SDC Museum Iż-Żejtun

M.U.S.E.U.M. Subien Zejtun "San Gorg Preca", 29/30, Triq il-Kostituzzjoni, Zejtun. ZTN1334

M.U.S.E.U.M. Subien Zejtun "San Gorg Preca", 29/30, Triq il-Kostituzzjoni, Zejtun. ZTN1334

Mission: "Biex Gesu' ikun maghruf u mahbub."

youtube.com

Dun Ġorġ u Ġesù

Feature ieħor bi preparazzjoni għall-festa ta' San Ġorġ Preca.

Ġesù kien il-mudell uniku għal Dun Ġorġ li fuqu fassal il-ħajja tiegħu. Hu xtaq li dan il-mudell, Ġesù, jkun dejjem magħruf u maħbub minn kulħadd.

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep3

FLIMKIEN MIEGĦU
Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal - Ep 3

Wara li ssegwi l-feature, aħdem dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/Y7F2RM9

Mill-edukazzjoni li bdew jieħdu l-membri tas-Soċjetà l-ġdida sal-ftuħ tal-Museum tal-Bniet fl-1910 IL-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal f'numru ta' episodji

Nhar is-Sibt, 9 ta' Mejju se niċċelebraw il-festa ta' San Ġorġ Preca. Dawn huma l-attivitajiet li nħeġġukom li tieħdu sehem fihom permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni:

Fid-9:30 a.m. Quddiesa tal-festa ta' San Ġorġ Preca mmexxija mill-Arċisqof Charles J Scicluna. Il-quddiesa se tixxandar dirett fuq TVM2 mill-Kappella tal-Midalja Mirakoluża (fejn hemm il-fdalijiet ta' San Ġorġ Preca).

Fis-7:00 p.m. Ċelebrazzjoni ta' talb mill-kappella tal-Midalja Mirakoluża li se tixxandar online fuq il-YouTube channel tas-Soċjetà Ejjew u Taraw u fuq il-paġna ta' facebook tas-Soċjetà. (Il-links qegħdin hawn taħt.)

YouTube channel Ejjew u Taraw: https://www.youtube.com/channel/UC40HJd6zrQ9gCwBAFey2vow
page tal-Museum: https://www.facebook.com/sdcmuseum/

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep 2

>>FLIMKIEN MIEGĦU
It-tieni episodju tal-Ħajja tal-Fundatur għat-tfal.
Minn bniedem f'qiegħ ta' sodda qabel l-Ordinazzjoni Saċerdotali sa numru ta' regoli ġodda li jdaħħal lill-membri tal-Għaqda ġdida tiegħu Il-Ħajja tal-Qaddis ...

Wara li ssegwi dan il-feature ħu sehem f'dan il-kwiżż:
https://www.surveymonkey.com/r/PKBQ7BX

Minn bniedem f'qiegħ ta' sodda qabel l-Ordinazzjoni Saċerdotali sa numru ta' regoli ġodda li jdaħħal lill-membri tal-Għaqda ġdida tiegħu Il-Ħajja tal-Qaddis ...

SDC Museum Iż-Żejtun

SDC Museum Iż-Żejtun's cover photo

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep1

>>FLIMKIEN MIEGĦU
Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Episodju 1
Wara li ssegwi kull episodju, imla wkoll il-kwizz. Fl-aħħar tas-sensiela se jittellgħu xi premijiet minn fost dawk li jkollhom l-aktar risposti tajbin.

https://www.surveymonkey.com/r/KBT3MQD

Mit-twelid sal-ewwel laqgħa maż-żgħażagħ Il-Ħajja tal-Qaddis Malti u Fundatur tal-Museum, San Ġorġ Preca f'numru ta' episodji addattati għat-tfal.

[05/04/20]   Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, sabiex it-tagħlim jibqa' għaddej se nkunu qed intellgħu diversi videos għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina. Tkun ħaġa sabiħa jekk tarawhom flimkien mat-tfal tagħkom. Dan hu t-tieni video għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina.
#staysafe #learningtogether #lewweltqarbina

Museum Birżebbuġa

"B’fidi u tama fdajt lili nnifsi lill-Mulej… nafda f’Alla, iva; iżda issa rrid naqdi dmiri bħala omm. Inġedded lill-Mulej l-offerta ta’ ħajti. Jiena lesta għal kollox, biex insalva lit-tarbija."

Inħeġġukom issegwu l-ħajja ta' Santa Gianna Beretta Molla fil-qosor. Tispirina napprezzaw il-ħajja tal-bniedem f'kull stadju.

L-ewwel lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina

Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, sabiex it-tagħlim jibqa' għaddej se nkunu qed intellgħu diversi videos għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina. Tkun ħaġa sabiħa jekk tarawhom flimkien mat-tfal tagħkom.
#staysafe #learningtogether #lewweltqarbina

Society of Christian Doctrine

Ara qatt tixtieq deni lil min fid-dinja jkun għamel ħsara! Kristu ċanfar l-appostli tiegħu, ’il Ġakbu u ’l Ġwanni, għax riedu li n-nar jinżel mis-sema u jeqred is-Samaritani li ma laqgħuhx. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Saint Michael School - Malta

Tagħlim f'ambjent ta' Familja... Merħba fl-iskola St Michael, immexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.
Filmat interessanti għal min bħalissa qed jara liema skola tal-Knisja se jagħżel.

Video ta' informazzjoni dwar l-Iskola St Michael, Sta Venera, Malta Website: @ page: @elschoolmalta/ Tel. no.: 2148 4072

Society of Christian Doctrine

F’kulma tagħmel qiegħed attenzjoni għall-fini tiegħek; ħadd ma jagħmel xejn għal xejn. Jekk tara li l-intenzjoni tiegħek hija għas-sodisfazzjon tan-natura tiegħek, ikkoreġiha, u ordinaha għal xi fini utli, għall-glorja ta’ Alla.
– San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

“Nifirħulek o Ġesù li Alla tak isem fuq l-ismijiet kollha bi premju tal-ubbidjenza tiegħek. Isem hekk majestuż li għalih kull irkoppa tmil fis-sema, fl-art, u fl-infern, u dan l-isem hu Ġesù li bih b’għaxqa kbira nsejħulek.”
– San Ġorġ Preca

youtube.com

Mill-Bibbja tat-Tfal : Il-Qawmien mill-Mewt

Rakkont għat-tfal dwar il-ġrajjiet marbuta mal-qawmien ta' Ġesù mill-mewt, id-dehra tiegħu lill-Appostli u Tumas. Stampi ta' ShareFaith Kids.

SDC Museum Iż-Żejtun

SDC Museum Iż-Żejtun's cover photo

F'isem is-Superjur, il-membri u l-kandidati nixtiequ nawguraw l-Għid it-tajjeb mimli paċi ta' Kristu Rxoxt. Kristu rebaħ il-mewt bil-qawmien tiegħu, rebaħ id-dlam bid-dawl u qam biex ma jmut qatt.

"Kollox mitmum"..."Missier nerħi ruħi f'idejk"
#goodfriday

youtube.com

Mill-Bibbja tat-Tfal : Il-Passjoni ta' Ġesù

Dan huwa rakkont għal tfal kemmxejn ikbar minn dak li bgħatna ftit qabel. Tfal mill-etá ta' 8 sa 10 snin huwa tajjeb. Kif għidna għall-vidjo ta' qabel dan, l-emfasi għandha tkun fuq l-imħabba ta' Ġesù iktar milli noqogħdu nitħassruh minħabba t-tbatija ħarxa li għadda minnha.

Rakkont għat-tfal dwar tal-aħħar sigħat ta' Ġesù. Stampi ta' ShareFaith Kids.

youtube.com

L-aħħar tnax-il siegħa

Dokumentarju qasir dwar l-aħħar 12-il siegħa ta' Ġesù. Kitba : Warren Busuttil Arranġamenti : Jean Paul Parascandalo

youtube.com

L-Aħħar Ikla

Riflessjoni mill-Evanġelju skont San Luqa L-Aħħar Ikla Lq 22,7-21 Il-filmati użati b'ringrazzjament lil National Geographic u Lumo Project.

Wiċċ Kristu

F'dawn il-ġranet qaddisa fil-MUSEUM nimmeditaw il-Wiċċ ta' Kristu. Inġibu quddiem għajnejna sfilata ta' personaġġi li raw dan il-Wiċċ matul il-Passjoni. Immedita dan il-Wiċċ permezz ta' dan il-vidjow.

Għeżież ġenituri tat-tfal il-kbar,

Illum Ħamis ix-Xirka, wkoll irridu naqsmu mat-tfal u ż-żgħażagħ u magħkom il-ħsibijiet tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca li għażel it-tema ta' Wiċċ Kristu għal-lum. Inħeġġiġkom biex ssibu ftit ħin u taqraw u tirrispondu għal dawn il-ħsibijiet. Tkun ħaġa sabiħa li l-attività ssir bħala familja.

Il-ħsieb tal-lum: Wiċċ Kristu
Link: https://forms.gle/mbi9ByaQwWDMiwST9

Għal min jixtieq jaqra l-ħsibijiet ta' qabel jista' jagħmel hekk b'dawn il-link t'hawn taħt:

It-Tnejn: https://forms.gle/m1WmAmtzrwWuLA198

It-Tlieta: https://forms.gle/TZJzKgKTp4rzBL5m6

L-Erbgħa:https://forms.gle/VzjWDDczzsUmDzuBA

Grazzi ħafna u l-paċi magħkom.

Eżerċizzju - Persuni, Oġġetti u Postijiet mill-Passjoni ta' Ġesù.

Bħal-lum fil-MUSEUM nagħmlu dan l-eżerċizzju fejn niftakru f'oġġetti, postijiet u personaġġi mill-Passjoni. Kun af aktar dwar dan l-eżerċizzju.

youtube.com

Darrel Pace - Mewtek fuq Salib

"Urejtna int biċ-ċar il-mod ta’ kif
tingħata lill-oħrajn... Int kont magħna."

> Mewtek fuq salib - Darrel Pace

Mewtek fuq salib ta' Darrel Pace Filmati u Muntaġġ: Marlon Polidano Recording u Mixing: Cyprian Cassar, Somnio Recording Studios Backing Vocals: Lara Azzopar...

Għeżież ġenituri tat-tfal il-kbar,

matul din il-ġimgħa qed nibgħatu ħsieb kuljum b'link fuq Google forms. B'hekk dak li s-soltu nagħmlu fil-Museum qed nagħmluh online. F'din il-link, kulħadd huwa mistieden li jaqra ftit ħsibijiet u jirrispondi għalihom kif jaħseb hu. Tajjeb li f'din il-ġimgħa speċjali nirriflettu iżjed fuq il-passjoni ta' Ġesù.

Il-ħsieb tal-lum: Kristu Kurċifiss.
Link: https://forms.gle/y2mvTcTjnJBom5h77

Għal min jixtieq li jaqra l-ħsieb tal-jumejn li għaddew, jista' jagħmel dan b'dawn il-links:

It-Tnejn: https://forms.gle/m1WmAmtzrwWuLA198
It-Tlieta: https://forms.gle/TZJzKgKTp4rzBL5m6

Grazzi u l-paċi magħkom.

Għeżież Ġenituri,
Nittama li tinsabu tajbin.

Qed nibgħatilkom din il-link tat-tieni jum tal-Ġimgħa Mqaddsa. Illum naħsbu fuq X'sofra Kristu Ġesù u f'dan il-jum nagħmlu dak li jgħidulu Eżerċizzju Memorjali. Faċli ħafna biex isir, tiftakar f'oġġetti li jfakkruk fil-Passjoni ta' Kristu. Forsi tgħinu ftit lit-tfal biex jagħmlu dan l-eżerċizzju flimkien magħkom
Inħeġġu ħafna biex dawn l-eżerċizzji żgħar isiru biex jgħinuna nidħlu fl-ispirtu ta' din il-Ġimgħa Mqaddsa.

https://forms.gle/TZJzKgKTp4rzBL5m6

youtube.com

Messaġġ għat-tfal mill-Isqof Charles - Ġimgħa Mqaddsa 2020

Messaġġ tal-Arċisqof lit-tfal fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Inħeġġu lill-ġenituri jaqsmu dan il-messaġġ mat-tfal.

Messaġġ għat-tfal mill-Isqof Charles - Ġimgħa Mqaddsa 2020

youtube.com

Is-Seba’ Dulur ta’ Ommna Marija

Riflessjonijiet fuq is-Seba’ Duluri ta’ Ommna Marija

SDC Museum Iż-Żejtun

SDC Museum Iż-Żejtun's cover photo

Għeżież ġenituri tat-tfal il-kbar,

Din il-ġimgħa għalina fil-MUSEUM hija ġimgħa speċjali li fiha s-soltu ninġabru fis-skiet fil-MUSEUM biex naħsbu fuq kemm Ġesù jħobbna. Minkejja li din is-sena ma nistgħux niltaqgħu, xorta nixtiequ li t-tfal u intom ukoll ikollkom togħma ta' dak li niċċelebraw bil-kitba ta' San Ġorġ Preca f'dan iż-żmien.

Kuljum matul din il-ġimgħa, se ngħaddulkom link li fiha tistgħu taqraw ħsibijiet qosra u ddaħħlu l-ideat tagħkom fuq dawk il-ħsibijiet permezz ta' Google form. It-tfal mistiedna li jqattgħu ftit ħin matul il-ġurnata biex jaħsbu permezz ta' din l-attività. Tkun ħaġa sabiħa li ssir ukoll bħala familja.Hekk l-ispirtu ta' San Ġorġ Preca f'din il-Ġimgħa Mqaddsa ma jiġix nieqes.

https://forms.gle/m1WmAmtzrwWuLA198

Il-ħsieb tal-lum: L-Ispirtu ta' Kristu.

youtube.com

Is-Sitt Dulur ta’ Ommna Marija

Riflessjonijiet fuq is-Seba’ Duluri ta’ Ommna Marija

youtube.com

Il-Ħames Dulur ta’ Ommna Marija

Riflessjonijiet fuq is-Seba’ Duluri ta’ Ommna Marija

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Iz-Zejtun?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

L-ewwel lezzjoni għall-grupp tal-Ewwel Tqarbina
Wiċċ Kristu
Eżerċizzju - Persuni, Oġġetti u Postijiet mill-Passjoni ta' Ġesù.

Location

Telephone

Address


29/30, Dar San Ġorġ Preca, Triq Il-Kostituzzjoni
Iz-Zejtun
ZTN1334
Other Religious Centers in Iz-Zejtun (show all)
Ġimgħa l-Kbira Żejtun Ġimgħa l-Kbira Żejtun
Republic Square
Iz-Zejtun