Museum Naxxar

"Biex Kristu jsir magħruf u maħbub minn kulħadd" Formazzjoni Nisranija għat-tfal, adolexxenti, żgħażagħ u adulti.

Permezz ta' din il-paġna, aħna nixtieq nżommu kuntatt magħkom waqt li ninfurmawkom bl-attivitajiet u b'informazzjoni dwar iċ-ċentru tal-Museum tas-Subien fin-Naxxar u f' Ħal Għargħur.

Mission: "Biex Kristu jkun Magħruf u Maħbub"

Laikos.org

Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2020. Ara t-test kollu fil-Laikos ... http://laikos.org/fr1_messagg_randan_2020.htm

Society of Christian Doctrine

Biex tgawdi l-paċi ħoll qalbek minn kwalunkwe ħaġa maħluqa, u orbotha dejjem u kontinwament mal-volontà ta’ Alla. – San Ġorġ Preca

[02/24/20]   Nixtiequ navżaw li llum it-Tnejn il-Museum jiftaħ bħas-soltu.
- Infantili sa sena 4 (year 1 sa 5) bejn is-5:30pm u s-6:25pm.
- Sena 5 (year 6) ’il fuq bejn is-6:30pm u 7:30pm.

Society of Christian Doctrine

Il-paċi ta’ qalbek la tibdilha ma’ xejn ma’ ħadd, għax hija l-uniku teżor tiegħek, u xejn m’hemm iktar prezzjuż minnha. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Qatt la tagħmel dak biss li jkun jogħġbok, iżda anki dak li huwa utli. – San Ġorġ Preca

Quddies għat-tfal
Nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar fid-9:30am.
Fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.

Society of Christian Doctrine

Huwa veru li ma narawhx ’l Alla: imma iva naraw l-opri ta’ jdejh. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Bil-preċipitazzjoni, jopra min hu iblah, min ma jaħsibx x’jiġi wara, u mhux bniedem għaqli li jagħmel kollox bil-kalma u bil-mod, li jirrifletti qabel ma jopra. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Qabel ma tagħmel xi deċiżjoni itlob u aħseb x’jiġi wara, u fittex ukoll parir minn persuna kapaċi. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Fil-kors tal-ħajja tagħna nimxu nħabbtu wiċċna ma’ ħwejjeġ li jogħġbuna u ma’ ħwejjeġ li ma jogħġbuniex. Mal-ħwejjeġ li jogħġbuna, dejjem moderazzjoni, dejjem tgħakkis; mal-ħwejjeġ li ma jogħġbuniex, dejjem paċenzja, inkella l-ħajja tagħna timxi fir-rovini. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Rigward l-impurità, kun af li l-kumbattiment huwa ta’ spiss u l-vittorja hija rari. Hija rari għax wieħed ma jagħmilx il-mezzi biex jirbaħ… li ma jaħrabx l-okkażjoni, u li ma jsejjaħx ’l Alla għall-għajnuna. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Huwa kmandament ta’ Alla li rridu ġid lil kulħadd, anki lill-għedewwa, u li nirriparaw id-deni li nkunu għamilna lill-proxxmu fir-ruħ u fil-ġisem. – San Ġorġ Preca

Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal tal-Griżma tan-Naxxar 2020
Għeżież Ġenituri,

Illum il-Ġimgħa 14 ta’ Frar ser issir laqgħa għalikom li għandkom lil uliedkom li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f‘Novembru 2020.

Il-laqgħa ser issir fil-MUSEUM TAS-SUBIEN tan-Naxxar fis-7.00 pm. Minħabba l-importanza ta’ dawn il-laqgħat, inħeġġukom biex tattendu għal din il-laqgħa.

Il-Paċi Magħkom
Il-Katekisti

Society of Christian Doctrine

Fil-quddiesa, Kristu huwa s-saċerdot u l-vittma, li joffri lilu nnifsu lis-Santissima Trinità bl-idejn ta’ min ikun iqaddes.
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Huwa obbligu għal kull Nisrani li jkun jaf anki fi ftit kliem il-ħajja ta’ Kristu, għax huwa obbligat li jimitah.
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Kull darba li tisma' l-arloġġ idoqq u tkun liberu sejjaħ lil Ġesù, ’l Marija u ’l San Ġużepp… allura jkollok il-protezzjoni tagħhom. – San Ġorġ Preca

Saint George Preca

JUM IT-TWELID TAl-FUNDATUR
San Ġorġ Preca twieled bħal-lum 140 sena ilu fil-Belt Valletta (12 ta' Frar 1880), is-seba' fost disa' wlied tas-Sur Vinċenz Preca u s-Sinjura Natala Preca. Ismu, Ġorġ ifisser "wieħed li jaħdem fir-raba", u fil-fatt Ġorġ kellu jkun bieżel fl-għalqa tal-Mulej
Nirringrazzjaw lill-Mulej li bagħtilna lil dan il-bniedem biex permezz tal-ħolma tiegħu nkunu nistgħu nħobbu aktar lil Ġesù #deogratias
_________________________
THE DAY OF BIRTH OF SAINT GEORGE PRECA
Saint George Preca was born on this day, 140 years ago (12th February 1880). He was the seventh kid out of nine of the family Preca. His name, George, means "a farmer- someone who works in the fields". In fact he did work in the field of God

We thank God for sending us this man so that by his works and dreams we can discover God more.

Society of Christian Doctrine

Fid-dinja m’hawnx opra akbar mill-quddiesa. Biha tagħraf ’l Alla b’Sinjur u b’Ħallieq, u tadurah bl-ispirtu u bil-verità, biha inti tirringrazzja ’l Alla għall-ġid li tak u li jagħtik, biha tħallas id-dejn tiegħek ma’ Alla, u biha tikseb il-favuri, u l-għajnuniet tas-sema.
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Sinjur Alla, Missier tal-imbierek Ġesù Kristu, qajjem fina l-ispirtu, li kebbes u dawwal il-beatu appostlu Pawlu, sabiex mimlijin b’dan l-istess spirtu, aħna wkoll nistudjaw li nħobbu dak li huwa ħabb, u li nipprattikaw dak li hu għallem. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Ara qatt tipprofitta ruħek mill-bżonn li fih ikun jinsab il-proxxmu. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Ikun jagħmel penitenza min jitgħakkes, min jieħu paċenzja, min iħenn, min jaħfer. – San Ġorġ Preca

Kif diġa avżajna, f’dan it-tmiem il-ġimgħa, 8 u 9 ta' Frar 2020, mhux ser ikollna Museum.

It-Tnejn 10 ta’ Frar, Festa ta‘ San Pawl,
it-tfal iż-żgħar ta’ bejn l-Year 1 u Year 5 l-iskola ma għandhomx Museum, filwaqt li t-tfal tat-tieni xift tan-Naxxar u tal-Għargħur għandhom Musuem normali.

Society of Christian Doctrine

Ittratta lil kulħadd bir-rispett, u fejn tista’ agħmel ġid lil kulħadd. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Indokra ruħek mill-bnedmin kollha: iżda mill-giddieb aħrab dejjem ’il bogħod minnu.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Il-bniedem qatt mhu dejjem fl-istess stat: issa b’saħħtu, issa marid: issa kwiet, issa mħabbat: issa ferħan, issa mnikket u l-bqija. Immela fi kwalunkwe stat aħseb dejjem li kollox jgħaddi.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Il-virtù qiegħda fin-nofs, jiġifieri agħmel dak li hu tajjeb, iżda la iżjed lanqas inqas.” – San Ġorġ Preca

Laqgħa għall-Ġenituri
taf-tfal tal-Ewwel Tqarbina tan-Naxxar.

Illum it-Tnejn 3 ta’ Frar 2020
Fil-5.45pm, fil-Museum tal-bniet fin-Naxxar

Society of Christian Doctrine

“Malli tmut jiġu warajk l-opri kollha tiegħek tajbin jew ħżiena, u dawn jixhdu fit-tribunal tremend jew favur tiegħek jew kontra tiegħek.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Mhux biżżejjed ikollok it-tagħlim tajjeb fik; dan ikun jiswielek għal kundanna ikbar, jekk ma tipprattikahx.”
– San Ġorġ Preca

Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal tal-Griżma tan-Naxxar 2020

Għeżież Ġenituri,

Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar ser issir laqgħa għalikom li għandkom lil uliedkom li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f‘Novembru 2020.
Il-laqgħa ser issir fil-MUSEUM TAS-SUBIEN tan-Naxxar fis-7.00 pm. Minħabba l-importanza ta’ dawn il-laqgħat, inħeġġukom biex tattendu għal din il-laqgħa.

Il-Paċi Magħkom
Il-Katekisti

Laqgħa għall-Ġenituri
taf-tfal tal-Ewwel Tqarbina tan-Naxxar.

It-Tnejn 3 ta’ Frar 2020
Fil-5.45pm, fil-Museum tal-bniet fin-Naxxar

Museum Naxxar's cover photo

Society of Christian Doctrine

“Jaħasra għal dawk in-nies li jridu jafu kollox, li jridu jaraw kollox, li jridu jippruvaw kollox! Jenħtieġ li wieħed jgħakkes il-kurżità, li minnha nnifisha tagħmel infeliċi lil dawk li jissodisfawha.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Hi ħaġa serja li wieħed hu obbligat li jirripara d-deni li jkun għamel lill-proxxmu tiegħu, tant fir-ruħ kemm ukoll fil-ġisem, fil-ħajja spiritwali u fil-ħajja temporali.”
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Il-kliem iqanqal, iżda l-eżempju jkaxkar. Beatu min ikun kawża ta’ ġid, u jaħasra għal min ikun kawża ta’ deni.”
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Il-qaddisin biss iħallu xi ġid warajhom; l-oħrajn ma jagħmlux ħlief ħsejjes, u xejn ma jħallu warajhom.”
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Alla jimla kull lok, għalhekk aħna ninsabu fih, niċċaqalqu fih u ngħixu fih, bħal ħuta fl-ilma.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Ipprattika dina r-riċetta mogħtija minn tabib Kattoliku għas-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem. Riċetta ta’ tliet kelmiet: Kwiet, Dieta u Ferħ. Huma tliet kelmiet meħudin mill-Iskrittura Mqaddsa, u jgħix tassew fl-ekwilibriju min jimxi b’din ir-riċetta.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Rigward il-kuxjenza dubja, qabel nopraw inneħħu dejjem id-dubju jew inżommu dejjem il-parti żgura li ma fiha ebda ħażen.” – San Ġorġ Preca

Griżma tal-Isqof fin-Naxxar 2020
Nhar il-Ħadd 26 ta' Jannar għall-quddiesa tad-9.30 a.m. qed nistiednu lill-adoloxxenti tal-Museum li din is-sena ser jirċievu s-sagrament tal-Grizma tal-isqof kif ukoll lill ġenituri tagħhom. Dawn se jġeddu l-wegħda li jkomplu jieħdu bis-sħiħ l-impenn tagħhom fil-formazzjoni għal dan is-sagrament.

Sibt il-ħbieb fil-Museum tan-Naxxar
Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2020
mis-6.00pm il-quddiem…

Ser ikun hemm logħob differenti
fil-bitħa, billiard, table tennis u table soccer…
…U fuq kollox ikel u xorb għal kulħadd.
Il-klassijiet tal-5 u 6 sena ser idumu sat-8.00pm
Filwaqt li magħżulin u Aspiranti sa 9.00pm

Society of Christian Doctrine

“Ħadd ma jsir ħażin f’daqqa, għalhekk ta’ min jibża’ wisq min-nuqqasijiet żgħar.” – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Dan hu sinjal ikrah fik li ssewwed qalbek meta tisma’ lil xi ħadd ifaħħar ’il ħaddieħor.” – San Ġorġ Preca

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Naxxar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


29, Museum Subien, Triq Tal-Labour
Naxxar
NXR 9021

Opening Hours

Monday 17:30 - 20:00
Tuesday 17:30 - 20:00
Thursday 17:30 - 20:00
Friday 17:30 - 20:00
Saturday 17:30 - 20:00
Sunday 21:00 - 22:00
Sunday 17:30 - 20:00
Other Religious Centers in Naxxar (show all)