SDC Museum Il-Gudja

Merħba. L-għan ta' din il-paġna huwa dak li jinżamm kuntatt ma' dawk kollha li tinteressahom il-ħidma tal-Qasam.

Mission: "Biex Kristu jkun magħruf u maħbub." | San Ġorġ Preca

ILLUM ĦAMIS IX-XIRKA
Jum li fih infakkru meta Ġesù waqqaf żewġ sagramenti - l-Ewkaristija u s-Saċerdozju. Wara, Ġesù mar fil-Ġnien tal-Ġetsemani fejn ġie arrestat u beda t-tbatijiet.

Dun Ġorġ xtaq li f'din il-lejla nagħtu qima lill-Wiċċ ta' Ġesù. Matul il-passjoni tiegħu, Ġesù rċieva diversi insulti fuq wiċċu: bewsa ta' tradiment, daqqiet ta' ħarta u bżieq. F'din il-lejla Dun Ġorġ jistedinna biex noqogħdu ftit ma' Ġesù kif xtaq li joqogħdu miegħu l-appostli tiegħu. Xtaq li nagħtu qima lill-Wiċċ ta' Ġesù u niftakru fil-persuni li rawh matul ħajtu.

Inħeġġukom biex tidħlu fil-link biex issegwu l-Programm tal-lum:
https://forms.gle/5fzMqzXaxjxV37h29

Għal min irid informazzjoni dwar ix-xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa tistgħu tidħlu hawn: https://knisja.mt/xandiriet-tac-celebrazzjonijiet-liturgici-mmexxija-mill-arcisqof-fil-gimgha-mqaddsa/?fbclid=IwAR3E-84IyMIf8z0owYqlyNF3KlR9mQ9VwBXhWTn1_2RfyCSuHdN9NJRsbeY

Oġġetti, postijiet u personaġġi mill-Passjoni

Bħal-lum fil-Museum nagħmlu dan l-eżerċizzju fejn niftakru f'oġġetti, postijiet u personaġġi mill-Passjoni. Kun af aktar dwar dan l-eżerċizzju.

ILLUM L-ERBGĦA
Kieku bħallum konna niltaqgħu xorta waħda l-Museum f'din il-ġimgħa għażiża.
Biex ngħinu lit-tfal jidħlu aktar fl-ispirtu ta' din il-ġimgħa qed nibagħtu link li fiha parti mill-Programm li ssoltu nagħmlu l-Museum nhar l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa. It-tema tal-lum hi Kristu Kurċifiss li Dun Ġorġ kien isejjaħlu l-Ktieb il-Kbir. Inħeġġukom tgħidu lit-tfal biex jieħdu sehem fiha.

Din hi l-link għall-Programm tal-lum:
https://forms.gle/HXEHkCV2f1A87z9P8

L-Eżerċiżżju Memorjali

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa Dun Ġorġ xtaq li nirriflettu permezz ta' dan l-Eżerċizzju Memorjali. Kun af x'inhu billi tara dan il-video.

ILLUM IT-TLIETA:
Hawn tistgħu ssibu l-formola dwar il-programm tal-lum, it-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. It-tema hi x'sofra Kristu Ġesù. Inħeġġukom biex tieħdu sehem fiha.

Hawn il-link biex taċċessaw il-programm:
https://forms.gle/odhVJrh4nbg1XRFf8

Wasalna fl-aħħar ġimgħa tar-Randan, il-Ġimgħa Mqaddsa, li għalina fil-Museum hi ġimgħa għażiża ħafna. Hi ġimgħa li ngħixuha fi spirtu ta' talb u silenzju biex naħsbu fuq dak li għadda minnu Ġesù u fuq l-imħabba tiegħu lejna.

Din is-sena mhux ħa nkunu qed niltaqgħu flimkien mat-tfal biex nagħmlu l-programm tas-soltu, però inħeġġukom biex issibu ftit ħin, b'mod individwali jew bħala familja, biex taħsbu dwar il-passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu.

Bħala għajnuna matul din il-ġimgħa se nibagħtulkom email kull ġurnata b'link għall-formola li fiha parti mill-programm li nagħmlu ssoltu matul dawn il-ġranet. Jekk ikollkom xi diffikultà tiddejqux tkellmuna.

Illum se naħsbu dwar l-Ispirtu ta' Kristu - jiġifieri l-mod kif għex Kristu u li aħna għandna nimitawh fil-ħajja tagħna.
Il-formola ssibuha billi tikklikkjaw fuq din il-link:
https://forms.gle/x7dPyQeFh5ie55Wi6

Society of Christian Doctrine

Ħadd il-Palm

Mill-Bibbja għat-tfal

youtube.com

Id-Daħla f'Ġerusalemm

https://youtu.be/MMYide_qJtc

Riflessjoni mill-Evanġelju skont San Luqa Id-Daħla f'Ġerusalemm Lq 19,28-44

youtube.com

Eżerċizzju ta' Marija Addolorata

Illum ma nistgħux nuru d-devozzjoni tagħna lejn Marija Santissima Addolorata permezz tal-pelegrinaġġ famuż madwar it-toroq tal-irħula Maltin.
Minflok ejjew nuru d-devozzjoni lejn Ommna tas-sema permezz ta' din it-talba miktuba minn San Ġorġ Preca: Eżerċizzju ta' Marija Addolorata.
Tkun xi ħaġa sabiħa li taraw dan il-video flimkien u tagħmluh it-talba tagħkom.

https://www.youtube.com/watch?v=BH4pXbVf3TI

Talba miktuba minn San Ġorġ Preca biex tiġi mmeditata nhar ta' Ġimgħa filgħaxija

Dawl mill-Kurċifiss

X'jgħallimna Kristu msallab?......mill-pinna ta' San Ġorġ Preca.

L-anzjan u tfajjel ċkejken

Isma' din l-istorja meta anzjan bil-ġuħ iltaqa' ma' tifel ċkejken.

Min hu Oscar Romero?

Oscar Romero, qaddis li ċċelebrajna l-festa tiegħu l-ġimgħa l-oħra. Ara dan il-vidjow u skopri aktar dwar dan il-qaddis li qatluh għax tkellem kontra l-inġustizzji

Mur u tidnibx iżjed

Kif Alla jġib ruħu mal-midneb? Illum 3 minuti dwar dan. Arah, urih it-tfal u xerrdu.

Lazzru mqajjem mill-mewt

Kemm nemmnu li Alla tassew jista' kollox? Kemm nemmnu li Alla jista' anke jqajjem lin-nies mill-mewt? Kemm nemmnu li Alla jista' jfejjaqna mill-mard li hawn madwarna fid-dinja?

Society of Christian Doctrine

It-talba tal-Coram Domino (Quddiem il-Mulej) miktuba minn San Ġorġ Preca, hija viżta li aħna mħeġġin nagħmlu ta’ kuljum lil Ġesù Sagramentat. F’dawn iż-żminijiet fejn qed tkun diffiċli li nkunu fiżikament preżenti quddiem l-Ewkaristija, nistiednu lil dawk kollha li jixtiequ, biex jagħmlu dan il-mument qasir ta’ talb fil-ġabra ta’ kamrithom jew mal-membri tal-familja tagħhom.

It-talba tal-Coram Domino (Quddiem il-Mulej) miktuba minn San Ġorġ Preca, hija viżta li aħna mħeġġin nagħmlu ta’ kuljum lil Ġesù Sagramentat. F’dawn iż-żminijiet fejn qed tkun diffiċli li nkunu fiżikament preżenti quddiem l-Ewkaristija, nistiednu lil dawk kollha li jixtiequ, biex jagħmlu dan il-mument qasir ta’ talb fil-ġabra ta’ kamrithom jew mal-membri tal-familja tagħhom.

It-tieni parti tar-Rakkont tal-Passjoni

Fir-rakkont tal-lum Ġesù jitlob fl-Ort tal-Ġetsemani, jiġi ttradut minn Ġuda u miċħud minn Pietru.

romereports.com

What is the 'Urbi et Orbi' blessing? | ROME REPORTS

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, illejla, fis-6pm, ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill-Belt tal-Vatikan. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil-pjazza, ser tiġi pproklamata l-Kelma ta’ Alla, isir mument ta’ adorazzjoni tas-Sagrament Imqaddes, u wara l-Papa ser jagħti l-Barka Urbi et Orbi (lill-Belt u lid-Dinja) bil-possibbiltà li wieħed jirċievi l-indulġenza plenarja.

F’dan iż-żmien diffiċli, fejn fid-dinja għaddejja l-pandemija tal-coronavirus, il-Papa Franġisku qed jistieden lill-Insara kollha jingħaqdu miegħu fit-talb permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Il-Papa ser iwassal ukoll ir-riflessjonijiet tiegħu wara li tiġi pproklamata l-Kelma ta’ Alla.

Fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-Djoċesi ta’ Għawdex, fuq talba tal-Isqfijiet, il-knejjes kollha ser idoqqu mota, kwarta qabel it-talb mill-Vatikan, jiġifieri fis-5:45pm, biex isejħu lill-Insara jingħaqdu fit-talb mal-Papa Franġisku.

Dan il-mument straordinarju ta’ talb li ser imexxi l-Papa ser jixxandar fuq TVM2, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

https://www.romereports.com/en/2020/03/26/what-is-the-urbi-et-orbi-blessing/?fbclid=IwAR3VfPPz90THLP1pT1CoBk-ET_ffoVQ1gr9Ep_-pDprUx_dOOemXPEgDcDo

romereports.com Pope Francis has decided to deliver the 'Urbi et Orbi' blessing this Friday, March 27, in light of the ongoing pandemic keeping the world indoors, and Catholics...

Int ukoll għaddej minn maltempata?

Bħalissa ħafna għaddejin minn maltempata f'ħajjithom. Araw x'parir jagħtina l-ħsieb tal-lum.

youtube.com

It-Tħabbira tal-Anġlu

ILLUM
Il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li saret omm Alla, aħbar li laqgħeta b'ferħ kbir.

Il-Papa Franġisku jixtieq li l-jum tal-lum ikun jum ta' talb biex nitolbu għall-popli kollha f'dan iż-żmien diffiċli.
12.00 pm >> Nitolbu t-talba tal-Missierna

https://www.youtube.com/watch?v=SMIe07HejCo&fbclid=IwAR2bQYlNwYEDd6Hz-rftFHNa4nipxoZ2FmpdXQo4vuK7qu_4fxMpZ1ArkjQ

Riflessjoni mill-Evanġelju skont San Luqa It-Tħabbira tal-Anġlu Lq 1: 26-38

Qum u aqbad friexek

3 minuti bl-Evanġelju tal-lum.

Għeżież ġenituri,
Qed nibagħtu din l-istampa bil-kelmiet għeżież 'L-Iben t'Alla sar bniedem' (Verbum Dei caro factum est) biex tiġi stampata u t-tfal jagħtuha l-kulur. Wara titwaħħal mat-twieqi jew bibien fil-faċċata tad-djar tagħna bħala talba lil Alla sabiex iħarisna mill-mard. Ejjew induru lejn Alla u nqiegħdu t-tama tal-familji tagħna fih.

youtube.com

Promo - Ejjew u Taraw

Għeżież ġenituri,
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-ħajja tad-Dinja nbidlet mil-lejl għan-nhar. Dak li għalina kien ovvju u normali ħa dehra oħra. Il-ħruġ, ix-xogħol, l-iskola, il-MUSEUM, il-ħajja soċjali u għadd ta’ attivitajiet oħra, waqgħu taħt il-buttuna tal-PAUSE!

Bil-għan li nżommu kuntatt magħkom u ma’ uliedkom, u bix-xewqa li, bil-għajnuna t’Alla, inżommu mkebbsa fi qlubna t-tama, is-Soċjetà tal-MUSEUM se jkollha YouTube Channel għal dan iż-żmien. F’dan iċ-channel se jkun hemm riżorsi ta’ formazzjoni għall-familja kollha li jittellgħu darbtejn fil-ġimgħa.

Filwaqt li nistednukom tingħaqdu magħna permezz tal-link li se tkun mogħtija lilkom, inħeġġukom li flimkien nitolbu lil Alla, lil Marija Saħħa tal-Morda, lil San Ġorġ Preca u lil San Mikiel Arkanġlu għas-saħħa tal-bnedmin kollha.

https://www.youtube.com/watch?v=woolvP1Q2ag&t=1s

Promo għaċ-channel il-ġdid 'Ejjew u Taraw'

L-għama jerġa' jibda jara

3 minuti dwar l-Evanġelju tal-lum. Kristu jfejjaq lill-għama mhux biss fiżikament imma anke b'mod spiritwali.

Jien lil min nixbah?

Il-fariżew u l-pubblikan......is-supperv u l-umli. Illum 3 minuti dwar dan. Arah u xerrdu ma' dawk li taf.

L-aħħar ikla tal-Mulej

Fit-3 minuti ta' kull nhar ta' Ġimgħa ser nibdew nitfgħu parti mir-rakkont tal-passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu. Illum 3 minuti fuq dan. Arah u xerrdu.

19 TA' MARZU - SAN ĠUŻEPP -
San Ġużepp ta' qalb safja, itlob għalina.

Wisq safi Ġużeppi,
Li ħarist 'l Omm Verġni
Inti Missier hieni,
Itlob 'l Alla għalina.

Għat-tfal: Tistgħu ssegwu dan il-video dwar il-ħajja ta' San Ġużepp
https://www.youtube.com/watch?v=K4NBV840xTc&fbclid=IwAR1AK0t1-xughyxZZhLO08Lh49o2eZqD0gonPk3vNchwvpgIE364sf1hBx0

L-omm hi tassew speċjali

Fit-3 minuti tal-lum il-Papa Franġisku jitkellem dwar il-familja, fost l-oħrajn dwar l-irwol importanti tal-omm. Arah u xerrdu biex nifhmu aktar kemm l-omm hi speċjali.

Salm 91 għal waqt il-mard

F'dan iż-żmien ta' mard induru lejn Alla permezz ta' dan is-salm.

[03/16/20]   Ħsieb għal dan iż-żmien tar-Randan. Arawh u xerrduh.

Għeżież, tajjeb li aħna bħala Nsara nieħdu sehem fil-quddiesa bil-mod li nistgħu u nisimgħu l-Kelma t'Alla f'Jum il-Mulej permezz tal-mezzi soċjali jew tat-televixin. Tistgħu ssibu aktar informazzjoni dwar il-quddiesa u ssegwuha online hawnhekk: https://www.quddies.com.mt/

Tajjeb li għalissa nitolbu t-talba tat-TQARBINA TAX-XEWQA. Din it-talba hija għal meta persuna tixtieq titqarben, imma minħabba raġuni jew oħra ma tkunx tista’, eżempju f’każ ta’ mard jew imxija kif għaddej minna pajjiżna:

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment, nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġgiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik, nitma fik u nibqa’ nħobbok għal dejjem.

Il-bdiewa l-qattiela jduru għall-qaddejja u joqtluhom. Jagħmlu l-istess għal iben is-sid.

Minkejja li l-Museum bħalissa huwa magħluq xorta waħda ser nibqgħu f'kuntatt. Il-ħsieb hu li ta' spiss intellgħu materjal differenti. Illum għandna feature bil-qari tal-Evanġelju tal-lum u ħsieb qasir fuqu. Nitolbukom tarawh u taqsmuh ma' min tafu.

AVVIŻ IMPORTANTI
Għeżież ġenituri/kustodji,
Fid-dawl tal-aħħar żviluppi b’rabta mal-COVID-19, navżaw li mil-lum stess, il-Ħamis 12 ta' Marzu, il-MUSEUM tal-Gudja mhux se jiftaħ għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Filwaqt li nħeġġukom li nkomplu nitolbu għal xulxin, nitolbu wkoll għal tant nies minn madwar id-dinja li ġew milquta minn dan il-mard.
Il-paċi magħkom,
Is-Superjur u l-Membri

Għeżież ġenituri/kustodji,
Kif jaf kulħadd, bħalissa qegħdin jittieħdu diversi miżuri sabiex jiġi kkontrollat il-mard. Nixtiequ navżawkom li min-naħa tagħna qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex niżguraw li t-tfal kollha li jattendu jsibu ambjent san.

Bħalma kien isir, qegħdin naraw li l-kmamar tal-laqgħat kollha jkunu vventilati tajjeb, li n-numru tat-tfal fl-istess kamra ma jkunx wieħed kbir u wkoll li xħin ikollhom bżonn jistgħu jaħslu idejhom bl-ilma u s-sapun. Naturalment nitolbu l-koperazzjoni tagħkom biex f'każ ta' safar minn u lejn il-pajjiżi msemmija mill-Awtoritajiet Maltin kif ukoll meta t-tifel ikun ma jiflaħx, jinżamm id-dar u timxu mad-direttivi mogħtija mill-Awtoritajiet.

Is-Soċjetà tal-Museum qiegħda titkellem u tieħu l-pariri neċessarji mingħand il-professjonisti. Sakemm nikkomunikaw magħkom mod ieħor, il-laqgħat tal-katekiżmu ser jibqgħu jsiru bħas-soltu fil-ħinijiet tas-soltu, kemm għaż-żgħar u kemm għall-kbar. L-attivitajiet tal-weekend ukoll ser jibqgħu jsiru b’mod normali.

Kif qal l-E.T Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, aħna msejħa biex inkomplu nħaddnu dan is-sens ta’ responsabbiltà u rispett lejn xulxin b’obbligu morali u ukoll b’sens ċiviku. ‘Għal min jemmen, din hija espressjoni tal-karità Nisranija’.

Il-paċi magħkom,
Is-Superjur u l-membri

F’DAN IT-TMIEM IL-ĠIMGĦA:
ILLUM IS-SIBT | Jum il-Vokazzjoni Museumina:
Illum inqisuh bħala jum il-Vokazzjoni tagħna.
Jalla l-Mulej ikompli jiżra' fina din il-ħeġġa tal-ewwel membri biex din is-sejħa li tana ngħixuha b'fedeltà sal-aħħar. Nitolbu għal din is-Soċjetà biex ikollha aktar vokazzjonijiet u biex il-membri tagħha jitqaddsu u jqaddsu lill-oħrajn. Grazzi Sinjur Alla!

Fis-6.15 pm logħob u attività għall-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin. Wara jkun hemm platt għaġin għal kulħadd u jdumu sat-8.15 pm.

GĦADA L-ĦADD:
Fit-8.00 am quddiesa
Wara, il-Museum ikun miftuħ sal-9.45 am għall-gruppi minn Preparatorja 'l fuq.
Fit-3.15 pm jiftaħ il-Museum għall-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin. Il-grupp tal-Preparatorja jmorru taħt Ħaġar Qim u l-grupp tal-Magħżulin imorru l-iskola St Michael flimkien ma' Oqsma oħra għal ħin ta' logħob fuq it-turf.

Infakkru li llum il-Ġimgħa se ssir il-laqgħa għall-ġenituri f'dan iż-żmien tar-Randan...

LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI | Żmien tar-Randan

Għeżież ġenituri,
F'dan iż-żmien qaddis tar-Randan ħsibna biex nagħmlu laqgħa għalikom il-ġenituri u familjari tat-tfal il-kbar li jattendu l-Qasam.

Matul il-laqgħa jkollna ħsieb għal dan ir-randan u mument qasir ta' talb. Fir-Randan aħna mistiedna biex naħsbu f’dak li Ġesù għamel għalina u nikbru fl-imħabba tiegħu.

Wara jkun hemm ċans ta’ ħin informali fejn nieħdu xi ħaġa tajba flimkien.

Inħeġġu lil kulħadd biex ma jitlifx din l-opportunità.

🗓 Il-Ġimgħa 06 ta' Marzu 2020
🕕 7.00 pm
📍 Fil-Kappella tal-Museum

LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI | Żmien tar-Randan

Għeżież ġenituri,
F'dan iż-żmien qaddis tar-Randan ħsibna biex nagħmlu laqgħa għalikom il-ġenituri u familjari tat-tfal il-kbar li jattendu l-Qasam.

Matul il-laqgħa jkollna ħsieb għal dan ir-randan u mument qasir ta' talb. Fir-Randan aħna mistiedna biex naħsbu f’dak li Ġesù għamel għalina u nikbru fl-imħabba tiegħu.

Wara jkun hemm ċans ta’ ħin informali fejn nieħdu xi ħaġa tajba flimkien.

Inħeġġu lil kulħadd biex ma jitlifx din l-opportunità.

🗓 Il-Ġimgħa 06 ta' Marzu 2020
🕕 7.00 pm
📍 Fil-Kappella tal-Museum

LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI | Żmien tar-Randan

Għeżież ġenituri,
F'dan iż-żmien qaddis tar-Randan ħsibna biex nagħmlu laqgħa għalikom il-ġenituri u familjari tat-tfal il-kbar li jattendu l-Qasam.

Matul il-laqgħa jkollna ħsieb għal dan ir-randan u mument qasir ta' talb. Fir-Randan aħna mistiedna biex naħsbu f’dak li Ġesù għamel għalina u nikbru fl-imħabba tiegħu.

Wara jkun hemm ċans ta’ ħin informali fejn nieħdu xi ħaġa tajba flimkien.

Inħeġġu lil kulħadd biex ma jitlifx din l-opportunità.

🗓 Il-Ġimgħa 06 ta' Marzu 2020
🕕 7.00 pm
📍 Fil-Kappella tal-Museum

LEJH BISS INĦARES...
Illum fil-Qasam tagħna ser issir ċerimonja li fiha Kandidat mill-Qasam li qed jagħraf Alla xi jrid minnu filwaqt li jwettaq ħidma Museumina, ser iwiegħed quddiem Kristu Kurċifiss li lejh biss iħares il-ġranet kollha ta' ħajtu. Nitolbu għalih!

Il-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin huma mistiedna li jattendu għal din l-okkażjoni sabiħa fil-Qasam tagħna.

🗓 Illum, il-Ħadd l-1el ta' Marzu 2020
🕕 6.15 pm (il-Qasam jiftaħ fil-5.30 pm)
📍 Fil-Kappella tal-Museum

F’DAN IT-TMIEM IL-ĠIMGĦA:
ILLUM IS-SIBT:
Mis-6.15 pm sas-7.30 pm lig bankijiet u attività għall-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin.

GĦADA L-ĦADD:
Filgħodu l-Museum ma jiftaħx minħabba li l-Membri u l-Kandidati jieħdu sehem fl-irtir tal-ewwel Ħadd tax-xahar.
Nieħdu ħsieb nieħdu sehem fil-quddiesa f'Jum il-Mulej.
Fil-5.30 pm jiftaħ il-Museum għall-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin.
Fis-6.15 pm tibda ċ-Ċerimonja tal-Kandidati fejn fiha Kandidat mill-Qasam se jipproponi li jħares biss lejn Kristu Kurċifiss il-ġranet kollha ta' ħajtu.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Gudja?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Oġġetti, postijiet u personaġġi mill-Passjoni
L-Eżerċiżżju Memorjali
Dawl mill-Kurċifiss
L-anzjan u tfajjel ċkejken
Min hu Oscar Romero?
Mur u tidnibx iżjed
Lazzru mqajjem mill-mewt
It-tieni parti tar-Rakkont tal-Passjoni
Int ukoll għaddej minn maltempata?
Qum u aqbad friexek
L-għama jerġa' jibda jara
Jien lil min nixbah?

Location

Telephone

Address


23, Museum Subien, Triq Santa Marija
Gudja
GDJ 1062
Other Religious Organizations in Gudja (show all)
Malta Airport Chaplaincy Malta Airport Chaplaincy
Malta International Airport
Gudja

The Malta Airport Chaplaincy