Malta Airport Chaplaincy

The Malta Airport Chaplaincy

International Commission for Emigration, Tourism, Apostolate of the Airways and Itinerant people.

Mission: Our mission is to provide a place of comfort, meditation, worship and aid for all. Who is not satisfied with himself will grow; who is not sure of his own correctness will learn many things. It has been said that God loves everyone, but probably prefers fruits of the spirit rather than religious nuts, so come in, join us and lift up your hearts.

Operating as usual

[09/07/20]   The Nativity of the Blessed Virgin Mary
Tuesday (8th September)
Mass will be celebrated at the chapel at 0830
____________________________

Ghada 08 ta' Settembru l-festa tal-Vitoria
t-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija
Quddiesa fil-kappella 0830

Grazzi

[09/07/20]   07.09.20
Fl-Evanġelju ta’ llum, Ġesu jwieġeb il-mistoqsija dwar x’għandu jiġi l-ewwel f’ħajjitna.
Waqt li Ġesu kien qed jgħallem, ġabulu quddiemu wieħed li kellu idu l-leminija niexfa. Inzerta jum is-Sibt, allura l-Fariżej kienu ħsiebhom fih biex jaraw ifejjqux, pererss li tfejjaq kien meqjus bħala xogħol li ma jistax isir is-Sibt.
Għalhekk Ġesu jistaqsihom: “X’jiswa nhar ta’ Sibt, tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? Issalva ħajja jew teqridha?” (Lq 6, 6-11)
Din il-mistoqsija Ġesu jagħmilha lili wkoll, ħbieb.
Kull meta niġi bejn ħaltejn x’għandi nagħmel, dejjem għandi nfittex li nagħmel il-ġid.

youtube.com

"Il-kuxjenza qed ittaqqalni!" - Fr Hayden

Riflessjoni minn Fr Hayden dwar kif issib il-paċi meta l-kuxjenza tkun imtaqqla.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 7 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/06/20]   06.09.20
F’dan it-23 Ħadd matul is-sena, Ġesu jurina kif għandna nikkoreġu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jerkk jisma’ minnek tkun irbaħt lura lil ħuk.” (Mt 18, 15-20)
Mela twissija qatt m’għandha ssir bl-għajjat, lanqas qalb in-nies, imma kelma bil-kwiet u bejn tnejn.
Nistgħu nieħdu eżempju minn kif Ġesu għamel is-sagrament tal-qrar: kelma bejni u bejn is-saċerdot. Il-maħfra la ssir biex jieħu raġun min qed jikkoreġi, wisq anqas biex jaqa għaċ-ċajn min qed ikunu ikkoreġut.
Mulej Ġesu, għini biex, waqt li nkun nikkoreġi lil xi ħadd, qatt ma ninsa li jiena midneb ukoll.

youtube.com

Irbah lura lil huk! - Fr Hayden

Fr Hayden jippriedka dwar Mt 18,15-20 (It-23 Ħadd matul is-sena A).

Archdiocese of Malta

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Madonna tal-Providenza - 6 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/05/20]   05.09.20
Il-ġurnata tas-Sibt (il-Ħadd) hija r-rigal ta’ Alla lid-dinja mħabbta. Fil-fatt, fil-Bibbja, l-ewwel jum dikjarat bħala jum qaddis huwa um
is-Sibt: “U bierek is-seba’ jum u qaddsu, għax fih waqaf mix-xogħol kollu tiegħu.” (Ġen 2,3)
Fl-Evanġelju ta’ llum nisimgħu xi Fariżej jitkażaw għax xi dixxipli ta’ Ġesu kienu qed ifarrku ż-żbul tal-qamħ u jieklu l-qamħa. Għall-Fariżej dan kien meqjus bħala xogħol, allura mhux suppost isir f’jum is-Sibt,
It-tweġiba ta’ Ġesu turina li l-Kmandamenti m’humiex katina li torbot il-bniedem u ma tħalliħx jiċċaqlaq, imma gwida ta’ mġieba umana fid-dawl tal-imħabba t’Alla: “Bin il-bniedem huwa Sid is-Sibt ukoll”. (Lq 6, 1-5)
Filwaqt li qed ngħixu fi żmien meta s-Supermarkets u x-Shopping Malls qed isiru l-Bażilki li l-aktar iżuru n-nies nhar ta’ Ħadd, ta min naraw jekk Jum il-Ħadd għadniex ngħixuh skond il-ħsieb tal-Ħallieq.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 5 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/04/20]   04.09.20
Illum għandna Kelma attwali ħafna. Filwaqt li għandna nibżgħu
għall-għerf u d-drawwiet tal-imgħoddi, ma nistgħux ngħalqu widnejna u għajnejna għal sejħat ġodda li l-Ispirtu jista’ jkun qed jagħmlilna.
“Anqas ma jqiegħdu nbid ġdid f’daminġani qodma tal-ġild, għax inkella l-imbid il-ġdid jifqa d-daminġani, u jixtered hu u jintilfu
d-daminġani.” (Lq 5, 33-39)
Lanqas toħlom illum tixwi l-ħobż jew toast fuq spiritiera tal-ftejjel, għalkemm fl-antik hekk kien isir u konna kuntenti.
Daqshekk ieħor illum ma toħlomx li tipproġetta Knisja mibnija fuq titli, lbies sinjurun u funzjonijiet spettakulari.
O Mulej agħtini d-dawl biex nara u ninterpreta sewwa s-sinjali
taż-żmien li qed ngħix fih.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 4 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/03/20]   03.09.20
L-Appostli, sajjieda tal-mistier, kienu għadhom kif daħlu wara lejl jistadu bla ma qabdu xejn. Bdew jaħslu x-xbiek. Imma Ġesu qalilhom biex jerġgħu joħorġu u jitfgħu ix-xbiek.
Pietru qallu: “ Hekk għamlu, u qabdu kotra hekk kbira ta ħut li x-xbiek tagħhom kien għoddu nqasam.” (Lq 5, 1-11)
Hawnhekk Pietru nduna bil-kobor u l-majesta tal-Mulej u għaraf
id-dnub tiegħu, inxteħet f’riġlejn Ġesu u qallu: “Tbiegħed minni, Mulej, għax jiena raġel midneb.”
Pietru nduna bi dnubietu meta għaraf il-kobor u l-qawwa ta’ Ġesu.
Ħbieb, meta d-dnub għalija qisu m’hu xejn, dak ifisser li jiena ftit li xejn għandi idea ta kemm iħobbni Alla l-Imbierek.
O Mulej, agħtini l-grazzja li nibki dnubieti.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 3 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/02/20]   02.09.20
Illum għandna silta mill-Vanġelu skont San Luqa li turina kemm jiswa li jkollna l-Ġesu f’ħajjitna.
Ġesu kien imdawwar bin-nies u fejjaq ħafna morda. “Minn ħafna nies bdew joħorġu wkoll ix-xjaten jgħajjtu u jgħidu”

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 2 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[09/01/20]   01.09.20
Bil-malti għandna qawl li jgħid: “Il-kelma tqanqal, imma l-eżempju jkaxkar”. U Ġesu, dak li kien jgħid, kien jgħixu, u allura kien jgħallem b’setgħa.
In-nies kienu jibqgħu “mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu,għax id-diskors tiegġu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.” (Lq 4, 31-37)
Fis-silta tal-lum, naraw lil Ġesu jiġi wiċċ imb’wiċċ max-xitan li kien f’wieħed raġel fis-sinagoga.
Dan beda jgħajjat b’leħen għoli, filwaqt li Ġesu żamm il-kolp u,
bil-kalma imma b’awtorita, kull ma qallu: “Iskot, u oħroġ minnu!”
U l-ispirtu ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara,
Dan hu Ġesu li nemmnu fiħ: għandu setgħa fuq l-agħar ħażen li jista’ jaħkimna.
Mulej Ġesu, inti taf li jiena dgħajjef u ħaġa żgħira ninħakemm minn spirtu mniġġes u nidneb qisu xejn. Tħallini qatt nemmen il-gidba tax-xitan li inti ħallejtni waħdi.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 1 ta' Settembru

Powered by Restream https://restream.io/

[08/31/20]   31.08.20
Illum nibdew nisimgħu siltiet mill-Evanġelju skont San Luqa, u llum nisimgħu lil Ġesu adult ikellem lin-nies tar-raħal fejn trabba: Nazaret. Waqt li kkwota l-profeta Isaija, Ġesu qalilhom Hu min kien u x’ġie jagħmel: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrod il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”
(Lq 4, 16-30)
Ngħid għalija nara kemm Ġesu ġie għalija personali: jiena jkun hemm drabi meta nħossni mjassar minn xkiel li ma nistax ninħeles minnu; nħossni fqir fl-imħabba lejn il-batut; nħossni għama għax mhux dejjem nara dak li jkun tabilħaqq ta’ ġid għalija; nħossni fil-bżonn tal-grazzja tal-Mulej.
Nitolbok, Mulej, biex dejjem insib fil-Kelma tiegħek dawl u għajnuna fil-mixja tiegħi lejn is-sema pajjiżi.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 31 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

[08/30/20]   30.08.20
Immaġina ftit tkunu erba’ tiħbieb titkellmu u, wieħed minnkom, jibda jgħid li se jgħaddi minn esperjenza kerha. Naturali li l-oħrajn se jibdew jaraw kif se jeħilsuh minn dik it-tbatija.
Pietru dak li għamel meta beda jlumu lil Ġesu li kien għadu kif qalilhom li se “jsofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba u joqtluh”.
Ġesu jdur fuq Pietru u jgħidlu: “Itġaq minn quddiemi ja xitan! Int tfixkil għalija, għax int m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int.” (Mt 16, 21-27)
Kemm hija ħaġa diffiċli li taċċetta s-salib fil-ħajja! Iġifieri Pietru mingħalih li kien qed juri kemm iħobb lil Ġersu, mentri fil-fatt kien qiegħed ifixklu.
O Mulej, agħtini l-grazzja li ngħaraf x’inhu s-salib tiegħi, biex
bil-għajnuna tiegħek, nkun nista’ naċċettah f’ħajti, ħalli bħal ma wassal lilek, hekk ukoll iwassal lili fil-Ġenna miegħek.

youtube.com

Mixja wara Ġesu - Fr Hayden

Riflessjoni minn Fr Hayden dwar Mt 16,21-27 (It-22 Ħadd matul is-sena A)

Archdiocese of Malta

Quddiesa mill-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli - 30 ta' Awwissu, 9:30am

Powered by Restream https://restream.io/

[08/29/20]   29.08.20
Illum it-tieni festa ta’ San Ġwann Battista, l-martirju tiegħu. Erodi bagħat joqtol lil Ġwanni għax kien ħalef quddiem sħabu li, lit-tifla ta’ Erodja, jagħtiha li titolbu. U dik, fuq parir ta’ ommha, talbitu ras il-Battista.
San Mark jgħidilna: “Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ħadu
l-ġisem tiegħu u difnuh f’qabar. (Mk 6, 17-29)
Id-dixxipli tal-Battista, meta saru jafu bil-mewt tiegħu, ħadu ħsieb jidfnuħ.
Din hija xi ħaġa li l-Knisja tagħna temmen fiha bis-sħiħ: ir-rispett lejn il-ġisem tal-bniedem, anke wara li jmut. Il-ġisem, il-post fejn inġarret ir-ruħ meta l-bniedem kien ħaj.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 29 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

[08/28/20]   28.08.20
Fil-ħajja hemm affarijiet li ħadd ma jista’ jagħmilhom għalik. Jekk għandek uġiegħ ta ras, inħobbok kemm inħobbok, ma nistax ngħidlek: “strieħ ħames minuti ħalli tuġgħan rasi għalik!” Daqshekk ieħor ħadd ma jista’ jgħidlek “Ħalli nemmen jien għalik!”
Għalekk illum nisimgħu, fil-parabbola tal-għaxar xebbiet, meta
l-boloħ spiċċaw bla żejt, l-għaqlin ma tawwhomx.
“ Qabżu l-għaqlin u qalu: ” (MT 25, 1-13)
Jista xi ħadd jitlob għalija, imma ħadd ma jista’ jagħmel id-deċiżjoni personali li jemmen f’Ġesu għalija. Jien irrid nemmen.
Fil-ħajja hemm ‘dawl’ li ma tistax tissellfu; inti trid tkun rawwimtu f’ħajtek.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 28 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

Motivationaldoc

[08/27/20]   27.08.20
“Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: .” (MT 24, 42-51)
Din il-Kelma, normalment nispjegawha għal meta l-Mulej isejjħilna għall-ħajja ta’ dejjem. U diment li tkun f’saħtek, f’moħħok ikollok il-ħsieb li dak il-jum għadu l-bogħod.
Imma l-Mulej iżurna kull jum: Alla l-Imbierek jaqsam magħna l-ħajja, l-imħabba u id-dawl tiegħu. Jiswa ħafna, għalhekk, li nkun konxju ta’ din il-preżenza t’Alla fil-ħajja tiegħi.
Li ngħix b’dan il-mod, iġifieri li nkun grat għall-fatt li Alla l-Imbierek qed jakkumpanjani, allura jkun ifisser li m’għandix għalfejn ninkwieta meta jew fejn se jagħmilli l-aħħar sejħa.
Patri żgħażugħ staqsa lil patri xiħ li kien qed jiknes: “Li kieku kellek tkun taf li minn hawn u nofs minuta oħra se tmut, kieku x’kont tagħmel?” Pront pront il-patri xiħ wieġbu: “Inkompli niknes!”

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 27 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

[08/26/20]   26.08.20
L-Evanġelju ta’ llum jurina kemm hija ħaġa kerha li kif tidher minn barra ma jkunx jaqbel ma kif int fil-fatt minn ġewwa. Ġesu jqabbel bniedem hekk ma qabar, b’xi monument sabieħ tal-irħam fuqu:“Uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra tidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ!” (Mt 23, 27-32)
Nisma’ dan il-kliem ta’ Ġesu u ħaġa żgħira biex nitqarraq u nitkaża biss kemm kienu ipokriti l-kittieba u l-Fariżej, għax Ġesu lilhom kien qed ikellem.
Imma hija Kelma ndirizzatha lili wkoll. Allura hija kelma li qed tistedinni nara jekk l-imġieba tiegħi u d-dehra tiegħi jaqblux ma dak li hemm f’qalbi. Hija Kelma li tistaqsini jekk inhix sinċier fil-ħsieb u l-imġieba tiegħi.

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 26 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

Archdiocese of Malta

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 25 ta' Awwissu

Powered by Restream https://restream.io/

[08/25/20]   25.08.20
“Ħażin għalikom, inthom il-kittieba u l-Fariżej, uċuh b’oħra, inthom tħallsu id-deċmi fuq in-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun, u imbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-liġi, iġifieri l-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerita.” (Mt 23, 23-26)
Kemm hija ċanfira iebsa hux? Għaliex kultant kien ikun daqshekk iebes Ġesu?
Għaliex dawn in-nies kienu sodisfatti bihom infushom, għax kienu jħossu li huma bravi, Imma ma kienu bravi xejn, għax kienu dejjem attenti biex iħarsu l-ftietaq, iġifieri affarijiet li ma tantx jitolbu mpenn. Kemm setgħu kienu jqumu l-ħxejjex aromatiċi?
Imma l-qofol ta ħajja tassew tajba, bħal ma huma l-ġustizzja,
l-ħniena u s-sinċerita, ftit li xejn kienu jimpenjaw ruħhom biex jgħixuhom.
Ta min nara jekk din iċ-ċanfira tgħodx għalija wkoll, billi nara jekk
fl-imġieba tiegħi mal-oħrajn inhix inkun ġust, ħanin u sinċier.

[08/25/20]   Covid-19 is hitting way too close to everyone's home. With a sad heart but with a strong faith in the Heavenly Father, today I kneel down in prayer, asking for a full recovery of those with Covid-19 and Lord I'm asking You to continue to protect & cover those who have not yet suffered the infection. Give more strength to all the frontliners who are exhausted but are not giving up.
In Jesus mighty name....
Amen!
Please post this prayer message on your status page for at least one day. I'm asking you to let us be in unity.
May God bless us! 🙏🏽❤🙏❤🙏❤

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Gudja?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


Malta International Airport
Gudja
Other Religious Organizations in Gudja (show all)
SDC Museum Il-Gudja SDC Museum Il-Gudja
23, Museum Subien, Triq Santa Marija
Gudja, GDJ 1062

Merħba. L-għan ta' din il-paġna huwa dak li jinżamm kuntatt ma' dawk kollha li tinteressahom il-ħidma tal-Qasam.

About   Privacy   Login C