SDC Museum Fgura

Il-missjoni tagħna hi "Biex Kristu jkun magħruf u maħbub". Noffru katekeżi għat-tfal, żgħażagħ u adulti. Tel: 2189 5509 email: [email protected]

L-iskop ta' din il-pagna huwa li sservi bħala mezz ta' kif intom tkunu tafu bl-attivitajiet li norganizzaw matul is-sena u ankè bħala mezz ta' evanġelizazzjoni, "biex Kristu jkun magħruf u maħbub". Our purpose is to let all the followers know what are we organising as a centre and more importantly to evangelise, so that "God will be known and loved".

Mission: Il-missjoni tagħna hi "Biex Kristu jkun magħruf u maħbub". Il-qasam tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija tal-Fgura joffri laqgħat ta' katekeżi fuq it-tagħlim tal-Knisja Kattolika għat-tfal, żgħażagħ u adulti. Barra minn hekk jiġu organizzati diversi attivitajiet matul is-sena.

Operating as usual

Minħabba l-instabbiltà fit-temp, tajjeb li dawk kollha li qed jattendu fil-Museum (5 sena, 6 sena, Magħżulin u Aspiranti) jibdew iġibu magħhom il-maskla. Dan qed nitolbuh, biex jekk minħabba t-temp ma jkunx possibbli li l-laqgħa ssir barra, jintlibsu l-maskri fuq ġewwa.
Il-paċi magħkom!

youtube.com

Mulej għand min immorru – L-Ewwel Jum

GĦALL-KBAR: L-ewwel jum tal-ĠIMGĦA TA' TAGĦLIM b'mod virtwali.
7.00pm: fuq dan il-link: https://www.youtube.com/watch?v=zRqqE8IvI_0&feature=share&fbclid=IwAR2eMuWOF8wzfKhtUBxxBfmmxunFyjyq_PjYinyXo1hmoyZENhC9mhK7tqE

Ġimgħa ta’ Tagħlim online It-Tnejn 14 ta’ Settembru 2020

[09/13/20]   AVVIŻ
Minħabba l-instabbiltà tat-temp il-baħar tal-lum għall-Magħżulin u l-Aspiranti ġie mħassar.
Niltaqgħu għada. Paċi magħkom

Is-Soċjetà tal-Museum qed torganizza ĠIMGĦA TA' TAGĦLIM b'mod differenti mis-soltu. Minħabba ċ-ċirkustanzi ta' bħalissa din il-Ġimgħa ta' Tagħlim ser tkun virtwali.
Allura kulħadd mistieden biex tul din il-ġimgħa fis-7.00pm jidħol fil-paġna fuq Youtube 'Ejjew u Taraw' u jsegwu minn hemm.
Immexxu l-kelma!

Mulej għand min immorru?
Ġimgħa ta’ Tagħlim mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta' Settembru fis-7:00pm fuq il-YouTube channel EJJEW U TARAW

[09/12/20]   DAN IL-WEEKEND:
ILLUM IS-SIBT:
7.00pm Niftħu l-Museum. Is-6 sena u l-Magħżulin żgħar ikollhom ħsieb u logħob sat-7.50pm.
Il-Magħżulin Kbar u Aspiranti illum ikollhom laqgħa, logħob u ikel sal-10.00pm.
Importanti li minħabba l-instabbiltà fit-temp kulħadd iġib maskra biex f'kas li noqogħdu ġewwa nilbsuha.

GĦADA L-ĦADD:
9.30am: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
Wara: logħob fil-Museum sal-11.15am.
4.30pm: Baħar għall-Magħżulin u l-Aspiranti. Jekk tkun ix-xita din l-attività titħassar.

“Marija Verġni, tassew li inti kbira, għax Dak li jista’ kollox, għamel miegħek ħwejjeġ kbar”
~San Ġorġ Preca

Illum il-Festa tat-Twelid ta’ Marija, il-bidu tal-ferħ tagħna. Inħeġġu lil kulħadd jieħu sehem fil-quddiesa u jitlob ir-Rużarju.

Għada għall-Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti.

[09/07/20]   AVVIŻ IMPORTANTI
Minħabba l-instabbiltà fit-temp, tajjeb li dawk kollha li qed jattendu fil-Museum (5 sena, 6 sena, Magħżulin u Aspiranti) jibdew iġibu magħhom il-maskra. Dan qed nitolbuh, biex jekk minħabba t-temp ma jkunx possibli li l-laqgħa ssir barra, jintlibbsu l-maskri fuq ġewwa.
Il-paċi magħkom!

REĠISTRAZZJONI TAT-TFAL SUBIEN
Dawk il-ġenituri li jixtiequ jirreġistraw lit-tifel tagħhom li tiela' Year 2 l-iskola u li s-sena d-dieħla se jirċievi l-Ewwel Tqarbina, huma mitluba jidħlu f'dan il-link, jimlew il-formola online, jipprintjawha u jirritornawha l-Museum fid-dati indikati. Il-paċi magħkom :)
https://www.sdcmuseum.org/FormolaRegistrazzjoni.pdf?fbclid=IwAR26UUtbPRo8GQtzmFo46l2quD-DUatdbywlyIk57mcp4TGtVD1TWrTdR5w

Attività speċjali għall-magħżulin u l-Aspiranti nhar il-Ħadd filgħodu. Niltaqgħu!

110 ANNIVERSARJU MIT-TWELID TA' MADRE TEREŻA
Illum jaħbat il-110 anniversarju mit-twelid ta' Madre Tereża, mara li minkejja l-figura ċkejkna tagħha, bl-azzjonijiet iż-żgħar tagħha bidlet u poġġiet l-imħabba kull fejn kienet.

Jalla fuq l-eżempju tagħha infittxu li nħobbu aktar lill-oħrajn u mhux niġġudikawhom... "Jekk tiġġudika lill-oħrajn, ma għandekx ċans tħobbhom."

[08/25/20]   AVVIŻ: GRIŻMA TAL-ISQOF 2020
Infakkru li dawk li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma din is-sena, għandhom ikunu ppreżentaw id-dokumenti kollha meħtieġa sal-aħħar t'Awwissu. Grazzi ħafna u l-paċi magħkom

Għada għall-Magħżulin. Importanti li jkunu avżaw li ser jattendu.
Il-klassijiet l-oħra jkollhom bħas-soltu.

TALBA F’GĦELUQ IS-60 SENA TAL-MUSEUM FIL-FGURA. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jitlobha filwaqt li jitlob għall-bżonnijiet tal-Qasam tal-Fgura.

16/08 Festa ta' Santu Rokku
Illum il-Knisja tagħmel il-festa ta' Santu Rokku, patrun tal-morda bil-pesta u mard infettiv. Huwa għex fi żmien meta l-pesta qatlet ħafna nies u ħadem ħafna magħhom biex jgħinhom u jfejjaqhom.

Talba lil Santu Rokku - Patrun tal-Morda
O Mqaddes Santu Rokku, patrun tal-morda, ikollok ħniena minna f'dan iż-żmien ta' mard. Meta kont f'din l-art, bis-sinjal tas-Salib ta' Ġesù Kristu u bil-qawwa ta' Alla, inti fejjaqt ħafna morda mill-mard tagħhom. Issa li qiegħed fil-glorja tas-sema, bil-qawwa setagħna tiegħek mis-smewwiet, isma' l-karba tagħna, sabbarna f'dan iż-żmien ta' tensjoni, u qawwina dejjem fis-saħħa tar-ruħ u tal-ġisem. Bi Kristu Sidna. Ammen.

[08/15/20]   DAN IL-WEEKEND:
ILLUM IS-SIBT, festa ta' Santa Marija
7.00pm: Laqgħa speċjali fuq il-Madonna. Wara logħob sal-ħinijiet tas-soltu.

GĦADA L-ĦADD:
9.30am: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Wara logħob sal-11.15am. Waranofsinhar ma niltaqgħux.

15 T'AWWISSU - IT-TLUGĦ IS-SEMA TA' MARIJA. O Marija, kellek raġun tistqarr li miegħek għamel ħwejjeġ kbar Dak li jista’ kollox, għax tassew inti kbira. Inti int il-meravilja waħdanija fost il-meravilji kollha tiegħu: meravilja fl-għajnejn tal-anġli, meravilja fl-għajnejn tal-bnedmin. Nifirħulek, għax inti sibt grazzja quddiem Alla u nitgħaxxqu bik, għax minn din il-grazzja aħna wkoll sibna l-hena, il-paċi u xorti tassew tajba.
Ammen. (Kitba ta' San Ġorġ Preca)

Attività għall-grupp tas-sitt sena. Infakkru lill-adolexxenti kollha biex javżaw lill-prifetti jekk humiex se jieklu. Dakinhar se jkollna iktar ħin ta' logħob ukoll. Fil-preparazzjoni u fl-attività sħiħa se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont id-direttivi tas-saħħa pubblika. Il-paċi magħkom.

"Qatt tinsa' tħobb" - San Massimiljanu Kolbe, il-qaddis li offra ruħu flok missier ta' familja, biex imut minfloku fil-kamp ta' konċentrament. Tassew għex dak li pprietka!

L-10 T'AWWISSU - SAN LAWRENZ LEVITA U MARTRI

Festa ta' qaddis żagħżugħ li għaraf li l-vera teżori tal-Knisja mhumiex id-dehbijiet imma l-foqra, il-morda, ir-romol, il-persuni b’diżabilità, l-orfni u l-emarġinati. Ħabba din id-deċiżjoni ħallas b'mewtu.

San Ġorġ Preca għażel lil San Lawrenz bħala Protettur tal-Magħżulin u l-Aspiranti (adolexxenti u żgħażagħ li jattendu l-Museum). Nitolbu għal dawn iż-żgħażagħ biex bħal San Lawrenz ikunu ta' dawl għall-oħrajn, hu li kien tfajjel bħalhom.

San Lawrenz Levita
li ferraħt lill-Knisja,
Martri mimli mħabba,
itlob ’l Alla għalina

[08/08/20]   DAN IL-WEEKEND:
ILLUM IS-SIBT:
7.00pm: Niftħu l-Museum u jkollna l-laqgħa. Wara ħin ta' logħob bħas-soltu. Il-Magħżulin kbar u l-Aspiranti llum jistgħu idumu sal-10.00pm.
GĦADA L-ĦADD:
9.30am: Quddiesa fil-knisja u wara logħob sal-11.15am.
4.30pm: Il-Magħżulin u l-Aspiranti mmorru l-baħar. Infakkru li għal baħar iridu jkunu ġew ritornati l-permessi ffirmati u jkollna wkoll maskra/visor għall-waqt it-trasport.

SDC Museum Fgura's cover photo

It-tifsir li nsibu fil-logo tas-60 anniversarju mill-ftuħ tal-Museum tas-subien fil-Fgura.

Il-logo se jkun qed ifakkarna fis-60 anniversarju mill-ftuħ tal-Museum tas-subien fil-Fgura. Nirringrazzjaw lil Alla għal kemm għamel sabiex illum nistgħu ngawdu dak li żergħu ta' qabilna.

SDC Museum Fgura's cover photo

[08/01/20]   DAN IL-WEEKEND:
ILLUM IS-SIBT:
Għall-5 sena, 6 sena, Magħżulin u Aspiranti:
7.00pm: Laqgħa fil-Museum.
Wara: Logħob sat-7.50pm. Il-Magħżulin sat-8.00pm.

GĦADA L-ĦADD:
Għall-Magħżulin u l-Aspiranti:
9.30am: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali (ġib maskra/visor miegħek)
Wara: Logħob fil-Museum sal-11.15am.
6.15pm: Għall-Magħżulin kbar u Aspiranti. Logħob fil-Museum u BBQ.

Mil-lum jistgħu jibdew jattendu mal-Aspiranti, il-Magħżulin u s-6 sena, il-5 sena ukoll. Niltaqgħu!

Malta Audio Visual Memories

Bħal-lum, 26 ta' Lulju, 58 sena ilu miet il-Fundatur tal-Museum San George Preca. Dan il-filmat juri mumenti mill-funeral tiegħu, wieħed mill-akbar funerali li qatt sar f'Malta.

🇬🇧 Today marks the anniversary of the death of St Ġorġ Preca. Does anyone remember the year he died?

🇲🇹 Illum jaħbat l-anniversarju mill-mewt ta' San Ġorġ Preca. Tafu tgħidulna f'liema sena miet?

𝑺𝒉𝒂𝒓𝒊𝒏𝒈 𝒉𝒊𝒔𝒕𝒐𝒓𝒚 𝒘𝒊𝒕𝒉 𝒕𝒉𝒆 𝒇𝒖𝒕𝒖𝒓𝒆

Illum jum it-twelid tal-ewwel Superjur Ġenerali tal-Museum, Ewġenju Borg. Kien bniedem umli, dedikat u mimli entużjażmu biex iwassal lil Ġesù għand l-oħrajn.

F'isem is-Superjur, il-membri u l-kandidati tal-Museum tal-Fgura nawguraw lit-tfal kollha li f'dan il-weekend se jirċievu lil Ġesù għall-ewwel darba. Jalla dan is-sagrament ikun ifisser pass importanti u kbir fil-ħajja tat-tfal biex lil Ġesù jirċevuh ta' spiss. Nitolbu ħafna għalihom u għall-familjari kollha tagħhom biex dejjem iktar jagħrfu jkunu ta' eżempju għalihom. Il-paċi magħkom :)

Kemm kienet okkażjoni speċjali ilbieraħ! Wara 133 ġurnata erġajna ftaħna l-bieb tal-Museum għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Filwaqt li nħeġġuhom iżommu r-regolarità, nirringrazzjaw 'l Alla li wara dan iż-żmien diffiċli reġa' wasal iż-żmien li niltaqgħu mal-Aspiranti, il-Magħżulin u l-Preparatorja Kbar. Niltaqgħu illejla :)

Wara stennija twila, illejla nerġgħu niftħu għall-gruppi tas-6 sena, Magħżulin u Aspiranti (dawk li twieldu mill-2008 jew ikbar). Dawn huma l-miżuri li qed nieħdu biex nieħdu ħsieb is-saħħa ta' kulħadd. Grazzi u l-paċi magħkom! Niltaqgħu!

AVVIŻ IMPORTANTI: FTUĦ TAL-QASAM.
Għal grazzja t'Alla reġa' wasal iż-żmien li nerġgħu niftħu l-Qasam tal-Museum tagħna għal xi gruppi.
Il-Museum ser jerġa' jiftaħ minn għada l-Ħamis 23 ta' Lulju għall:
Magħżulin u l-Aspiranti (dawk li twieldu fl-2007 jew ikbar) u għas-6 sena (twieldu fl-2008).
Aktar informazzjoni intbagħtet permezz ta' email.
Il-5 sena (twieldu fl-2009) ser ikunu jistgħu jibdew jattendu min-nhar it-Tnejn 27 ta' Lulju.

Il-gruppi l-oħra mhux ser ikollhom laqgħat fil-Museum għalissa.
Nirringrazzjaw 'l Alla li ser inkunu f'pużizzjoni li nerġgħu nilqgħu lill-adolexxenti u żgħażagħ fil-Museum tagħna.

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Il-Fgura?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

In-nagħġa l-mitlufa
MUSEUM - Mgħallem mhux li kien li d-dinja timxi wara l-Evanġelju tiegħek.

Location

Telephone

Address


"Beatu Ġorġ Preca", Triq Il-Karmelitani
Il-Fgura
FGR1202

Opening Hours

Monday 17:45 - 19:45
Tuesday 17:45 - 19:45
Thursday 17:45 - 19:45
Friday 17:45 - 19:45
Saturday 18:15 - 19:45
Sunday 15:30 - 19:00
Sunday 08:00 - 10:15
Other Il-Fgura places of worship (show all)
Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura
14, Triq Karmelitani
Il-Fgura, FGR 1205

Il-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju twaqqfet fl-1993 u hija responsabbli ghal dak kollu li hu marbut mal-organizzazjoni tal-festi esterni fil-Fgura.

Fgura Youth Centre Fgura Youth Centre
Wesgħa Reggie Miller
Il-Fgura, FGR 1212

Paġna Uffiċċjali taċ-Ċentru għaż-Żgħażagħ Fgura Għamel LIKE fuq din il-paġna għal aktar aġġornamenti u għid lil sħabek b din il-paġna.

Għaqda Abbatini Karmelitani Fgura Għaqda Abbatini Karmelitani Fgura
Il-Fgura

L-iskop tal-abbati huwa li jagħti servizz fuq l-altar biex jgħin lin-nies jitolbu. Ikollna wkoll diversi attivitajiet matul is-sena. Fil-Fgura bħalissa qegħdin tletin abbati - tfal u żgħażagħ. Int ukoll tista' tissieħeb magħna!

About   Privacy   Login C