Catholic Charismatic Renewal - Malta

Catholic Charismatic Renewal - Malta

Comments

Hey guys, praise the Lord. I hope you'll be able to help us. My worship band, Lifted (a ministry of the CCR Melbourne, Australia) are super excited to announce that our new album is now available internationally across all digital platforms. Can you please help us promote it? It is a project that has in mind communities with no music ministry; so we have produced an album of cover songs arranged in 3 x 5 sets to give approx 30 mins of worship for each set. There are 2 sets with full production and 1 set with acoustic production to give a different flavor. The songs have been produced in keys that are singable (i.e. not too high or too low). Download a copy, share it with your friends, if you want a physical copy, they're available too, just PM me and we'll arrange something. Thanks for your help!! Download the album here: iTunes: https://itunes.apple.com/au/album/higher/1450718691 Google play https://play.google.com/store/music/album/Lifted_Higher?id=Bwqnjjjpq6afz56sqiphvlr66cy Spotify: https://open.spotify.com/album/0Rvn946ITw0EZpwMz9CQ6p Amazon: https://music.amazon.com/albums/B07N5FSG3R?tab=CATALOG&ref=dm_wcp_bp_albm_link_albm_t
Entità internazzjonali ġdida għat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku
We Can Never Lose Our Inheritance in Christ Jesus Spiritually hungry disciples of Jesus Christ will find that I Peter Chapter 1 is packed with spiritual nourishment for those persecuted, hunted, and scattered men and women. It was a difficult day, as it is for many today. Persecution can distract you and divert you from Christ – and cool your love for Jesus and the Gospel – and baffle your thinking. You are chosen - you are different - you have been set apart so that you can obey - you have been sprinkled (or sealed) with the blood of Jesus. Verse 3 - Peter refers to this essential fact - to that day when we were born again. Let that fact encourage you to praise the living God Who has saved us and who loves us. We can count it a joy that we have this privilege of suffering, to some degree, for the Name of Jesus Christ. We thank God and bless God. Peter has found the reality of salvation. This is not our lasting home. We are pilgrims, on a journey – passing through. This is the man who stood up on the Day of Pentecost and spoke so clearly and powerfully under that anointing of the Holy Spirit. Some people laughed and ridiculed and mocked, as they did not know what God was doing. Peter explained and proclaimed the truth courageously and boldly. With an uncertain future before us in the world - we need this living hope - this real assurance which is so vital and vibrant - and which breathes certainty into our lives. All this is possible because of GOD’S GREAT MERCY! Death has lost its sting. It nips a little and the memory of that nip can remain for some time - but death has lost its sting. A hope that is divorced from the new birth is a forlorn hope. Disillusionment can set in when man sees he cannot change the world! The heart of the human problem is the problem of the human heart! The Middle East – only God through Jesus Christ can resolve this. Your inheritance will be kept for you, and you will be kept for your inheritance. This reward can never perish - or spoil - or fade away - nor vanish. Whatever bankers may have done over these past years with interest rates – investments – or inheritances – nobody can touch this one! It is indestructible – non perishable – non spoilable – unfading. It is reserved for you. It cannot be given to someone else. Peter’s writing is saturated with the significance of the resurrection of Jesus Christ. To be alive physically you have to be physically born – to be alive spiritually you have to be born again. Paul speaks about this experience as resurrection – God came to us when we were dead in trespasses and sin and raised us up from all that – raised from the dead! This is the essence of our Christian Faith and Christian Life. The essential element of our new birth is a human impossibility – it is all of God – by His Grace and Mercy. God had done this for them! Verse 5 - You are shielded - protected - by the power of God. This inheritance is being kept in heaven for you, and this will always be the situation until Jesus Christ returns - He is coming back. We have an imperishable inheritance. No catastrophe can touch this inheritance – no sin can defile it – no decay can change it. This is kept by God in heaven for you – shielded means, ‘being kept’. These truths need frequent repetition today, because so very few people know anything about what the Scriptures teach. It is a great advantage to preach and teach the whole of the Bible, and to do so systematically, because it presents people with the whole counsel of God, over a period, and prevents the preacher or teacher from riding his personal hobbyhorse, or taking his favourite passages over and over again. “Almighty God, we thank You for the Bible – the whole of it – for every part of it. We thank You for Your Word through which You speak to men and women – and to boys and girls. In a day when many hardly know anything at all about the Bible, break through again, and raise up preachers and teachers who will open up Your Holy Word – we pray in Jesus Name. Amen” (This week's "Word from Scotland" - previous pieces may be found at Studylight.org and liveasif.org in the 'Archives' section - warmest greetings in Christ Jesus.)
Vincent Zammit It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Mgħallem, agħmel li jiena nara. Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mk 10, 46-52) F’dak iż–żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”. Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!”. Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu”. Huma sejħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek”. Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?” “Li nerġa’ nara, Rabbuni”, wieġbu l-agħma. U Ġesù qallu: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek”. U minnufih raġa’ beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq. Il-Kelma tal-Mulej...........R/. Tifħir lilek Kristu Hsieb : Innutajtu għat-tieni ġimgħa konsekuttiva Ġesù jagħmel l-istess mistoqsija, “ xi tridni nagħmillek? Il-ġimgħa l-oħra għamel din il-mistoqsija lil Ġakbu u Ġwanni, tiftakru? U x’talbuh dakinhar dawk iż-żewg dixxipli? Li meta Ġesù jkun fis-saltna tiegħu, wieħed joqgħod fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug tiegħu, jiġifieri, pożizzjoni fejn jidhru, pożizzjoni ta’ poter, pożizzjoni ta’ unur wara li Ġesù kien ilu jħambaq fuq il-qadi u li jagħti ħajtu. F’kuntrast Bartimew kull ma xtaq hu li jara, u li tara għall-bniedem Bibliku jfisser id-don tal-fidi. X’ironija hu dawk ta’ madwar Ġesù kien min għalihom jaraw, imma fil fatt ma kienu jaraw xejn, għax li Ġesù baqgħu m’għarfux min hu tassew, is-salvatur tad-dinja, filwaqt li Bartimew, dak li suppost kien għama, għarfu tassew, “ bin David” il-Messija, dak li kellu jiġi biex is-salva il-bnedmin. Kieku kellu jagħmilha lilek Ġesù din il-mistoqsija x’kont twieġbu? Dan il-Vanġelu tal-kuntrasti, għax fil-waqt li il-folla warbithu u bdiet ssikket lil Bartimew, Ġesù sejjaħlu, “sejħulu.” Alla dejjem għandu post speċjali għal dawk, li soċjetà twarrab, il-foqra, l-emarġinati. • Int kif tħares lejhom? • tipprova taħrabhom? • tħares in-naħa l-oħra? • taħsel idejk mir-responsabilta’ li tgħinhom? “Ġesù bin David ikollok ħniena minni.” Kemm hija sempliċi u mill-qalb dik it-talba! Talba umli, imma mimlija fiduċja f’ Ġesù. U Ġesù li kien jgħallem li min jitlob jaqla’ u min iħabbat jiftħulu, quddiem dik it-talba, għal ħniena, hu li hu l-istess ħniena (misericordia) ma kellux triq oħra, għajr juri ħniena Għax għal Ġesù il-ħniena u l-imħabba huma fl-istess natura tiegħu, fid-DNA tiegħu, kieku dan iż-żmien konna ngħidu. L-aħħar kuntrast għal illum, taftakru iż-żagħżugħ għani ma sarx dixxiplu tal-Mulej, ma mexxiex warajh, għax kellu qalbu marbuta mal-ġid tal-art, imma dan Bartimew tajjar minfuq l-uniku sikurta li kellu, il-mantar tiegħu, biex mar ħdejn Ġesù, hekk kif sejjaħlu. Int x’għadu jżommok il-bogħod minn Ġesù, x’jeħtieġ twarrab minn ħajtek biex timxi warajh mill-qrib? Talba: Mulej Gesu nitolbok kattar fija il-fidi. Għallimmni bħalhekk inħobb il-foqra u dawk fil-bżonn.
Vincent Zammit Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra. Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mk 10, 35-45) F’dak iż-żmien, Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna”. “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek”. Imma Ġesù qalilhom: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?”. ”Għandna”, qalulu. Imbagħad qalilhom Ġesù: “Il-kalċi li se nixrob jien tixorbuh, iva, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien; imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tiegħi, din mhijiex ħaġa tiegħi li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija”. L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni. Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin jgħodduhom bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta’ kulħadd. Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”. Il-Kelma tal-Mulej..........R/. Tifħir lilek Kristu Hsieb: Biex nifhmu u napprezzaw is-silta li għadna kemm qrajna, irridu nkunu nafu x’ġara fis-silta preċedenti, għax hija marbuta magħha. Fis-silta ta’ qabel din, insibu lil Ġesù għat-tielet darba f’dan il-Vanġelu iħabbar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu: “ ara issa aħna telgħin Ġerusalem u Bin il-Bniedem ser jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar li jaqgħtuhielu għall-mewt .......u wara tlett ijiem iqum mill-mewt.” (Mk 10, 32-34) Imma mid-dehra, d-dixxipli minn widna jidħol u mill-oħra joħroġ. Isejjħu lil Ġesù “mgħallem” teacher imma huma ma jitgħallmu qatt! Għax, baqgħu jaħsbu u jaraw kif ser jiksbu l-ewwel post, ibda minn Ġakbu u Ġwanni u milli jidher anke l-oħrajn, għax irvellaw kif bdew jaraw il-manuvri ta’ Ġakbu u Ġwanni biex jilħqu, biex ikun huma li jikkmandaw, huma l-aktar importanti. (is-silta ta’ illum) U Ġesù bil-paċenzja kollha reġa’ beda jgħallem: “min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta’ kulħadd. Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”. Kemm hija differenti hu, l-loġika ta’ Alla minn dik tal-bnedmin! Tiftakru, meta in-nies ġew biex jinkurunaw lil Ġesù sultan, wara li kattrilhom il-ħobż (Gw Kap 6), Ġesù ħarbilhom u mar waħdu fuq l-għoljiet jitlob, biex ma jaqax għat-tentazzjoni tagħhom. Hajtu kollha fuq din l-art Ġesù kienet att ta’ servizz, mit-twelid sal-mewt: ifejjaq, jgħallem, jaħfer id-dnubiet, jagħti l-ħelsien, insomma jagħmel kull xorta ta’ ġid, sa ma fl-aħħar ta ħajtu għalina lkoll. Il-mewt kienet l-għola forma ta’ servizz li ta lilna il-bnedmin, għax miet għalina biex isalvana. Ġesù miet għalina biex jurina li Alla l-Missier, iħobbna mhux bil-kliem biss, iżda bil-fatti, kif naqraw f’San Ġwann, “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil iIbnu sabiex kull min jemmen fih, (f’imħabbtu) ma jintilfx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” (Gw 3,16) U aħna bħala d-dixxipli tiegħu, maħluqin “xbieha tiegħu, (ara Ġenesi) mistennija, nagħmlu bħalu tafux, tiftakru? Fl-aħħar ċena wara li Ġesù ħasel reġlejn id-dixxipli tiegħu qalilhom: “tafu x’għamiltilkom, intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej u tgħidu sew għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju. Biex kif għamilt jien hekk tagħmlu intom.” San Pawl tant jesprimi din l-idea b’mod sabieħ, “Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Gesu: “Hu (Ġesù) li għad li kellu natura ta’ Alla ma qagħadx ifittex tiegħu, li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ ilsir, .....obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.” (Fil 2, 5-6) Quddiem dan il-qari tajjeb nistaqsu lilna nfusna, jien inħobb naqdi? • Skont l-aptit? • Skont lil min? • Jekk nieħu gost jew sodisfazzjon? • Bil-ħsieb li nitħallas lura? • Biex nidher? • Sorry m’għandix ċans F’din is-silta Ġesù staqsa lil Ġakbu u Ġwanni, “Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?” Xi ried ifisser Ġesù “b’tixrob il-kalċi”? Li “tixrob il-kalċi” hija espressjoni Biblika, li tfisser li tieħu il-passjoni, tiftakru Ġesù qabel passjoni talab lill-Missier, “ jekk tista’ tneħħili dan il-kalci, imma mhix ir-rieda tiegħi imma rieda tiegħek.” (Mk 13,47) Dakinhar, Ġesù, fil-ġnien tal-Ġetsemani baqa’ hemm jixrob il-kalċi, filwaqt lid-dixxipli, dakinhar kollha ħarbu beżgħana. Imma meta ġie l-Ispirtu huma wkoll xorbu mill-kalċi, u taw ħajjithom għall-Mulej u x-xandir tal-Vanġelu. Propju f’dan il-Hadd, Ommna il-Knisja Mqaddsa tiċċelebra jum il-Missjoni. Il-Missjoni mhijiex biss tal-qassisin, s-sorijiet u l-lajċi li jmorru f’artijiet imbegħda, imma l-missjoni li kull wieħed u waħda minna fdalna Ġesù, skont l-istat u ċirkostanzi tal- ħajja tagħna, miżżewġin, singles, romol, reliġjużi eċċ. Il-missjoni li nwasslu l-imħabba ta’ Alla lil oħrajn: bil-kliem, bl-eżempju u billi inkunu ta’ servizz għall-oħrajn. Wara kollox, mistoqsijiet fuq is-servizz ħa jkollna fl-aħħar eżami li jrid jagħmel kull wieħed u waħda minna, meta nagħlqu għajnejna, “kont bil-ġuħ u tmajtuni, bil-għatx u sqejtuni, għeri u libbistuni........aħseb ftit • Taħseb li f’din il-ħajja int għandek missjoni minn Alla x’taqdi? • Qiegħed twettaqha? • Kemm huma għal qalbek l-atti ta’ karità? • Tħobb tagħti ftit ħin u il-mezzi li Alla jipprovdilek, biex taqdi lil oħrajn. Ejjew nitolbuh illum lill-Mulej jurina kif jixtieqna naqduh u ejjew inxammru l-kmiem u immiddu għonqna għax- xogħol illum, u ma nħallux għal għada il-ġid li nistgħu nagħmlu illum. Talba: Tħallini qatt nieqes Mulej minn opportunitajiet biex naqdik f’min hu fil-bżonn. Ammen

It-Tiġdid Kariżmatiku huwa moviment dinji magħqud fil-prinċipji li jħaddan, fl-għanijiet, u fil-karatteristika tiegħu li jimxi ’l quddiem fil-libertà ta’ l-Ispirtu. Ma jistax jingħad li għandu fundatur jew grupp ta’ fundaturi, kif għandhom movimenti oħra. Lanqas ma jżomm listi tal-membri tiegħu li jiltaqgħu fi gruppi ta’ talb mifruxin mad-dinja kollha. Jista’ jiġi definit bħala għaqda tabilħaqq varjata ta’ attivitajiet, individwi, u gruppi li jinsabu fi stadji differenti u jadottaw manjieri diversi ta’ żvilupp, u lkoll b’emfasi differenti. Madanakollu, ilkoll jaqsmu l-istess esperjenza fundamentali ta’ tiġdid fl-Ispirtu, u jħaddnu l-istess għanijiet ewlenin. Ir-relazzjonijiet ta’ bejn dawn l-attivitajiet, individwi u gruppi, huma sikwit karatterizzati mill-assoċjazzjoni libera, mid-djalogu u mill-kollaborazzjoni fis-sens evanġeliku. Il-kunċett ta’ tmexxija hu mifhum aktar bħala għotja ta’ servizz lil dawk li jeħtiġuh u biex titkattar is-sens ta’ unità fil-komunjoni.

Mission: L-għanijiet ewlenin tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku jinkludu:- 1. Il-konverżjoni personali matura u kontinwa lejn Ġesù Kristu, is-Sid u s-Salvatur tagħna. 2. L-aċċettazzjoni personali u deċiżiva tal-persuna, il-preżenza u l-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Dawn iż-żewġ għanijiet imsemmija hawn fuq sikwit jiġu esperjenzati flimkien f’dik li f’diversi partijiet tad-dinja tissejjaħ “il-Magħmudija fl-Ispirtu” (li tfisser iva sinċiera lill-Kristu u lill-Ispirtu s-Santu), jew “Tiġdid fl-Ispirtu” jew “Release ta’ l-Ispirtu”. Dawn ġeneralment jinftehmu bħala aċċettazzjoni personali tal-grazzji tal-bidu fil-mixja Nisranija u bħala qawwa u tisħiħ personali lejn is-servizz fil-Knisja u fid-dinja. 3. L-aċċettazzjoni u l-użu tad-doni spiritwali (kariżmi) mhux biss fit-Tiġdid Kariżmatiku iżda saħansitra fil-Knisja kollha. Dawn id-doni - kemm dawk ordinarji kif ukoll dawk straordinarji - jinstabu f’numru kbir qalb il-lajċi, is-saċerdoti u r-reliġjużi. L-għarfien u l-użu ta’ dawn id-doni f’armonija ma’ elementi oħra tal-ħajja fil-Knisja huwa fonti ta’ qawwa għall-Insara fil-mixja tagħhom lejn il-qdusija u fit-twettiq tal-missjoni tagħhom. 4. Il-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni fil-qawwa ta’ l-Ispirtu. Din tinkludi l-evanġelizzazzjoni ta’ dawk li m’humiex membri tal-Knisja, ir-ri-evanġelizzazzjoni ta’ l-Insara nominali u l-evanġelizzazzjoni tal-kultura u ta’ l-istrutturi soċjali. It-Tiġdid jippromwovi bis-sħiħ is-sehem fil-missjoni tal-Knisja permezz tat-tħabbir tal-Bxara t-Tajba bil-fomm u bl-għemil, u bix-xhieda għal Ġesù Kristu permezz tat-testimonjanza personali u permezz ta’ dawk l-għemejjel ta’ fidi u tjubija li aħna lkoll imsejħa għalihom. 5. It-trawwim tal-qdusija personali permezz ta’ integrazzjoni xierqa ta’ dawn l-elementi kariżmatiċi mal-ħajja sħiħa tal-Knisja. Dan jitwettaq bis-saħħa ta’ sehem sħiħ fil-parteċipazzjoni sagramentali u liturġika, il-qima lejn it-tradizzjoni tat-talb u l-ispiritwalità Kattolika, il-formazzjoni kontinwa fid-duttrina tal-Knisja ggwidata mill-Maġisteru tal-Knisja, u l-parteċipazzjoni fil-pjanijiet pastorali tal-Knisja. Dawn l-għanijiet, u l-proġetti li joħorġu minnhom, joħolqu l-identità tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku f’individwi, f’gruppi ta’ talb, f’komunitajiet u service teams u f’ministeri lokali, djoċesani u nazzjonali.

Kulħadd Mistieden.
stampa l-formola, imliha u ibgħatha.

[10/11/19]   National Conference 2019

Archdiocese of Malta

Catholic Charismatic Renewal - Malta

Catholic Charismatic Renewal - Malta's cover photo

dl.dropboxusercontent.com

This is the link to conference programme:
https://dl.dropboxusercontent.com/u/9123993/programme%202016.pdf

dl.dropboxusercontent.com

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Haz-Zabbar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Sr  Nemesia Auditorium, Tarxin

Location

Telephone

Address


16, Triq Hompesch
Haz-Zabbar
ZBR 1313
Other Haz-Zabbar places of worship (show all)
Fratellanza Madonna tar-Rużarju, Parroċċa Ħaż-Żabbar Fratellanza Madonna tar-Rużarju, Parroċċa Ħaż-Żabbar
MEDIATRIX PLACE
Haz-Zabbar

Din il-paġna qed tiġi mwaqqfa fl-okkażjoni tal-400 sena mit-twaqqif tal-ewwel fratellanza f'Ħaż-Zabbar , 1617

Il-Mixja ma' Ġesu Il-Mixja ma' Ġesu
Haz-Zabbar

Wirja b'rabta mal-ġimgħa mqaddsa.

Museum Ħaż-Żabbar Museum Ħaż-Żabbar
55, Triq Il-Kbira,
Haz-Zabbar, ŻBR1205

Attivitajiet organizzati mill-Museum tas-Subien ta' Ħaż-Żabbar. Aktar dettalji u nformazzjoni mill-Museum.