimgħa 29/09/2017.

Għal aktar informazzjoni ibagħtu 'private message'. Grazzi :)

Ritratt meħud fil-Quddiesa tal-Festa iddedikata liż-żgħażagħ tal-parroċċa.
Nixtiequ nawguralkom il-festa it tajba lill-kulħadd m'għand il-grupp 'LIGHT'. 🎉😀

Aħna, membri tal-grupp LIGHT, se nkunu hemm... Narawkom :)

Il-wara nofsinhar it-tajjeb lill-kulħadd!

Niltaqgħu għada il-Ġimgħa għal ftit water games. Għal min irid jattendi kemm jibgħat messaġġ fuq din il-paġna għal aktar informazzjoni.

Grazzi u narawkom! :D

#tbt
Ghal min hu interessat li jinghaqad maghna kemm ikellimna 😁😁

Bħal-lum sena ilu (25/7/16) xi wħud mill-membri tal-grupp kienu telgħu jilqgħu lill-Papa Franġisku fil-'Jum Dinji taż-Żgħażagħ' ġewwa Krakovja, il-Polonja.

Memorji tant għall-qalb il-grupp 'LIGHT'! 😀

'Ice cream Time' :)

Il-Ġimgħa (21-07-2017) se niltaqgħu ż-żewġ gruppi flimkien. Żgħażagħ u adolexxenti li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu messaġġ għal aktar dettalji :)

'Ftira Friday' :)

Nhar il-Ġimgħa (14-07-2017) se niltaqgħu ż-żewġ gruppi flimkien għal-lejla tipikament Sajfija Maltija, billi nieħdu ftira flimkien. Żgħażagħ u adolexxenti li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu messaġġ għal aktar dettalji :)

Beda s-Sajf! :)

Din il-ġimgħa mhux se niltaqgħu... niltaqgħu l-Ġimgħa 14/07/2017. Iktar dettalji fil-jiem li ġejjin. Narawkom!

Nixtiequ navżaw li hekk kif issa beda is-sajf, il-laqgħat ikollom xejra differenti. Ħa jibdew isiru iktar attivitajiet bħal xi BBQs kif ukoll xi water games.
Aħna ser navżawkom minn qabel x'attivitajiet ħa jsiru permezz ta' din il-paġna.
Individwi li huma mħajjrin jibdew jattendu il-grupp huma mħeġġa jibagħtu messaġġ lill-paġna ta' Facebook.
Grazzi :D

Nixtiequ nifirħu lil tnejn mill-'leaders' tal-grupp, Luisa u David, li ngħaqdu flimkien fis-sagrament taż-żwieġ il-Ħadd 18 ta' Ġunju 2017! Il-Mulej iżomm idejH fuqhom tul ħajjithom bħala koppja. Awguri! 😃❤️

Il-Lejl it-tajjeb lill-kullħadd! Navzawkom li l-Ġimgħa 2 ta' Ġunju mhux se isiru laqgħat.
Nixtiequ r-risq liż-żgħażagħ tagħna li bħalissa qegħdin jagħmlu eżamijiet tal-universita', sekondarja, u kif ukoll A levels u O levels. :)

Żewġ ritratti minn żewġ attivitajiet li organizzajna għall-membri tal-grupp matul il-vaganzi tal-Għid.

Il-laqgħat jkomplu għada b'dik tat-'12+' tibda fis-7:15 P.M. Filwaqt li l-laqgħa tas-'16+' tibda fit-8:30 P.M.

Membri ġodda huma milqugħa! :D

M'għand il-membri tal-grupp 'Light', nixtiequ nawgurawlkom l-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familji kollha tagħkom! 😀

Wħud mill-membri tal-grupp 'Light' wara iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ta' Ħadd il-Palm 2017! 😀

Attivita' li għamilna mal-grupp tat-'12+' ftit taż-żmien ilu :D
Illejla il-laqgħat ikomplu bħas-soltu b'dik tat-'12+' tibda fis-7:15, u dik tas-'16+' tibda fit-8:30.
Grazzi u tmiem il-ġimgħa it-tajjeb🙂

Illum, l-1 ta' Marzu, nibdew l-erbgħin jum tar-Randan bi preparazzjoni għall-qawmien ta' Gesu' Kristu. B'hekk nieħdu din l-opportunita' biex nirriflettu ftit fuq hajjitna biex dejjem inkomplu ntejjbu ruħna.

Attivita' tassew sabiħa li organizza il-grupp! Festin żgħir tal-Karnival 2017! :D

...Viva viva l-Karnival! Għada iż-żewġ gruppi jiltaqgħaw fis-7.15 P.M. fl-Annexe tal-Knisja. Ser norganizzaw 'party' żgħir u nagħmlu diversi attivitajiet flimkien relatati mal-Karnival.

Narawkom! :)

Hekk hu il-Ġimgħa jinsab magħna. B'hekk illejla niltaqgħu għall-laqgħat taż-żewġ gruppi fl-Annexe tal-Knisja.
Il-laqgħa tal-grupp tat-'12+' tibda fis-7:15; Il-laqgħa tal-grupp tas-'16+' tibda fit-8:30.

Niltaqaw! :D

Xi' ħaga li għamilna mal-grupp tat- '12+'... Waħda mill- kwotazzjonijiet sbieħ li qalet St. Mother Teresa :D

Memorja ħelwa tal-grupp: Live-in 2016 u 'Water Games' #Throwback :D

[01/11/17]   Din il-ġimgħa il-grupp jerġa' jiltaqa' il-Ġimgħa 13 ta' Jannar.

Il-laqgħa taż-żgħażagħ mill-Griżma 'l fuq tibda fis-7:15 P.M.
Il-laqgħa taż-żgħażagħ mis- Sixth form 'l fuq tibda fit-8:30 P.M.

Grazzi u l-kumplament tal-gimgħa t-tajba :)

[01/03/17]   Nixtiequ infakkrukom li l-laqgħat jerġaw jibdew il-Ġimgħa 6 ta' Jannar fl-annexe tal-knisja.
Il-laqgħa taż-żgħażagħ mill-Griżma 'l fuq tibda fis-7:15 P.M. Filwaqt li l-laqgħa taż-żgħażagħ mis- Sixth form 'l fuq tibda fit-8:30 P.M.
Narawkom :)

M'ghand il-membri kollha tal-grupp 'LIGHT' nixtiequ nawgurawlkom sena mill-isbah, mimlija ferh, imhabba u paci! Awguri! :D

LIGHT Naxxar's cover photo

LIGHT Naxxar

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Naxxar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address

Naxxar
Other Religious Organizations in Naxxar (show all)
Dilletanti tal-festa Naxxarija Dilletanti tal-festa Naxxarija
Naxxar

Dilletanti tal-festa (naxxar)

Museum Naxxar Museum Naxxar
29, Museum Subien, Triq Tal-Labour
Naxxar, NXR 9021

Parrocca Marija Bambina Naxxar Parrocca Marija Bambina Naxxar
Uffiċċju Parrokjali, 26, Misraħ Ir-Rebħa
Naxxar, NXR 1200

Hija xewqa tagħna li bħala parroċċa nwasslu ħsibijiet u informazzjoni lilkom ilkoll. Nittamaw li din il-paġna ssibuha utli fil-mixja tagħkom mal-Mulej.