SDC Museum Marsaxlokk

Museum Subien Marsaxlokk 4, Triq San Ġużepp, Marsaxlokk MXK1062

Permezz ta' din il-paġna, aħna nixtieq nżommu kuntatt magħkom waqt li ninfurmawkom bl-attivitajiet u b'informazzjoni dwar iċ-ċentru tal-Museum tas-Subien f'Marsaxlokk.

Mission: "Biex Kristu jkun Magħruf u Maħbub"

youtube.com

Mal-Medda taż-Żmien

3 ta' Ġunju 2007
Jum il-Kanonizzazzjoni tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca

Segwi hawnhekk il-mewt, funeral, il-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta' San Ġorġ Preca bid-diskors sabiħ tal-Papa Benedittu XVI li jsejjaħlu "it-tieni missier tagħkom fil-Fidi wara San Pawl"

Il-marka li ħalla Dun Ġorġ mal-medda taż-żmien. Kliemu, għemilu, mewtu u l-qdusija tiegħu

Society of Christian Doctrine

Fit-triq tal-perfezzjoni, jekk ma tmurx ’il quddiem, tirritorna lura.
– San Ġorġ Preca

youtube.com

The Holy Spirit Comes - Acts 2 - Pentecost for Kids | Sunday School Lesson | Sharefaithkids.com

IL-ĠRAJJA TA' PENTEKOSTE għat-Tfal

Illum nfakkru l-ġurnata li Ġesù żamm il-wegħda tiegħu li jibgħatilna spirtu biex ikun magħna...Bħala llum twaqqfet il-knisja hekk kif tgħammdu l-ewwel 3️⃣0️⃣0️⃣0️⃣ persuna

Download the Full Lesson: https://www.sharefaith.com/set/acts-2-the-holy-spirit-comes-sunday-school-lesson-for-kids.html?id=244006&kidset=y Sunday School Les...

knisja.mt

L-Arċisqof b'messaġġ lill-adolexxenti li qed jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof

L-Arċisqof b’messaġġ lill-adolexxenti li qed jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof.

knisja.mt https://www.youtube.com/watch?v=7CArxvfRID0&feature=youtu.be&fbclid=IwAR0RGO0oy_5F3nEdoJ9X9E60yowjI__3W0LBBDFK-mMpnm4yj3QKa3Kl2YE Fl-okkażjoni tas-Solennità ta' Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta' kuraġġ l

"Jiena Magħkom Dejjem"
Is-sħaba ħaditulna minn quddiemna imma hu qatt ma naqas li jkun magħna. Illum niċċelebraw it-Tlugħ Glorjuż tal-Mulej fis-sema - Ġesù bħala Alla li qiegħed fil-lemin t'Alla l-Missier.

F'din il-link hawn riżorsi għat-tfal biex jifhmu l-liturġija tal-lum:
https://www.bekidsmalta.com

Society of Christian Doctrine

Nitqarrqu wisq jekk nifhmu li nistgħu nimmeritaw mingħajr penitenza proporzjonata għal dnubietna. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Togħġob wisq ’l Alla x-xewqa ta’ ħajja qaddisa li toħroġ mill-qalb. Żakkew tant xtaq jara ’l Ġesù li, bi ħlas ta’ din ix-xewqa, Ġesù stess mar id-dar tiegħu u kkonvertieh. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Xi minn daqqiet naħsbu li nkunu nagħmlu l-volontà t’ Alla, mentri nkunu nagħmlu l-volontà tagħna minħabba l-intenzjoni naturali. In-natura tfittex f’kollox lilha nfisha, u waqt il-prova naraw ċar li nkunu nissodisfaw il-volontà tagħna, u mhux dik ta’ Alla. – San Ġorġ Preca

Illum jaħbat 100 sena mit-twelid tal-Papa Qaddis San Ġwanni Pawlu II
"Tinsew li l-veru mħabba ma għandiex kundizzjonijiet, ma tikkalkulax u ma tgergirx imma semplċiment tħobb"

It-tieni Lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina

Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, sabiex it-tagħlim jibqa' għaddej se nkunu qed intellgħu diversi videos għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina. Tkun ħaġa sabiħa jekk tarawhom flimkien mat-tfal tagħkom. Dan hu t-tieni video għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina.
#staysafe #learningtogether #lewweltqarbina

Society of Christian Doctrine

Żgur li m’hemmx l-imħabba ta’ Alla f’dak li jara ’l-proxxmu tiegħu fil-bżonn tal-għajnuna u jagħlaq il-bieb tal-ħniena lejh, meta għandu l-ġid temporali, meta jista’ jagħtih l-għajnuna. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Min hu umli jistaqsi, iżda min hu supperv ma jridx jidher injorant. Għalhekk fid-dubji tiegħek, fid-diffikultajiet tiegħek, saqsi dejjem lil min hu kapaċi jaqdik, u inti tkun tassew għaref fid-dmirijiet tiegħek, u tgħix kwiet u fil-paċi. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep6

FLIMKIEN MIEGĦU - EP 6
Inħeġġu lit-tfal ikomplu jsegwu dawn l-episodji dwar il-ħajja tal-Fundatur tagħna:

Wara aħdem fuq dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/LGKN5V6

Mill-approvazzjoni tas-Soċjetà mill-Knisja, sal-ftuħ tal-Iskola St Michael u l-ħafna kuntatti man-nies li kien ikollu

SDC Museum Marsaxlokk's cover photo

Society of Christian Doctrine

Għandna nħobbu mhux bil-kliem, lanqas bl-ilsien, iżda bl-għemil u bil-verità. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Min irid jagħmel ġid fl-erwieħ jgħakkes ’il ġismu. Ħarsa mgħakksa, kelma miskuta, u ħsieb imkeċċi jqanqlu ’l Alla bil-fwieħa ta’ dan is-sagrifiċċju. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep5

FLIMKIEN MIEGĦU - EP 5
Inħeġġu lit-tfal ikomplu jsegwu dawn l-episodji dwar il-ħajja tal-Fundatur tagħna:

Wara aħdem fuq dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/Q72MYBP

Mill-ewwel dimostrazzjoni bil-Bambin sal-ħafna esperjenzi li għadda minnhom Dun Ġorġ

youtube.com

Quddiem San Ġorġ Preca

Illejla mistednin tingħaqdu magħna fis-7:00pm għal velja ta' talb streamed mill-kappella ta' Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża. Ejjew inħallu lil San Ġorġ Preca jgħina nitolbu permezz tal-kitbiet li ħallilna. Il-paċi magħkom.

Velja ta' talb quddiem ix-xbieha tal-qaddis, mill-Kappella ta' Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża - 9 ta' Mejju 2020.

FESTA TAL-FUNDATUR - SAN ĠORĠ PRECA
Illum niċċelebraw il-festa tal-Qaddis Malti u l-Fundatur Tal-MUSEUM. Inħarsu lejh u nżommuh mudell għalina fl-imħabba tiegħu lejn Ġesù, lejn it-tagħlim u lejn il-proxxmu.

Ejjew nirringrazzjaw lil Alla li tana dan il-bniedem biex ġabarna flimkien bħala familja, interrqu l-mixja tal-fidi tagħna. Nitolbuh ikompli jħares lill-poplu Malti kollu biex bħalu nsiru qaddisin.

SDC Museum Marsaxlokk's cover photo

tvm.com.mt

"Dun Ġorġ ħalla impatt kbir fuq is-soċjetà Maltija u fil-Knisja" - is-Soċjetà tal-Mużew tfakkar lill-qaddis Malti b'dokumentarju - TVM

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca għada l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra quddiesa fid-9.30am u li se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2. Eżatt wara, fuq l-istess stazzjon u live fuq il-paġna ta' Television Malta se jixxandar dokumentarju ta’ madwar għaxar minuti dwar l-ewwel qaddis Malti, ‘Il-Bixra ta’ Dun Ġorġ’. Liema dokumentarju ġie maħdum mis-Soċjetà tal-MUSEUM aktar kmieni din is-sena.

tvm.com.mt Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca għada l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra quddiesa fid-9.30am u li se tixxandar b’mod dirett fuq TVM2. Eżatt wara, fuq l-istess stazzjon se jixxandar...

ILLUM IL-FESTA TAL-MADONNA TAR-RUŻARJU TA’ POMPEI

Id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Rużarju f’Pompei, f’Napli, l-Italja, taf il-bidu tagħha lill-avukat Bartolo Longo, li fl-1871 reġa’ beda jħaddan il-fidi Kattolika wara perjodu ta’ kriżi. Biex joffri liberazzjoni ċivili u morali lin-Naplitani li kienu ilhom sekli abbandunati fil-faqar tagħhom, iddeċieda li jxerred id-devozzjoni tat-talba tar-Rużarju Mqaddes. Huwa rċieva rigal ta’ kwadru sempliċi tal-Madonna fuq tron b’Ġesù Bambin fuq irkupptejha, tagħti l-kuruna tar-rużarju lil Santa Katerina ta’ Siena u lil San Duminku ta’ Guzman. Il-kwadru li għall-ewwel kien fil-knisja żgħira parrokjali, ittieħed fil-knisja l-ġdida, li wara saret Santwarju u Bażilika.

Mas-santwarju ntrabtu ħafna opri karitattivi, kollha mibdija minn Bartolo Longo, li fl-1980, il-Knisja ddikjaratu Beatu. Huma ħafna l-pellegrini li jżuru l-Bażilika ta’ Pompej l-aktar fil-festa tat-8 ta’ Mejju u fl-ewwel Ħadd ta’ Ottobru, meta ssir ir-reċita solenni tas-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei, miktuba mill-istess Beatu Bartolo Longo. F’Marsaxlokk, il-knisja parrokjali li nbniet fl-1892, fi żmien meta Longo kien għadu ħaj, hija ddedikata lill-Madonna ta’ Pompej. Kull sena jsir pellegrinaġġ nazzjonali fit-8 ta’ Mejju lejn dan is-santwarju f’Marsaxlokk.

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep 4

FLIMKIEN MIEGĦU
Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal - Ep4
https://www.youtube.com/watch?v=mJT8ldUUhzk

Wara li ssegwi l-feature, aħdem dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/VLNV52X

Mill-viżjoni tas-salib tal-Marsa sal-mewt ta' missieru u tixrid tal-kliem "Verbum Dei" Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal

youtube.com

Dun Ġorġ u Ġesù

Feature ieħor bi preparazzjoni għall-festa ta' San Ġorġ Preca.

Ġesù kien il-mudell uniku għal Dun Ġorġ li fuqu fassal il-ħajja tiegħu. Hu xtaq li dan il-mudell, Ġesù, jkun dejjem magħruf u maħbub minn kulħadd.

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep3

FLIMKIEN MIEGĦU
Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal - Ep 3

Wara li ssegwi l-feature, aħdem dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/Y7F2RM9

Mill-edukazzjoni li bdew jieħdu l-membri tas-Soċjetà l-ġdida sal-ftuħ tal-Museum tal-Bniet fl-1910 IL-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal f'numru ta' episodji

Nhar is-Sibt, 9 ta' Mejju se niċċelebraw il-festa ta' San Ġorġ Preca. Dawn huma l-attivitajiet li nħeġġukom li tieħdu sehem fihom permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni:

Fid-9:30 a.m. Quddiesa tal-festa ta' San Ġorġ Preca mmexxija mill-Arċisqof Charles J Scicluna. Il-quddiesa se tixxandar dirett fuq TVM2 mill-Kappella tal-Midalja Mirakoluża (fejn hemm il-fdalijiet ta' San Ġorġ Preca).

Fis-7:00 p.m. Ċelebrazzjoni ta' talb mill-kappella tal-Midalja Mirakoluża li se tixxandar online fuq il-YouTube channel tas-Soċjetà Ejjew u Taraw u fuq il-paġna ta' facebook tas-Soċjetà. (Il-links qegħdin hawn taħt.)

YouTube channel Ejjew u Taraw: https://www.youtube.com/channel/UC40HJd6zrQ9gCwBAFey2vow
page tal-Museum: https://www.facebook.com/sdcmuseum/

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep 2

>>FLIMKIEN MIEGĦU
It-tieni episodju tal-Ħajja tal-Fundatur għat-tfal.
Minn bniedem f'qiegħ ta' sodda qabel l-Ordinazzjoni Saċerdotali sa numru ta' regoli ġodda li jdaħħal lill-membri tal-Għaqda ġdida tiegħu Il-Ħajja tal-Qaddis ...

Wara li ssegwi dan il-feature ħu sehem f'dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/PKBQ7BX

Minn bniedem f'qiegħ ta' sodda qabel l-Ordinazzjoni Saċerdotali sa numru ta' regoli ġodda li jdaħħal lill-membri tal-Għaqda ġdida tiegħu Il-Ħajja tal-Qaddis ...

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep1

>>FLIMKIEN MIEGĦU
Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Episodju 1
Wara li ssegwi kull episodju, imla wkoll il-kwizz. Fl-aħħar tas-sensiela se jittellgħu xi premijiet minn fost dawk li jkollhom l-aktar risposti tajbin.
https://www.surveymonkey.com/r/KBT3MQD

Mit-twelid sal-ewwel laqgħa maż-żgħażagħ Il-Ħajja tal-Qaddis Malti u Fundatur tal-Museum, San Ġorġ Preca f'numru ta' episodji addattati għat-tfal.

SDC Museum Marsaxlokk's cover photo

L-ewwel Lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina

Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, sabiex it-tagħlim jibqa' għaddej se nkunu qed intellgħu diversi videos għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina. Tkun ħaġa sabiħa jekk tarawhom flimkien mat-tfal tagħkom.
#staysafe #learningtogether #lewweltqarbina

Museum Birżebbuġa

"B’fidi u tama fdajt lili nnifsi lill-Mulej… nafda f’Alla, iva; iżda issa rrid naqdi dmiri bħala omm. Inġedded lill-Mulej l-offerta ta’ ħajti. Jiena lesta għal kollox, biex insalva lit-tarbija."

Inħeġġukom issegwu l-ħajja ta' Santa Gianna Beretta Molla fil-qosor. Tispirina napprezzaw il-ħajja tal-bniedem f'kull stadju.

Society of Christian Doctrine

Ara qatt tixtieq deni lil min fid-dinja jkun għamel ħsara! Kristu ċanfar l-appostli tiegħu, ’il Ġakbu u ’l Ġwanni, għax riedu li n-nar jinżel mis-sema u jeqred is-Samaritani li ma laqgħuhx. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Saint Michael School - Malta

Tagħlim f'ambjent ta' Familja... Merħba fl-iskola St Michael, immexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.
Filmat interessanti għal min bħalissa qed jara liema skola tal-Knisja se jagħżel.

Video ta' informazzjoni dwar l-Iskola St Michael, Sta Venera, Malta Website: @ page: @elschoolmalta/ Tel. no.: 2148 4072

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Marsaxlokk?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

It-tieni Lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina
L-ewwel Lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina
Wiċċ Kristu
Eżerċizzju - Persuni, Oġġetti u Postijiet mill-Passjoni ta' Ġesù.
Bye summer bye!

Location

Address


4, Triq San Ġużepp
Marsaxlokk
MXK 1062
Other Marsaxlokk places of worship (show all)
Marsaxlokk Parish Marsaxlokk Parish
39, Pjazza Madonna Ta' Pompei
Marsaxlokk

A dynamic Catholic community of residents of Marsaxlokk and devotees of Our Lady of the Rosary of Pompei. at the heart of the fishers' harbour life.