Museum Ħaż-Żabbar

Museum Ħaż-Żabbar

Comments

Tixtieq tieħu sehem fi kwiżż fuq San Ġorġ Preca u s-Soċjetà tal-Museum? Jekk iva, il-kwiżż se jsir illejla fis-7pm, onlajn u mingħajr ħlas. Kulma tridu tagħmlu hu: 👉 Idħlu fil-paġna ta' Facebook li jisimha, Corokwiżż 👉 Se taraw l-aħħar post (daqs kwarta ilu) bil-link magħha 👉 Tagħfsu fuq il-link u tilħqu tirreġistraw (kollox b'xejn) 👉 Fis-7pm PREĊIŻ jibda l-kwiżż awtomatikament. Nota IMPORTANTI: Dan il-kwiżż huwa mibni biss fuq il-fatti. Kull mistoqsija hija rriċerkata u kkonfermata. Dan ix-xogħol se jkun iddedikat għall-memorja tas-Superjur Ġulinu Spiteri (eks Superjur tal-Gudja għal 25 sena sħaħ) li lbieraħ mar jiltaqa' mal-Mulej Ġesù. Ħajr speċjali lis-Sur Claude Spiteri li għaddielna l-maġġoranza assoluta tal-mistoqsijiet. Nittama li jogħġobkom 🙋‍♂️🇲🇹.
Prosit u grazzi tac celebrazjoni tal Lejla.Il Milied t tajjeb u l paci maghkom
Prosit lis-Superjur Brian, is-soci u s-Socjeta MUSEUM ghall-Gimgha ta' Taghlim. Il-Kelma t'Alla fost il-poplu. Inroddu hajr lil Alla.
Illum kienet ġurnata tant għażiża għat-tfal taghna. U bis-saħħa tagħkom kienet ġurnata sabiħa u perfetta. Grazzi ta' kull ma tagħmlu mat- tfal tagħna.
Grazzi u prosit tal-attivita tal -lejla.il-paci maghkom
Min qalbi nixtieq nghidilkom grazzi u proset ghal dak kollu li taghmlu u ghal pacenzja li tiehdu mat-tfal taghna,Illum hrigt il-grotta lit-tfal tieghi gabu 25 sena ilu,J'Alla l-mulej izomm idejh fuqkom u jaghtikom is-sahha biex tibqu tahdmu ma dawn it-tfal.Il-milied u sena tajba
Meta ha jibda hu meta ha jkunu granet ta muzew centru nazzaret li ghamlu precett din is sena? Grazzi bi quddiem

Attivitajiet organizzati mill-Museum tas-Subien ta' Ħaż-Żabbar. Aktar dettalji u nformazzjoni mill-Museum.

Avviz mill-Parrocca dwar l-Ewwel Tqarbina.

Diocese of Gozo

Riflessjoni dwar il-festa tal-lum.

Il-Liturġija tal-Ħadd tat-Trinità Qaddisa spjegata għat-tfal mis-seminaristi Għawdxin

It-Trinità Qaddisa. Alla l-Missier li ħoloq. Alla l-Iben li fdiena bil-mewt tiegħu fuq is-salib u Alla l-Ispirtu s-Santu dak li jmexxina
fl-għażliet li nagħmlu f'ħajjitna.
It-tfal jistgħu jagħtu l-kulur lil din l-istampa.

Llum Ħadd fuq Pentecoste, l-Knisja tiċċelebra l-Festa tat-Trinità Qaddisa. Dan Alla li huwa mħabba. Dan Alla li tant kemm iħobbna li jkun magħna f'kull ċirkustanza tal-ħajja tagħna. Dan Alla li ma jħallina qatt weħidna. Nitolbu llum b'mod speċjali għat-tfal li kienu ser jirċievu lil Ġesù Ewkaristija għal ewwel darba.

Talba ; Trinità Qaddisa nadurawk, nirringrazzjawk u nroddulek ħajr għal dak kollu li tagħmel magħna.

youtube.com

The Holy Spirit Comes - Acts 2 - Pentecost for Kids | Sunday School Lesson | Sharefaithkids.com

Llum niċċelebraw il-festa ta' Pentecoste. Meta Ġesù bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Llum hija l-ġurnata li biha nikkonkludu żmien il-Għid. It-tfal jistgħu jaraw dan il-video ta' din il-ġrajja. https://www.youtube.com/watch?v=KwJJJoSGw84

Download the Full Lesson: https://www.sharefaith.com/set/acts-2-the-holy-spirit-comes-sunday-school-lesson-for-kids.html?id=244006&kidset=y Sunday School Les...

Min għandu fih l-Ispirtu s-Santu ikollu ; l-imħabba, l-Paċi, l-Paċenzja, t-tjubija, l-maħfra, s-sabar u l-fidi. Nitolbu lil Ispirtu s-Santu jmexxina fl-għażliet ta' ħajjitna.
Talba : Spirtu s-Santu Alla, dawwal is-sensi u kebbes il-qalb tad-dixxipli ta' Ġesù. Ammen.

knisja.mt

L-Arċisqof b'messaġġ lill-adolexxenti li qed jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof

L-Arċisqof b’messaġġ lill-adolexxenti li qed jippreparaw għall-Griżma tal-Isqof

knisja.mt https://www.youtube.com/watch?v=7CArxvfRID0&feature=youtu.be&fbclid=IwAR0RGO0oy_5F3nEdoJ9X9E60yowjI__3W0LBBDFK-mMpnm4yj3QKa3Kl2YE Fl-okkażjoni tas-Solennità ta' Għid il-Ħamsin, li tfakkar il-miġja tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, l-Arċisqof Charles Scicluna wassal messaġġ ta' kuraġġ l

Society of Christian Doctrine

Żomm dejjem l-ordni f’kollox: qatt la tagħmel xejn bit-traskuraġni. – San Ġorġ Preca

Society of Christian Doctrine

Min jeduka ż-żgħażagħ fit-tagħlim tas-saħħa, fid-dixxiplina, jkun qed jaħdem il-prosperità ta’ nisel futur għal pajjiżu dwar il-ġid spiritwali u temporali. Hemm miktub li xejn ma jonqos lil dawk li jfittxu s-Sinjur Alla. – San Ġorġ Preca

Xogħol tat-tfal li jattendu l-qasam tagħna.

Qegħdin noqorbu lejn tmiem il-jiem tal-Festa tal-Għid. L-Għid jintemm bil-festa tal-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Ħadd qabel il-Pentecoste, niċċelebraw il-festa tat-tlugħ fis-sema tal-Mulej. Ġesù qabel telà fis-sema bagħat lil Appostli jgħallmu u jgħammdu. Llum nitolbu għal kull min b'xi mod jew ieħor jgħallem il-kelma t'Alla. Din l-istampa biex tingħata l-kulur mit-tfal iż-żgħar.

Itfà għajnejk fuq Kristu qabel ma telà fis-sema u arah jibgħat l-appostli jippridkaw u jgħammdu ; aħseb fuq l-importanza tat-tagħlim, għax il-fidi mis-smigħ tal-kelma t'Alla.

Awguri lill-ommijiet kollha

youtube.com

Quddiem San Ġorġ Preca

https://www.youtube.com/watch?v=jcInX4Ii6rM

Mument ta' talb ma San Ġorġ Preca bħalissa

Velja ta' talb quddiem ix-xbieha tal-qaddis, mill-Kappella ta' Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża - 9 ta' Mejju 2020.

Illum il-festa tal-fundatur. L-ahhar xoghol tal-adoloxxenti huwa xi ritratti marbuta b' xi mod jew iehor ma hajjet il-fundatur. Grazzi u prosit lil Aidan Muscat, Greig Vella, Keane Mizzi, Jonathan Formosa, Neil Axisa, Zane Chetcuti, Kayden Buhagiar u Kayden Gerada.

Throwback tal-festa ta' San Ġorġ Preca s-sena l-oħra

Illum fil-Festa ta' San Ġorġ Preca, tfal, tajjeb li niftakru f'dan il-qaddis fundatur tal-Museum u nitolbu sabiex għal dawk kollha li jxandru u jgħallmu l-Kelma t'Alla.

Statwa armata mingħand Yan u Denzel Schembri li jattendu l-Museum ta' Ħaż-Żabbar.

Għandna ħafna qaddisin li nirrikorru lejhom waqt il htigijiet taghna, imma llum f'din il-festa nduru lejn San Ġorġ Preca, l-qaddis Malti, l-qaddis li kien jitkellem u jitlob bil-lingwa tagħna, ejjew nersqu lejh u nitolbuh għal Malta biex terġa ssaltan fiha s-saħħa li tant għandna bżonn.

Ghada fil-festa ta' San Ġorġ Preca

ġurnata l-boghod mil festa ta' Dun Ġorġ. Illum niffukaw fuq Dun Ġorġ u l-festa tal-Milied. Grazzi u prosit lil Luke Psaila, Jean Paul Caruana, Matthias Cassar Dacian Camilleri u Zack Spiteri

Il-Ħames ġurnata minn din il-ġimgħa speċjali li tagħlaq bil-festa lil San Ġorġ Preca.

Illum nagħtu ħarsa lejn il-kelma tal-qaddis, li kienet tiġbed u ssaħħar lil kull min kien jismgħaha. Wieħed jibqa' jħoss il-qawwa tal-kelma tiegħu fil-ftit recordings li għandna.

Id-deskrizzjoni nħademet mil-adoloxxent li jattendi l-MUSEUM. Grazzi u prosit lil Matthias Zammit Spiteri.

https://www.youtube.com/watch?v=MRBtMQwcPFE

Ir-raba' ġurnata minn din il-ġimgħa speċjali li tagħlaq bil-festa lil San Ġorġ Preca.

Illum nagħtu ħarsa lejn il-Badge tal-"Verbum Dei", devozzjoni li xerred San Ġorġ Preca u li saret id-distintiv tas-soċjeta' tiegħu, il-Museum.

Xogħol li nħadem mil-adoloxxenti li jattendu l-MUSEUM. Grazzi u prosit lil Kayden Vella Paris, Kayden Gerada, Anzhel Vella, Neville Zammit u Jaydon Bellizzi.

It-tielet ġurnata minn din il-gimgha speċjali li tagħlaq bil-festa lil San Ġorġ Preca.

Illum nagħtu ħarsa lejn il-MUSEUM F'ĦAŻ-ŻABBAR

Xogħol li nħadem mil-adoloxxenti li jattendu l-MUSEUM. Grazzi u prosit Kyle Selwyn Cutajar u Juan Lorenzo Caruana

it-tieni ġurnata minn din il-gimgha speċjali li tagħlaq bil-festa lil San Ġorġ Preca. Illum nagħtu ħarsa lejn il-MUSEUM barra minn xtutna. Xogħol li nħadem mil-adoloxxenti li jattendu l-MUSEUM. Grazzi u prosit Kayden Buhagiar, Luke Mizzi, Ivor Saliba, Matthias Scerri u Denzel Portelli ...

Mil-lum nagħtu bidu għal ġimgħa speċjali marbuta mal-festa tal-fundatur (9 ta' Mejju). Kuljum se nkunu qeghdin intellgħu xoghol li sar mil-adoloxxenti l-kbar li jattendu l-MUSEUM. Nibdew mil-lum, xi informazzjoni fuq il-MUSEUM b' mod ġenerali. Infakkrukom fil-crafts jew tpinġijiet li ssibu iżjed l-isfel fil-paġna marbuta ma dawn il-jiem. Grazzi u prosit Jake Vassallo.

Riżultat tal-Kraft "il-Vizjoni ta' Kroce Marsa", Dun Ġorġ jirrakkonta li huwa u għaddejn minn ħdejn is-salib tal-Marsa jilmaħ tifel ta madwar 12 il sena li kien qed iġorr Karretta taż-żibel. It-tfel dar lejh u b'ton ta kmand qallu "Agħatini l-għajnuna", Dun Ġorġ ma ħasibiex darbtejn u beda jimbotta bla ma jaf fejn mar. Dun Ġorġ kien jgħid li kien ħass ħlewwa kbira huwa u jimbotta. It-tifel ma kienx jaf fejn sparixxa.

Inħeġġukom tagħmlu waħda intom u tibgħatu ritratt tagħha b'messaġġ fuq il-page tal-museum.

Xi ħaġa oħra li tista' issir bi preparament għal-festa ta San Ġorġ Preca (9 ta' Mejju) hija din il-kraft ta' meta San Ġorġ kellu id-dehra ħdejn is-salib tal-Marsa. qed nuru wkoll kif din il-kraft saret u x'intuża. Malli tlestuha ibgħatulna ritratt taħa hawn.

Waqt li qed toqrob il-ġimgħa li fiha niċċelebraw il-festa tal-fundatur tal-MUSEUM, San Gorg Preca, qed naghtu dawn l-istampi lit-tfal biex ipinguwhom u nħeġġukom tibgħatuwomna halli nuzawhom matul il-gimgha d-diehla

Museum Subien, Qormi San Sebastjan

Illum naħsbu f'dawk kollha fid-dinja li m'għandhomx ikel jew xorb biex jgħixu. Naħsbu wkoll f'meta aħna ħlejna u rmejna l-ikel. Ġesù jagħmel il-miraklu tal-5 ħobżiet u żewġ ħutiet, kulħadd kiel u xeba' u ż-żejjed inġabar biex ma jkunx hemm ħela. Nerġgħu niltaqgħu għada fil-5pm għal ħsieb ieħor.

xi ħaġa għaż-żgħar ... l-arka ta' Noe

It-Tieni Ħadd tal-Għid. Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Ejjew nafdaw fil-Ħniena t'Alla. Ejjew nitolbu spiss din it-talba : 'Ġesù jiena nafda fik'.

Museum Subien, Qormi San Sebastjan

In-nisa kellhom il-ġebla tal-qabar tifridhom minn Kristu. La darba din il-ġebla tneħħiet esperjenzaw lil Kristu Rxoxt. F'ħajti x'hemm li qiegħed jifridni milli nesperjenza lil Alla? Nerġgħu niltaqgħu għada fil-5pm għal ħsieb ieħor.

Xi ħaġa għaz-zghar ...

Biex nghalqu z-żmien li ghadu kif ghadda ... grazzi lil kull min baghat it-tpinġijiet tieghu !

Museum Subien, Qormi San Sebastjan

Ġesù jidher lin-nisa huma u mexjin. Is-suldati jmorru jgħidu lill-Qassisin il-Kbar, u dan iħallsuhom sabiex ixerrdu gidba. Niltaqgħu għada fil-5pm għal ħsieb ieħor.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Haz-Zabbar?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

l-aħħar parti mid-dimostrazzjoni bil-Bambin ta' lejlet il-Milied

Location

Telephone

Address


55, Triq Il-Kbira,
Haz-Zabbar
ŻBR1205

Opening Hours

Monday 17:30 - 19:45
Tuesday 17:30 - 19:45
Thursday 17:30 - 19:45
Friday 17:30 - 19:45
Saturday 17:30 - 20:00
Sunday 15:00 - 18:30
Sunday 08:30 - 11:00
Other Religious Organizations in Haz-Zabbar (show all)
Fratellanza Madonna tar-Rużarju, Parroċċa Ħaż-Żabbar Fratellanza Madonna tar-Rużarju, Parroċċa Ħaż-Żabbar
MEDIATRIX PLACE
Haz-Zabbar

Din il-paġna qed tiġi mwaqqfa fl-okkażjoni tal-400 sena mit-twaqqif tal-ewwel fratellanza f'Ħaż-Zabbar , 1617

Catholic Charismatic Renewal - Malta Catholic Charismatic Renewal - Malta
16, Triq Hompesch
Haz-Zabbar, ZBR 1313

Il-Mixja ma' Ġesu Il-Mixja ma' Ġesu
Haz-Zabbar

Wirja b'rabta mal-ġimgħa mqaddsa.