Gzira Parish Church

Gzira Parish Church

Comments

Illum ħalliena Patri Samwel Chetcuti Franġiskan Konventwal li kien Viċi kappillan tal-Parroċċa tal-Gzira fis-snin bejn 1969-1974. Funeral se jsir fil-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar, il-Ħamis 3 ta' Jannar fit-3.30pm. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...
IL-FESTA T-TAJBA LILL-GZIRJANI KOLLHA, HUMA MIN HUMA; HUMA FEJN HUMA.
Xtaqt lista tal-kappillani li kellha l-paroċċa tal-Gżira mit-twaqqif tagħha. Grazzi lil min jista' jgħin.
hello, is there a mass service today?
i am from gzira and i love feseta.and the team tal maruns.

Merhba fil-pagna tal-Parrocca tal-Gzira. Din il-pagna se tinzamm aggornata b'diversi informazzjoni fuq laqghat tal-Ghaqdiet, avvizi w informazzjoni ohra.

Hinijiet tal-Ufficcju it-Tnejn: 09.00 am - 10.30 am 05.00 pm - 06.30 pm Il-Gimgha: 09.00 am - 10.30 am Hinijiet tal-Quddies Tnejn - Gimgha: 6.45am, 7.30am, 8.30am, 6.00pm (xitwa) / 6.30pm (sajf) Sibt: 6.45am, 7.30am, 8.30am, 5.00pm, 6.30pm (sajf / xitwa) Hadd: 7.00am, 8.15am, 9.30am, 11.00am, 6.00pm (xitwa) / 6.30pm (sajf)

[01/28/20]   Avvizi Parrokjali:

Ghada l-Erbgha 29 ta' Jannar:

Fil-5.30pm. fil-Knisja Parrokkjali jkollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

Fit-8.00pm. Fl-uffiċċju Parrokkjali jkollna l-laqgħa tal-Kummissjoni Armar tal-Knisja.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira.
Illum bix-xieraq insellmu lill Prottettur tal-Knisja Universali San Guzepp li din is-sena qeghdin niccelebraw il-150 sena minn meta San Guzepp inghata dan it-titlu uniku. Nitolbu lill dan il-qaddis protettur tal-haddiema biex jghatina lkoll is-sahha biex inwettqu hidmietna f'kull settur u nitolbuh jghin lilna lkoll fix-xoghol volontarju li ahna nwettqu fil-knisja taghna.
Dan il-kwadru jinsab wkoll izejjen il-parrocca taghna.
San Guzepp itlob ghalina.

[01/18/20]   Avvizi Parrokjali:

Ghada Il-Ħadd

Il-Quddiesa tad-9.30am. tkun organizzata apposta għat-tfal kollha tal-parroċċa.

Inħeġġu lill-ġenituri u n-nanniet biex iġibuhom għaliha.

[01/17/20]   Pasta Night b'risq l'ispejjez tal-Knisja

Is-Sibt 1 ta' Frar

Aktar informazzjoni dalwaqt

Quddiesa ta' ringrazzjament lill voluntiera kollha tal-Parrocca.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Kull sena fl-Epifanija, l-knisja tħabbrilna l-festi għas-sena 2020.

Ħuti għeżież,

f’dawn il-ġranet deher fostna s-sebħ tal-Mulej u se jibqa’ jidher sa ma jerġa’ jiġi b’setgħa u glorja kbira.

Tul is-sena kollha, flimkien mal-Knisja, aħna ngħixu l-misteru tas-salvazzjoni tagħna, li jilħaq il-qofol tiegħu
fit-tlett ijiem imqaddsa tal-Għid, li fihom niċċelebraw il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet.

Din is-sena l-ferħ tal-Għid il-Kbir
li jixxerred ma’ kullimkien fid-dinja,
se ngħixuh mal-Knisja kollha fit-12 ta’ April.

Iżda kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tistedinna biex ngħixu dan il-ferħ tal-Għid, għax kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tiċċelebra il-misteru kbir tal-fidwa tagħna u tfakkarna li l-Mulej bil-mewt tiegħu
qered il-mewt tagħna u bil-qawmien tiegħu mill-imwiet tana ħajja ġdida.

Marbutin ma’ din il-festa tas-salvazzjoni tagħna hemm il-jum qaddis tal-bidu tar-Randan Imqaddes li din is-sena se niċċelebrawh fis-26 ta’ Frar; hemm it-tlugħ tal-Mulej fis-sema
li se jiġi fl-24 ta’ Mejju; hemm, fil-31 ta’ Mejju, jum Għid il-Ħamsin
li jagħlaq iż-żmien ta’ l-Għid il-Kbir tal-Mulej.

U hemm imbagħad
l-ewwel Ħadd tal-Avvent fid-29 ta’ Novembru, meta mill-ġdid mal-Knisja nibdew ngħixu l-misteru tas-salvazzjoni tagħna.

Il-Knisja tħabbar ukoll il-misteru tal-Għid meta, matul is-sena, tiċċelebra l-festi tal-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla u Omm il-Knisja tal-Appostli u tal-Qaddisin,
tal-Martri u tar-Ragħajja tal-Erwieħ u tal-Verġni,
u kull meta tagħmel it-tifkira ta’ ħutna l-mejtin,
waqt li tagħti tifħir, ġieh, glorja u radd il-ħajr
lill-Mulej Ġesù, li kien li hu, u li jibqa’ għal dejjem,
Sid iż-żminijiet u Sultan tal-Ħolqien kollu.

Gzira Parish Church's cover photo

Gzira Parish Church

[01/04/20]   Avvizi Parrokkjali:

Il-Ħadd

Ghada L-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk għandna l-ġabra speċjali għall-ispejjeż tal-Knisja Parrokkjali. Xtaqt ingħidilkom li d-dejn li kellna ta’ € 55,000 is-sena l-oħra rnexxilna bil-ġenerożita’ tagħkom inniżluh għal €30,000. Nittama li dis-sena nkomplu naqtgħu minnu kif għamilna s-sena l-oħra.

Fid-9.30am. quddiesa b’suffraġju ta’ dawk kollha li mietu fil-parroċċa tagħna matul ix-xahar ta’ Diċembru.

Fl-10.30am. fiċ-Ċentru Parrokkjali jkollna l-laqgħa għat-Terzjarji u d-Devoti tal-Madonna tal-Karmnu.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira - Milied 2019
Il-Knisja illum ticcelebra is-Solennita' tal-Festa tal-Epifanija.
It-tielet u l-ahhar bambin jinbidel biex inkomplu bit-tradizzjoni li ghandna fil-knisja taghna.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira -- L- 1 ta Jannar 2020
Jum il-Paċi
Festa taL-Imqaddsa Verġni Marija, Omm l - umanita kollHa,

[12/31/19]   Avvizi Parrokkjali:

L-Erbgha 1 ta' Jannar

l-Ewwel Jum tas-sena 2020. Solennita’ ta’ Marija Omm Alla. Hemm l-obbligu tas-sehem tagħna fil-quddies. Il-ħinijiet tal-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.

[12/30/19]   Avvizi Parrokkjali

It-Tlieta 31 ta' Dicembru

5.00pm. Ġesu’ Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni tagħna waqt li jkun hawn il-qrar għal kull min ikollu bżonn.

6.00pm. Niċċelebraw il-Quddiesa Solenni tal-Aħħar tas-Sena bil-Kant tat-Tifħir lil Alla, b’ringrazzjament ‘l Alla ta’ kulma għamel magħna matul dis-sena li għaddiet.

Kulħadd hu mistieden biex itemm is-sena bis-sehem tiegħu f’Quddiesa u bis- Sagrament tal-Qrar jekk ikollu bżonn.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira - Milied 2019
Il-Knisja armata ghas-Solennita tat- Twelid ta' Sidna Gesu Kristu.
Minn din il-pagna, il-Kummissjoni Armar tawgura Milied Hieni, Paci u Sahha lill kullhadd.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira
Milied 2019
Mumenti mill-purcissjoni tal-Bambin madwar it-toroq tal-Gzira kif wkol il-bidu tal-quddiesa solenni.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira
It- Twelid ta Sidna Gesu Kristu ipprezentat wkoll b'pittura li tinsab fuq wahda mil - kappelluni tal-knisja taghna

Il-Milied it-tajjeb u hieni lill kulhadd. J'Alla l-ferh li jgib mieghu dan iz-zmien isaltan fost il-familji kollha matul is-sena kollha.

[12/23/19]   Avvizi Parrokjali:

Ghada It-Tlieta Fis-6.00pm.

Mill-Kappella tar-Redentur toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin madwar it-toroq tal-parroċċa organizzata mil-Leġjun ta’ Marija għat-tfal kollha tal-parroċċa u akkumpanjata mill-Banda Mount Carmel. Nagħmlu appell lil dawk kollha li jistgħu biex jieħdu sehem f’din il-purċissjoni. Meta jasslu fil-Knisja Parrokkjali jkollna programm qasir mit-tfal li jkunu ħadu sehem. Jittellgħu wkoll xi rigali.

Fis-6..00pm. fil-Knisja Parrokkjali jkollna quddiesa fl-okkażjoni ta’ Lejliet il-Milied

9.00pm. Ikollna l-Velja u l-Priedka tal-Milied din id-darba minn tifla li dis-sena rċeviet il-Griżma tal-Isqof.

Fl-10.00pm. ikollna l-quddiesa solenni tal-Milied.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
Ir-Raba ul-ahhar Hadd tal-Avvent

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
Solennita tal-festa tat-tnissil bla tebgħa tal-Verġni
Omm Alla - 2019.
Din il festa kienet issir fis-Sirja sa
mis-seklu ħamsa. Fit-8 ta’ Diċembru
1854, il-Papa Piju IX bl-enċiklika
Ineffabilis Deus iddefinixxa bħala
domma ta’ fidi li l-Verġni mqaddsa
Marija, mimlija bil-grazzja u mbierka
fost in-nisa, għall-merti ta’ Kristu
meqjusin minn qabel, Alla ħarisha
minn kull tebgħa ta’ dnub sa
mill-ewwel waqt tat-tnissil tagħha.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
l-Ewwel Hadd tal-Avvent 2019

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
Il-parrocca taghna mhejjija biex ticcelebra is-Solennita ta' Kristu Sultan.
Sultan tal-Holqien kollu.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu Gzira.
Grizma tal-Isqof 2019
Il-Komunita gzirjana tifrah lil dawn iz-zghazagh li illum ircevew il-Grizma tal-Isqof.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
L-Għid tal-Imwiet - 'Jien Hu il-Qawmien u
l-Hajja'
Ommna l-Knisja mqaddsa, wara li
tiċċelebra bil-ferħ it-tifkira ta’ wliedha
kollha li jinsabu fis-sema, titlobhom
jidħlu bit-talb tagħhom quddiem Alla
għall-erwieħ kollha li marru qabilna
bis-sinjal tal-fidi u raqdu bit-tama
tal-qawmien mill-imwiet; u biex jitolbu
wkoll għal dawk kollha li mietu sa
mill-bidu tad-dinja, li Alla waħdu jaf
il-fidi tagħhom, biex jitnaddfu minn
kull tebgħa ta’ dnub, jixxierku
mal-qaddisin, u jgawdu d-dehra ta’
Alla għal dejjem.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
Sollenita' tal-Qaddisin Kollha -1 ta' Novembru
Illum il-Knisja mqaddsa, li għadha
pellegrina fuq l-art, tifraħ
mal-Qaddisin kollha tas-sema u
tagħtihom ġieħ solenni, waqt li
tħabrek biex timxi fuq l-eżempji
tagħhom u bl-għajnuna tat-talb
tagħhom tittama li għad tirbaħ
il-premju mwiegħed għal dejjem ta’
dejjem quddiem il-kobor ta’ Alla.
Il-parrocca taghna tinghaqad mal-kumplament tad-dinja f'din il-festa. L-artal maggur armat bir-relikwi tal-qaddisin. Wkoll is-sett ta pitturi ta diversi qaddisin li jdawru il-knisja taghna taht in-navi kif wkoll iz- zewg statwi li ghandna fuq l-artal maggur dik ta Sant'Anna u San Gwakkin.

[10/31/19]   Avvizi Parrokkjali

Ghada il-Gimgha 1 ta' Novembru

Il-Ġimgħa Solennita’ tal-Qaddisin Kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

5.30pm. Knisja Parrokkjali – Nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

6.45pm. Ċentru Parrokkjali nkomplu l-kors fuq il-Bibbja.

[10/27/19]   Avvizi Parrokkjali:

It-Tnejn 6.45pm. Ċentru Parrokkjali – Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal kollha li fis-17 ta’ Novembru ser jirċevu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Fiha jingħata t-tagħrif kollu fuq iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan is-Sagrament u għalhekk importanti li l-ġenituri kollha jattendu għal dil-laqgħa.

L-Erbgħa 6.45pm. Uffiċċju Parrokkjali – Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

Il-Ħamis 5.15pm. Knisja Parrokkjali – Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

Il-Ġimgħa:

Solennita’ tal-Qaddisin Kollha u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

5.30pm. Knisja Parrokkjali – Nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat.

Is-Sibt: Tifkira Solenni tal-mejtin kollha

6.45pm. Ċentru Parrokkjali nkomplu l-kors fuq il-Bibbja.

6.30pm. Knisja Parrokkjali – Quddiesa b’suffraġju għall-mejtin kollha li mietu fil-parroċċa tagħna minn Novembru tal-2018 sal-ġurnata tal-lum.
Mistiedna b’mod speċjali l-familjari, qraba u ħbieb tagħhom

Ġabra speċjali fl-okkażjoni tal-Ewwel Sibt tax-xahar. Inkunu ġenerużi fl-offerti tagħna kif dejjem konna.

Il-Ħadd 9.30am. Quddiesa b’suffraġju ta’ dawk li mietu fil-parroċċa matul ix-xahar ta’ Ottubru.

[10/05/19]   Avvizi Parrokkjali:

Ghada il-Hadd

Ikollna l-laqgħa għat-Terzjarji u d-Devoti tal-Madonna tal-Karmnu fiċ-Ċentru Parrokkjali fl-10.30am. Dawk kollha li jistgħu nippruvaw nattendu għaliha.

L-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali biex inkomplu nħallsu ftit mill-ispejjeż li baqgħalna nħallsu tar-restawr estensiv li għamilna.

[10/04/19]   Avvizi Parrokkjali:

LLejla

Fil-parroċċa ser nagħmlu l-festa ta’ Santa Faustina. Għalhekk mill-5.15 sas-6.30pm. ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesu’ Sagramentat li għaliha kulħadd huwa mistieden.

Fiċ-Ċentru Parrokkjali fis-7.15pm. jkollna l-bidu ta’ kors fuq il-bibbja. Mistieden kulħadd biex jattendi b’mod speċjali l-letturi li jipproklamaw il-Kelma t’Alla fil-Knisja Parrokkjali kif ukoll fil-Kappella ta’ Stella Maris. Konvint li kulħadd jifhem l-importanza ta’ kors bħal dan u jattendi għalih.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira - Pellegrinagg bl-istatwa tal-Madonna tar -Ruzarju jghati bidu ghax-xahar iddedikat lil OmmnHa Marija.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira.
1 ta'Ottubru - Festa ta'Santa Theresa tal-Bambin Gesu.
Kawadru iehor li jinsab fil-knisja taghna f'wahda min navi.
Santa Tereża tal-Bambin Ġesù twieldet
f’Alençon, Franza, fl-1873 mill-beati
Louis u Zelie Martin. Ta’ ħmistax-il
sena daħlet fil-karmelu ta’ Lisieux fejn
kien hemm diġa’ tnejn minn ħutha.
Tħarrġet ħafna fl-umiltà, fis-sempliċità
evanġelika u fil-fiduċja f’Alla, u
bil-kelma u bl-eżempju għallmet
l-istess virtujiet lin-novizzi. Offriet
ħajjitha għas-salvazzjoni tal-erwieħ u
għall-missjonijiet. Mietet ta’ 24 sena
bit-tuberkulożi fit-30 ta’ Settembru
1897. Ġiet maħtura patruna
tal-missjonijiet u fl-1997 San Ġwann
Pawlu II iddikjarha duttur tal-Knisja.

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira
Ottubru 2019 - Xahar iddedikat lill Madonna tar-Ruzarju

Pellegrinagg bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju li din is-sena
mhux ser jibda minn ħdejn il-Kappella tal-Brothers ta’ Stella Maris imma mill-Knisja. Igħaddi mit-toroq:- Manoel de Vilhena, Rebħa, Ponsonby, Karlu Manche’ u lura lejn il-Knisja. Biddilna r-rotta biex tkun aktar komda għal kulħadd.

Nittama li jkunu ħafna dawk li jattendu għalih biex il-Madonna tbierek il-parroċċa tagħna li hija ddedikata Lilha. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6.00pm. u kulmin jista’ iġib xemgħa miegħu u nixgħeluha matul il-pellegrinaġġ sinjal minn barra tal-fidi tagħna.

Kumitat Festi Esterni - Parrocca Madonna tal-Karmnu, Gżira

Il-Kumitat Festi Esterni huwa inkarigat mil-armar kollhu li jintrama madwar il-Gzira ghal festa tal-Madonna tal-Karmnu, ghaz zamma u l-manutenzjoni tieghu.

Kummissjoni Armar tal-Knisja - Gzira

Parrocca Madonna tal-Karmnu - Gzira.
Illum niċċelebraw il-festa ta' l-Arkangli Mikiel, Gabrijel u Rafel :
Pittura li ghandna fil-parrocca taghna ta San Mikiel.
TALBA LIL SAN MIKIEL
San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida. Kun inti l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla nitolbuk bil-ħerqa! Inti l-aqwa fost il-qtajja' tas-sema. Itfa', bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern, lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra, li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ. Ammen.

[09/29/19]   Avvizi Parrokkjali:

It-Tlieta Fil-bidu tax-xahar ta’ Ottubru ddedikat lir-Rużarju tal-Madonna ser isir il-pellegrinaġġ li soltu jsir f’din il-ġurnata. Dis-sena, pero’, mhux ser jibda minn ħdejn il-Kappella tal-Brothers ta’ Stella Maris imma mill-Knisja. Igħaddi mit-toroq:- Manoel de Vilhena, Rebħa, Ponsonby, Karlu Manche’ u lura lejn il-Knisja. Biddilna r-rotta biex tkun aktar komda għal kulħadd.

Nittama li jkunu ħafna dawk li jattendu għalih biex il-Madonna tbierek il-parroċċa tagħna li hija ddedikata Lilha. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6.00pm. u kulmin jista’ iġib xemgħa miegħu u nixgħeluha matul il-pellegrinaġġ sinjal minn barra tal-fidi tagħna.

Reffiegha tal-Vara Titulari fil-Purcissjoni tal-Festa li ghaddiet

Mil-Festa li ghaddiet.

#FestaGzira2019

📷 Mark Micallef Perconte

[09/21/19]   Avvizi ghal din il-Gimgha li gejja:

It-Tlieta fil-5.15pm fil-knisja parrokkjali t-tfal kollha li jattendu d-duttrina jkollhom ir-Rużarju bħala bidu tas-sena tat-tagħlim fil-valuri nsara. Imbagħad il-Ħamis ikollhom il-lezzjoni skond iċ-ċirkulari li ntbagħtet fid-djar u li kopja tagħha ssibuha fin-notice boards tal-Knisja Parrokkjali.

Il-Hamis fid-9,30am. Nerġgħu nibdew il-laqgħat għall-anzjani għal dis-sena. Niltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali fejn ikollna quddiesa flimkien. Nagħmel appell lill-anzjani kollha kemm irġiel u kemm nisa biex jattendu għal-laqgħa kull nhar ta’ Ħamis fid-9.30 fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-laqgħat ikunu ferm interessanti fuq suġġettti varji.

5.45pm. fil-Knisja Parrokkjali jkollna l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

Il-Gimgha fis-7.15pm. fiċ-Ċentru Parrokkjali jkollna it-tielet laqgħa minn serje ta’ 4 laqgħa minn Dun Ryan L Pace li qed nagħmlu matul dis-sena għal dawk kollha li għandhom sehem attiv pastoralment fil-parroċċa. Nittama li kulħadd iħoss il-bżonn li jattendi għal dil-laqgħa.

[09/21/19]   Avviz Importanti:

Il-kurja ta’ l-Arċisqof iddecidiet li tagħmel ir-restawr fil-Kappella tar-Redentur. Jekk wieħed jara xi ħaddiema deħlin fiha jkun jaf ir-raġuni għal dan.

Attivita b'risq il-Festa 2020

Chicken & Pork Night b'risq il-Festa.

Nhar is-Sibt 5 t'Ottubru gewwa s-Sala Parrokkjali.

Prezz: Eur10.00 BISS

Kumitat Festi Esterni - Parrocca Madonna tal-Karmnu, Gżira

Chicken & Pork Night b'risq il-Festa.

Nhar is-Sibt 5 t'Ottubru gewwa s-Sala Parrokkjali.

Prezz: Eur10.00 BISS

Kumitat Festi Esterni - Parrocca Madonna tal-Karmnu, Gżira

Chicken & Pork Night b'risq il-Festa.

Nhar is-Sibt 5 t'Ottubru gewwa s-Sala Parrokkjali.

Prezz: Eur10.00 BISS

[09/16/19]   Avvizi Parrokkjali:

Il-Kap tal-Iskola Primarja jixtieq java illi t-tfal tal-Primarja minn Yr 1 sa Yr 6 ser jibdew l-Iskola nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru 2019 mit-8.15am sas- 2.15pm. It-tfal tal-Kindergarten 2 jibdew nhar It-Tlieta 1 ta’ Ottubru 2019 mit-8.15am sas-2.05pm. It-tfal tal-Kindergarten 1 jibdew jew it-Tlieta 1 ta’ Ottubru jew l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2019 fid-8.15am. skond id-data li hemm fiċ-ċirkulari li ntbagħtet id-dar. L-ewwel Ġimgħa it-tfal tal- Kindergarten 1 jispiċċaw fin-nofs inhar u wara jispiċċaw fis-2.05pm.

[09/15/19]   Avvizi Parrokkjali:

Nitolbu l-ġenituri li għandhom it-tfal li twieldu fis-sena 2013 u li jixtiequ jagħmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena d-dieħla biex jiġu jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Magħhom jekk jogħġobhom iġibu l-karta tal-identita’. Il-ġenituri l-oħra li jixtiequ li t-tfal tagħhom jibdew jattendu l-klassijiet tad-duttrina wkoll għandhom jiġu jiktbuhom fl-uffiċċju parrokkjali.

Our Story

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Gzira?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Il-Grajja tal-Madonna tal-Gebla

Location

Telephone

Address


Manoel De Vilhena Street
Gzira
GZR 3000
Other Gzira places of worship (show all)
Benny's Bell Ringers - Malta Benny's Bell Ringers - Malta
Gzira

We are a group of bell ringers, click here for more info - Aħna grupp li ndoqqu l-qniepen, ikklikja hawn għal iktar dettalji

Gzira Drama Grp 2012 - 2018 Gzira Drama Grp 2012 - 2018
Gzira

Gzira Drama Group huwa l-grupp li matul l-ahhar snin ha hsieb li jtella d-dramm tal-Gimgha l-Kbira kif ukoll tal-Milied gewwa l-Parrocca tal-Gzira. Dan il-Grupp ha hsieb ukoll utella diversi drammi relatati mal Parrocca tal-Gzira.