Ġimgħa l-Kbira Żejtun, Iz-Zejtun Video April 21, 2019, 2:24pm

Videos by Ġimgħa l-Kbira Żejtun in Iz-Zejtun.

Id-dħul tar-Redentur

Nhar il-Ġimgħa li għadda, waqt id-dħul tar-Redentur.

Filmat: Ivan Saliba

Other Ġimgħa l-Kbira Żejtun videos

Id-dħul tar-Redentur
Nhar il-Ġimgħa li għadda, waqt id-dħul tar-Redentur. Filmat: Ivan Saliba

Bħalissa, il-Vara l-Kbira dieħla lura fil-knisja.

DIRETT: Bħalissa, waqt id-dħul tal-istatwa tar-Redentur lura fil-Knisja. #dħuluniku

Diġa' bdiet tidwi mill-kampnar tal-knisja.

Marċ Funebru
Dan huwa l-marċ funebru li jġib l-isem 'Cipresso' kompożizzjoni mill-isbaħ ta' Angelo Melilli. Melilli twieled fis-sena 1856 u huwa sinonimu ħafna mal-marċi funebri; l-iktar kompożizzjoni li għaliha magħruf ħafna, huwa propju dan il-marċ, li jindaqq minn ħafna għaqdiet mużikali f'Malta u Għawdex. Huwa ħalla din id-dinja fis-sena 1913 fl-għomor ta' 57 sena.

Illum, iktar kmieni wara nofs inhar, iċ-Ċuqlajta ħadet postha fil-kampnar tal-knisja biex f'nhar Ħamis ix-Xirka tibda ssemma' leħinha.

Bħalissa, waqt id-dħul tal-Monument lura fil-Knisja.

DIRETT: Bħalissa, waqt id-dħul tal-istatwa tar-Redentur lura fil-Knisja. #dħuluniku

Marċ Funebru
F'jum il-Ġimgħa l-Kbira. Dan huwa l-marċ funebru 'Remembranze' kompożizzjoni mill-isbaħ ta' Carlo G. Garofalo.

Iċ-ċuqlajta diġa´ bdiet issemma' leħinha.

Transulazzjoni Solenni b'Ġesú Ewkaristija mill-Knisja sal-Oratorju; fejn issa jitqiegħed fuq l-Artal tar-Ripożizzjoni għall-qima tal-pubbliku.

Drummers u Trumpeters Rumani, waqt l-aħħar rehearsal tagħhom bi tħejjija għall-purċissjoni ta' nhar il-Ġimgħa li ġej.

Wara li tlesta x-xogħol kollu ta' restawr li kien meħtieġ fuq iċ-Ċuqlajta 'Idiona', din issa tinsab armata fil-Kampnar tal-Knisja bi tħejija għall-jum tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ave Maria
Ave Maria, kompożizzjoni ta' Giulio Caccini; addattata ħafna għall-ġurnata tal-lum.

Marċ Funebru
Marċ Funebru, miktub mill-pinna tal-Kav. Mariano Bartolucci. Bartolucci huwa kompożitur Taljan li twieled fil-5 ta' Ġunju tas-sena 1881 u matul il-ħajja tiegħu huwa kiteb diversi kompożizzjonijiet għall-banda, fosthom marċi militari, funebri u anke' innijiet reliġjużi. Huwa miet fl-20 t'Awwissu 1976, fl-eta' ta' 95 sena.

Purċissjoni | Ġimgħa l-Kbira 2017
Filmat li juri siltiet mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tas-sena li għaddiet, miġbud minn ONE TV.

Rehearsal mill-Orkestra tal-Cappella Diacono
Waqt rehearsal li sar illejla mill-Orkestra tal-Cappella Diacono Malta; bi preparazzjoni għall-kunċert tal-inawgurazzjoni tal-bradella tal-Vara l-Kbira li se jsir bħal-lum ġimgħa. Fil-filmat tinstema' is-silta 'Plange Quasi Virgo' ta' Mro. Carlo Diacono.

Dokumentarju: Il-Vara l-Kbira | Is-sbuħija, fil-kruha tal-Kurċifiss
Inwasslu lill-pubbliku filmat promozzjonali ieħor f'għamla ta' dokumentarju qasir, sabiex nistednuk tkun magħna nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu 2018, fis-7:30pm, ġewwa l-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina, iż-Żejtun; biex taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta, ninawguraw bradella ġdida għall-Vara l-Kbira. Kif ukoll bis-sehem tal-Orkestra tal-Cappella Diacono Malta, taħt id-direzzjoni ta' Mro. Ray Sciberras; nippreżentaw il-ġmiel ta' mużika sagra miktuba mill-pinna ta' Mro. Carlo Diacono. (Agħfas fuq is-sinjal HD għal riżoluzzjoni għolja)

Marċ Funebru
Dan huwa l-marċ funebru li jġib l-isem 'Mia Figlia' kompożizzjoni ta' Carmelo Scicluna. Is-surmast Scicluna huwa magħruf ħafna għall-marċi funebri li kiteb, u dan il-marċ huwa meqjus bħala wieħed mill-isbaħ marċi tiegħu.

Bħalissa, waqt il-bews tar-Relikwa tas-Salib Imqaddes.

Bħalissa, waqt id-dħul tal-pellegrinaġġ.

Ġimgħa l-Kbira 2016
Siltiet mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tas-sena 2016.

Lejn il-Ġimgħa l-Kbira taż-Żejtun - Promo 2018
Hekk kif jgħaddu l-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida, dejjem ħadna ħsieb li nħejju minn ta' l-ewwel il-'video' promozzjonali dwar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Għaldaqstant din is-sena ma naqasx ukoll li nerġgħu nagħmlu dan. Dan huwa l-'Promo' uffiċjali għal żmien ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa ta' din is-sena, hekk kif illum ninsabu eżatt sitt ġimgħat 'l bogħod mill-bidu tar-Randan Imqaddes. #ġimgħalkbira18

Il-Ġimgħa l-Kbira 2017
F'dan il-filmat tistgħu taraw waqtiet mill-ħruġ tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta' din is-sena.

Purċissjoni Ġimgħa l-Kbira 2017
Filmat mill-purċissjoni ta' bħal-lum ġimgħa.

Bħalissa, waqt id-dħul tal-purċissjoni.

Iċ-Ċuqlajta diġa' bdiet tidwi mill-kampnar tal-knisja.

Marċ Funebru
Dan huwa l-marċ funebru li jġib l-isem 'Lacrime' kompożizzjoni mill-isbaħ ta' Angelo Melilli. Melilli twieled fis-sena 1856 u huwa sinonimu ħafna mal-marċi funebri. L-iktar kompożizzjoni li għaliha Melilli magħruf ħafna, huwa l-marċ 'Cipresso' li jindaqq tista' tgħid minn kull għaqda mużikali f'Malta u Għawdex. Huwa ħalla din id-dinja fis-sena 1913 fl-għomor ta' 57 sena.

Filmat ieħor li juri parti minn 'rehersal' li saret din il-ġimgħa bi tħejjija għall-purċissjoni ta' nhar il-ġimgħa li ġej.

Armar taċ-Ċuqlajta
Ftit tal-ħin ilu ċ-Ċuqlajta ntramat fil-kampnar tal-knisja.

Bħalissa, waqt id-dħul tal-purċissjoni tad-Duluri.

Ave Maria
Ave Maria kompożizzjoni ta' Giulio Caccini - Addattata ħafna għall-ġurnata tal-lum.

Drummers u Trumpeters (Rehearsal)
Fil-filmat tistgħu taraw it-'Trumpeters' u d-'Drummers' li jagħtu sehemhom quddiem ir-Redentur, waqt 'rehearsal' li saret il-bieraħ filgħaxija bi tħejjija għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Fanfarra
Din hija l-fanfarra li tindaqq mit-'Trumpeters' u d 'Drummers' ta' quddiem ir-Redentur. Fiż-Żejtun din ma tindaqx mill-'Iscouts' bħal irħula oħra, imma minn suldati Rumani.

Ġimgħa l-Kbira 2017
Din is-sena l-funzjoni tal-Bews tas-Salib u l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira se jkunu mxanndra fuq One TV.

Marċ Funebru
Dan huwa l-marċ funebru li jġib l-isem 'Dolori e Pianto' Kompożizzjoni ta' Vincenzo Ciappara. Is-Surmast Ciappara twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Novembru 1890. Huwa kiteb numru kbir ta' marċi brijużi u kif ukoll funebri u nistgħu ngħidu li dawn il-marċi huma kollha ta' livell għoli; tant hu hekk, li huwa magħruf bhala ir-'Re tal-marċi Maltin'. Apparti l-kompożizzjoni, huwa kien ukoll Surmast Direttur ta' diversi baned Maltin. Ciappara miet nhar id-29 ta' Lulju 1979, fl-għomor ta’ 89 sena.

Mill-Qarċilla sas-Salib.
Mill-Qarċilla sas-Salib illejla miż-Żejtun.

Marċ Funebru
Dan huwa l-marċ funebru li jġib l-isem 'Cordoglio' kompożizzjoni mill-isbaħ ta' Antonio Miruzzi. Miruzzi twieled fis-sena 1867 u għalhekk din is-sena qegħdin infakkru il-150 sena mit-twelid tiegħu. Huwa kien Surmast Direttur ta' diversi baned Maltin u nistgħu ngħidu li kien wieħed mill-aqwa kompożituri tal-marċi funebri li kellna f'pajjiżna. Miruzzi ħalla din id-dinja fis-sena 1944.

About   Privacy   Login