Museum Bniet Swatar - Msida

Museum Bniet Swatar - Msida

Comments

Grazzi u prosit lis socji kollha, tas seminar tal grizma...sabih u ta taghlim...
Nhar il Hadd 29 ta Settembru , il genituri flimkien mat tfal taghhom mistiedna biex flimkien mal Kappillan nifthu s sena Kateketika b'Quddiesa li tibda fid 9.30 am. Inheggukom biex tinghaqdu maghna , nitolbu flimkien.
Illum ghandhom Muzew pls?
Hello, it tfal ghandhom activities il muzew ghada please?
You are warmly invited to join the Rosary on the Coast Malta. https://www.facebook.com/rocmalta18/ SUNDAY 18th November at 3:30PM Let us unite to pray the Rosary around Malta. For more information, send a message on FB or call on: 99546888 #rocmalta18 To find find the closest coastal meeting point near you CLICK HERE: https://goo.gl/MW6cyF

Museum Bniet Msida Swatar

[03/08/20]   Infakkru li
t-tfal m’ghandhomx Museum dil-gimgha ghax ahna ghandna l-Ezercizzi. Jerga’ jkollhom katekizmu fis-16 u 17 ta’ Marzu. Paci

Ilbierah iccelebrajna jum il-Vokazzjoni Museumina, u llum qed niccelebraw Jum in-Nisa! Awguri mill-qalb!

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

[02/21/20]   Għeżież, illum se niltaqgħu Museum Swatar u għandna lezzjoni bħas-soltu. Għada logħob tal-karnival mis-6pm għat-tfajliet year 5 'il fuq. It-Tnejn u t-Tlieta se jkun hemm il-party tal-karnival b'sorpriża :) It-Tnejn hemm il-party għat-tfajliet tas-sekondarja li jibda fis-6pm. It-Tlieta hemm il-party għat-tfal tal-primarja u jibda fil-5:30pm. J'Alla ġġibu l-ferħ kull fejn tkun. Paċi magħkom!

[02/15/20]   Bible Study u Valentine Games ghat-tfajliet year 5 ‘il fuq illum fis-6pm

[02/09/20]   Minħabba ċirkustanzi li ma kellniex kontroll fuqhom il-ħarga li kellna pjanata għal għada se jkollna nħassruha. Skużawna.

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

Niltaqgħu fis-6.00 pm fejn ikollna lezzjoni qasira fuq San Pawl u wara jkollna ħin ta' logħob. Narawkom.

Gheziez, nittamaw li tinsabu tajbin. Jekk jghogbkom, hudu nota ta’ dan! Grazzi u narawkom! Il-paci maghkom 🙂

Tinsewx il-party ghat-tfajliet form 1 'l fuq li jattendu Swatar, nhar it-Tnejn 6 ta' Jannar 2020 - Stennew ikel, loghob, dahk, kant, u zfin! Narawkom ;)

Lestu ruhkom ghal-lejla :) Niltaqghu fis-6pm il-M.U.S.E.U.M. Swatar ghal Christmas karaoke & Pizza night! Ejjew ha tkantaw id-diski favoriti taghkom, nieklu pizza tajba u nidhku flimkien! Mistednin tfajliet mill-year 5 'l fuq. Niltaqghu dalwaqt!

Ejjew nieħdu gost flimkien illejla! Niltaqgħu l-M.U.S.E.U.M. Swatar ;)

Fuq talba tat-tfajliet, għada 2 ta' Jannar 2020 mhux se niltaqgħu fl-4:30pm imma se niltaqgħu fil-5:30pm għal Christmas scavenger hunt tant mistedni! Mistednin jilgħabu mill-year 5 'il fuq. Ejjew ħa nidħku u nieħdu gost flimkien :) Narawkom il-M.U.S.E.U.M.!

[12/31/19]   Awguri ghal sena tajba mimlija b’Gesu’!
Ejjew nafdaw fiH
u nhallu 2020 f’idejH!
Superjura u s-socji

[12/30/19]   L-Attivita' li kien ser ikollna llum ser issir nhar il-Hamis minflok. Grazzi

[12/28/19]   Sfortunatament illejla tfajliet mhux se jkollhom attività ghax ahna socji ghandna laqgha generali.
Niltaqghu fl-attività li jmiss (araw il-programm)

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

Nhar it-Tlieta 24 ta' Diċembru, lejliet il-Milied, ejjew nuru r-RIGAL KBIR fit-toroq tagħna tas-Swatar: L-Iben t'Alla sar bniedem!! Ejjew inħalluH jitwieled f'qalbna, fil-familji tagħna, fil-paroċċa tagħna. It-tfal huma mħeġġin biex jekk iridu, jilbsu ta' xi personaġġ tal-Milied, u jġibu magħhom xi fanal. Inħeġġu lill-ġenituri biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni li tispiċċa l-knisja fejn ikun hemm kant, poeżiji u tlugħ ta’ rigali. Narawkom ;)

Laqgħa ta’ talb ġewwa għar (limiti tal-Għargħur). Mistednin mill-year 6 'il fuq. Nitilqu minn ħdejn il-Museum fil-5:15pm. Diġa' hemm numru sabiħ ta' tfajliet li ġejjin għal din l-esperjenza sabiħa. Dawk li jixtiequ jiġu u għadhom ma tawnix risposta, jagħmlu dan sa għada t-Tnejn 23 ta' Diċembru f'nofsinhar ('first come first serve' minħabba trasport) grazzi u l-paċi magħkom!

Niltaqgħu llejla għal mument sabiħ ta' talb, daħk u sfidi ħelwin :)

It-Tfal tal-Msida għada niltaqgħu l-Knisja għall-Quddiesa tad-9.30 am.

Museum Bniet Swatar - Msida's cover photo

Illejla niltaqgħu fis-6 pm. minn year 5'l fuq.

[11/24/19]   Avviz importanti:
Sfortunatament
il-harga tal-lejla
thassret minhabba l-maltemp

Nixtiequ nfakkru fil-quddiesa speċjali li għandhom it-tfal kollha għada l-Ħadd fil-Knisja tal-Imsida. Niltaqgħu għall-quddiesa tad-9:30am :)

Nixtiequ minn qalbna nawguraw lil dawk kollha li llum u għada se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-paroċċa tas-Swatar! Tibżgħux issaħħu r-relazzjoni tagħkom m'Alla, tkunu xhieda tiegħU u tagħmlu dak biss li hu tajjeb, ġust u sabiħ! Tinsewx li tridu tkunu fil-Knisja fit-3:30pm. Tkunu f'talbna! Awguri!

Niltaqgħu.

Illum niftakaru fl-għeżież tagħna mejtin u fil-mejtin kollha! J'Alla jgawdu lil Alla għal dejjem! Illejla, tfajliet mill-year 5 'l fuq, mistiedna għal prayer meeting u wara se nsajjru flimkien. Niltaqgħu l-Museum Swatar bniet fis-6pm! Il-Paċi magħkom!

Għeżież, illum il-festa tal-qaddisin kollha! Aħna wkoll nistgħu nsiru qaddisin bħal Dun Ġorġ Preca u ħafna oħrajn, jekk tassew ngħixu l-ħajja tagħna ta' kuljum b'imħabba kbira. Xi ġmiel jekk ngawdu lil Alla u lill-għeżież tagħna għal dejjem! Illejla t-tfal għandhom attivita' speċjali fil-Museum bniet Swatar. Niltaqgħu fil-5:30pm! Ħudu ħsieb u l-festa t-tajba! il-Paċi magħkom!

Għeżież, nittamaw li tinsabu tajbin! Infakkru fis-Seminar tal-Griżma li se jsir nhar il-Ħadd li ġej 13 t'Ottubru ġewwa l-iskola tas-St Michael, Santa Venera. Mistednin l-adolexxenti li se jagħmlu l-Griżma fil-Paroċċa tas-Swatar, kif ukoll il-familjari tagħhom u l-parrini. Nibdew b'quddiesa. Niltaqgħu! Grazzi u l-Paċi magħkom!

Għeżież, il-paċi magħkom! nittamaw li tinsabu tajbin. Kif tafu, bdejna s-sena kateketika 2019-2020. Nistiednu lilkom u lit-tfal tagħkom għall-quddiesa li se ssir għada fid-9:30am fiċ-Ċentru Parrokkjali l-Imsida, u fl-10:30am fil-Knisja tas-Swatar. Narawkom!

[09/20/19]   Dawk il-genituri li rregistraw it-tfal taghhom is-sena l-ohra m'ghandhomx bzonn jergghu jirregistraw. Grazzi.

MUSEUM Swatar - Nixtiequ navżaw li l-lezzjonijiet tal-Katekiżmu fil-qasam tas-Swatar se jibdew nhar il-Ħamis 26 ta' Settembru. Dawk il-ġenituri/ kustodji li jixtiequ jirreġistraw lil uliedhom għall-katekiżmu jistgħu jagħmlu dan fl-Uffiċċju Parrokkjali.

MUSEUM Msida - Nixtiequ navżaw li l-lezzjonijiet tal-Katekiżmu fil-qasam tal-Msida se jibdew nhar il-Ħamis 26 ta' Settembru. Dawk il-ġenituri/ kustodji li jixtiequ jirreġistraw lil uliedhom għall-katekiżmu jistgħu jagħmlu dan fl-Uffiċċju Parrokkjali.

[09/09/19]   Il-Paci maghkom! Nixtiequ ninfurmawkom li dal-gimghatejn, it-tfal mhux se jkollhom MUSEUM minhabba xoghol ta’ manutenzjoni li qed isir. Grazzi u l-gurnata t-tajba!

Illejla se nkompli naraw il-film mill-isbaħ ta' Don Bosco u nitkellmu fuqu. Għandna ħafna x'nitgħallmu minnu. Mistednin mill-year 5 'l fuq. Niltaqgħu fis-6pm.

[09/02/19]   Infakkrukom li llum u ghada t-tfal m’ghandhomx Museum.

Illum it-tfajliet għandhom quilling jew knitting. Dawk li għażlu quilling, għandhom l-lista tal-affarijiet li jridu jġibu magħhom. Dawk li għażlu knitting, ma għandhom bżonn iġibu xejn magħhom. Niltaqgħu fis-6pm il-Museum Swatar Bniet :)

"Il-qalb ferħana tagħmel il-wiċċ daħkan" (Proverbji 15, 13) Illum se jkollna diversi logħob tradizzjonali Malti, anke dawk li intesew! Ma għandkom bżonn iġibu xejn magħkom ħlief pocket. Niltaqgħu lejla l-Museum Swatar bniet fis-6pm :) Narawkom! Paċi magħkom!

Niltaqgħu lejla fis-6pm għal Crafts ;) Araw x'għandkom bżonn iġibu magħkom. Ħudu ħsieb! Il-paċi magħkom!

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Is-Swatar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Address


22, Triq Ġanni Vella,
Is-Swatar
BIRKIRKARA
Other Is-Swatar places of worship (show all)
Parroċċa Swatar Parroċċa Swatar
Triq Il-Graffitti Navali
Is-Swatar, BKR4121