SDC Museum Marsaxlokk, Marsaxlokk Video September 4, 2014, 2:40pm

Videos by SDC Museum Marsaxlokk in Marsaxlokk. Museum Subien Marsaxlokk 4, Triq San Ġużepp, Marsaxlokk MXK1062

Bye summer bye!

Għeżież Ġenituri,
Forsi ġieli għedtu: “Iġri tibda dik l-imbierka Skola!”. Is-Sajf hu żmien sabiħ li fih ikollna ċans nistrieħu fil-ġranet sħan u sbieħ li jaf jagħmel l-istaġun, iżda huwa wkoll żmien li xi ftit jew wisq iħarbtilna r-rutina tas-soltu. Is-Sajf daqt jgħaddi u fi ftit jiem oħra il-bibien tal-iskola jerġgħu jinfetħu għal sena skolastika ġdida. Għalina fil-Museum, is-Sajf hu żmien li fih l-attività ma tonqosx anzi f’dan iż-żmien il-Museum jkun aktar attiv mis-soltu.

Issa li s-Sajf riesaq lejn tmiemu xtaqna nistednukom għal-laqgħa bl-Isem “Bye Sajf Bye”. F’din il-laqgħa sejrin nagħtu ħarsa lejn dak li għaddejna minnu fis-Sajf waqt li nitfgħu ħarsitna ’l quddiem għaż-żmien li ġej. Matul din il-laqgħa qed nistiednu lilkom il-ġenituri flimkien mat-tfal tagħkom.
Fil-laqgħa se ssir ukoll premjazzjoni tal-attivitajiet tas-Sajf u riċeviment. Il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2014, fil-bitħa tal-Museum fis-7:30pm. Jekk it-temp ma jkunx jippermetti l-laqgħa ssir ġewwa. Inħeġġukom ħafna li ma titilfux din il-laqgħa!

Paċi Magħkom
Is-Superjur u l-membri

Other SDC Museum Marsaxlokk videos

Bye summer bye!
Għeżież Ġenituri, Forsi ġieli għedtu: “Iġri tibda dik l-imbierka Skola!”. Is-Sajf hu żmien sabiħ li fih ikollna ċans nistrieħu fil-ġranet sħan u sbieħ li jaf jagħmel l-istaġun, iżda huwa wkoll żmien li xi ftit jew wisq iħarbtilna r-rutina tas-soltu. Is-Sajf daqt jgħaddi u fi ftit jiem oħra il-bibien tal-iskola jerġgħu jinfetħu għal sena skolastika ġdida. Għalina fil-Museum, is-Sajf hu żmien li fih l-attività ma tonqosx anzi f’dan iż-żmien il-Museum jkun aktar attiv mis-soltu. Issa li s-Sajf riesaq lejn tmiemu xtaqna nistednukom għal-laqgħa bl-Isem “Bye Sajf Bye”. F’din il-laqgħa sejrin nagħtu ħarsa lejn dak li għaddejna minnu fis-Sajf waqt li nitfgħu ħarsitna ’l quddiem għaż-żmien li ġej. Matul din il-laqgħa qed nistiednu lilkom il-ġenituri flimkien mat-tfal tagħkom. Fil-laqgħa se ssir ukoll premjazzjoni tal-attivitajiet tas-Sajf u riċeviment. Il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru 2014, fil-bitħa tal-Museum fis-7:30pm. Jekk it-temp ma jkunx jippermetti l-laqgħa ssir ġewwa. Inħeġġukom ħafna li ma titilfux din il-laqgħa! Paċi Magħkom Is-Superjur u l-membri

About   Privacy   Login