Parrocca FleurdeLys Malta

Parrocca FleurdeLys Malta

Comments

Thank you so much Angele for organising a lovely evening in GOZO. Prosit 💛
Thank you so much Angele for organising a lovely evening in Gozo. 💛
Well done to the Voice of Faith choir 👍
FL-OKKAZZJONI TAL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI STEDINA GHAR RECITA TAR-RUZARJU MQADDES NHAR IS-SIBT 8 Ta' DICEMBRU FIL-5.30pm FIL-PARAPETT Ta' 39 TRIQ A.E.CARUANA
FL-OKKAZZJONI TAL-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNCIZZJONI STEDINA GHAR RECITA TAR-RUZARJU MQADDES NHAR IS-SIBT 8 Ta' DICEMBRU FIL-5.30pm FIL-PARAPETT Ta' 39 TRIQ A.E.CARUANA
SMILING WITH JEROME FOUNDATION IS ORGANISING A BBQ ON THE 18TH OF AUGUST IN AID OF DAR TAL-PROVIDENZA AT ST MONICA SCHOOL, GZIRA. Mass starts at 7pm followed by BBQ at 8pm. DJ in attendance + Face Painting + Games for kids of all ages. Lots of Raffle Prizes to be won. BBQ will be held in the school ground so kids have ample space to run around too. Adults €12. Kids up to 12 years €6. Price includes: Maltese Platter for everyone. Choice of Beef or Chicken or Burgers + Sausages for the Adults; Choice of Burger + Sausage or Drumsticks for the Kids. Salads. Fruit Kebabs for everyone; Ice Cream for Everyone; Free Water for everyone. Please note that those who are coming to our August BBQ in aid of Dar Tal Providenza need to make their choice of food and pay the full amount before tickets are issued. Payment must be made either through a cheque payable to Smiling With Jerome and sent to 43, Kyrios, Triq ir Rand, Attard ATD1300 OR by depositing in our IBAN Account MT 30 VALL 2201 3000 0000 4002 5276 992. We also need to know how many persons are coming, choice of food + a person's name and surname with ID Card + Contact number. Anyone who has a query can send me a private message or contact me on 99872002. Closing date is 13th August. Thanks in advance.

The Parish of Fleur-de-Lys is dedicated to our Lady of Mount Carmel. The Parish Area was established on 25th January 1975.

Illum l‑Erbgħa 26 ta’ Frar 2020, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Matul dan ir‑Randan, il‑Knisja tħeġġeġ lill‑Insara biex jaqraw il‑Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis‑sagramenti, u jattendu l‑Eżerċizzi Spiritwali.
Il‑Knisja tfakkar ukoll li f’Ras ir‑Randan u nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira, kull min għalaq it‑18‑il sena u għadu ma daħalx fis‑60 sena u mhux skużat minn xi raġuni serja, għandu d‑dmir li jsum, waqt li kull min għalaq l‑14‑il sena għandu l‑obbligu li jastjeni milli jiekol laħam jew ikel ieħor li jogħġbu ħafna.
Filwaqt li tinkuraġġixxi l‑penitenza fi żmien ir‑Randan, l‑Knisja tixtieq tfakkar li fost il‑jiem u ż‑żmienijiet tal‑penitenza hemm il‑jum tal‑Ġimgħa matul is‑sena kollha.
Infakkrukom li fil-quddies li jsir fil-knisja parrokkjali ta' Fleur-de-Lys jitqiegħed l-irmied.

Parrocca FleurdeLys Malta's cover photo

knisja.mt

Direttivi dwar it-Tqarbin

Direttivi dwar it-Tqarbin mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Joseph Galea Curmi

L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Joseph Galea-Curmi ta direttivi biex sakemm joħroġ avviż ieħor it-Tqarbin bl-Ostja jsir biss fl-idejn u mhux fil-ħalq. Il-Kurja qalet li dan qiegħed isir bħala prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun it-tixrid tal-Coronavirus (COVID-19).

https://knisja.mt/direttivi-dwar-it-tqarbin/

knisja.mt Direttivi għall-Ħarsien tas-saħħa lir-reverendi arċiprieti, kappillani, retturi ta’ knejjes u superjuri reliġjużi Kif nafu lkoll, bħalissa ma’ diversi pajjiżi qed tixtered ħafna l-Coronavirus (COVID-19). Bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat kemm jista’ jkun il-periklu...

Il-Ħadd 23 ta’ Frar – Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-Sena Liturġika
Mhix ħaġa ħafifa tħobb lil min jobgħodok u taħfer lil min jagħmillek id-deni. L-imħabba lejn l-egħdewwa hija bħal termometru li jimmarkalna kemm imxejna ‘l quddiem fil-ħajja nisranija. Turina jekk aħniex insara tassew jew jekk għadniex inġibu ruħna bħal pagani. Għax għan-nisrani, l-imħabba tal-egħdewwa mhix lussu; mhix xi żjieda jew xi ħaġa merfugħa għal ftit nies qaddisin. Ma tistax tkun nisrani jekk ma tkunx lest biex tħobb lil kulħadd, ukoll lill-egħdewwa tiegħek. Għax min mhux lest biex jagħmel dan, ikun qiegħed igiddeb lilu nnifsu.
Għalhekk ejjew nis¬sugrawx ngħidu l-Missierna, meta aħna ma rridux naħfru. Lil Alla nkunu ngħidulu: lili taħfirlix għax jien ma rridx naħfer.
Il-qari tal-quddiesa jinsab f'din il-link:http://www.fleurdelysparish.com/img/7A.pdf

[02/22/20]   Avviżi tal-Parroċċa – 23 ta’ Frar 2020

• It-Tlieta fiċ-Ċentru Familja Karmelitana ser issir laqgħa ta’ Tagħlim għal kulħadd mill-Legion of Mary. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm. Is-suġġett ser ikun “Il-Karità tas-Sorijiet Ursolini fir-Randan”. Il-kelliema ser tkun Sister Eliżabetta.

• L-Erbgħa jibda r-Randan, żmien ta’ riflessjoni personali u komunitarja. Fil-quddies kollu jitqiegħed l-Irmied. Dak inhar hemm l-obbligu tas-sawm u l-astinenza.

• Il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni li din il-ġimgħa tkun immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina. Inħeġġukom biex tattendu.

• Ninfurmawkom li mill-ġimgħa ta’ wara din jibdew l-eżerċizzi spiritwali għal kullħadd filgħodu fid-9.00am u filgħaxija fis-7.00pm.

22 ta’ Frar - Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu (Festa)
Għall-festa tal-Kattedra tal-Appostlu San Pietru ntgħażel il-jum li fih ir-Rumani kienu jfakkru l-mejtin tagħhom u mbagħad waqt l-ikla fid-dar kienu jqiegħdu siġġu (kattedra) vojt biex ifisser il-preżenza ta’ xi ħadd nieqes. F’dan il-jum titfakkar il-Kattedra ta’ San Pietru bħala sinjal glorjuż tiegħu li mill-għolja tal-Vatikan jippresiedi fuq il-ġemgħa kollha tal-fidili magħquda fl-imħabba.
Il-festa tal-Kattedra ta' San Pietru ilha ssir f'Ruma sa mis-seklu 4. Fil-Vatikan, hemm siġġu sempliċi bid-dirgħajn, magħmul mill-injam tal-ballut u li żmien wara kien ġie msebbaħ bl-avorju. Biż-żmien, il-Knisja bdiet tara fis-siġġu ta’ San Pietru, simbolu ta’ l-awtorità tal-Papa, jew fi kliem ieħor l-għaqda tal-Knisja mal-Papa suċċessur tal-Appostli.
Għalhekk inħeġġukom biex illum matul il-ġurnata titolbu għall-bżonnijiet tal-Papa Franġisku biex il-Mulej jimlieh bil-għerf u s-saħħa ħalli jkompli jmexxi l-Knisja Tiegħu u biex iz-zjara li ser jagħmel dalwaqt fil-gżejjer Maltin tħalli l-frott mixtieq.

Happy Birthday Kappillan!
Nawguraw lil Fr Martin, il-kappillan tagħna, li llum 19 ta' Frar għandu l-Birthday u jagħlaq 67 sena. Nitolbu lil Alla, u l-interċessjoni tal-Madonna tal-Karmnu biex ikompli jqaddsu, jgħinu fil-ħidma tiegħu u jagħtih għomor twil.
Grazzi ta' kull ma tagħmel magħna. Nawgurawlek!

Il-Kummissjoni Parrokjali Tfal ser torganizza Party tal-Karnival għat-tfal fiċ-Ċentru Familja Karmelitana l-Ġimgħa 21 ta’ Frar 2020 mis-6.00pm sat-8.00pm. Id-dħul huwa bla ħlas. It-tfal huma mistiedna biex jattendu.

Il-Ħadd 15 ta’ Frar – Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-Sena Liturġika

Sidna Ġesu Kristu ġie fid-dinja biex iwassal il-liġi u dak li qalu l-profeti għall-perfezzjoni. Dan għamlu billi mhux qal l-Insara x’ma għandhomx jagħmlu imma x’għandhom jagħmlu. In-nisrani mhux biss ma għandhux jagħmel il-ħażen imma jagħmel it-tajjeb, u t-tajjeb dejjem jipprova jagħmlu aħjar. In-nisrani għandu jipprova jkun perfett bħal Missierna tas-sema. Bħalu għandu jħobb, igħin u jaħfer. L-importanti għan-nisrani mhux kemm fil-fatt jirnexxilu jilħaq dan l-ideal, iżda kemm huwa jipprova jersaq lejh b’qalbu kollha u b’ruħu kollha. Minn issa l-quddiem is-salvazzjoni tiegħi tiddependi biss minn kemm nipprova nilqa’ il-kelma ta’ Alla u nwettaqha.

Il-qari tal-quddiesa jinsab f'din il-link:http://www.fleurdelysparish.com/img/6A.pdf

[02/15/20]   Avviżi tal-Parroċċa – 16 ta’ Frar 2020

• Nixtiequ nfakkru lill-membri tal-Komunità Ewkaristika li
t-Tnejn li ġej għandhom il-laqgħa tagħhom fiċ-ċentru
bħas-soltu.

• Il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn nofs siegħa adorazzjoni li din il-ġimgħa tkun immexxija mill-Grupp Alla Jħobbok. Inħeġġukom biex tattendu.

Archdiocese of Malta

Ittra Pastorali mill-Isqfijiet Maltin

Agħfas hawn taħt biex taqra l-Ittra Pastorali ⬇️

Nixtiequ ninfurmaw li l-Kappillan Fr Martin, ħareġ mill-isptar fejn kien rikoverat f’dawn l-aħħar jiem u jinsab għall-mistrieħ fil-Kunvent. Fr Martin jixtieq jirringrazzja lil min talab għalih jew mar iżuru fl-isptar.

Il-Logo taż-żjara ta' Papa Frangisku

Archdiocese of Malta

Papa Franġisku, merħba fil-gżejjer Maltin

Tħabbira tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f'Malta fil-31 ta' Mejju 2020

It-Tnejn 10 ta' Frar, Malta tiċċelebra n-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Dak inhar hemm l-obbligu tas-smigħ tal-Quddies. Il-ħin tal-Quddies tat-Tnejn ikun bħal tal-Ħadd.

L-10 ta’ Frar - Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl – Patrun ta’ Malta
Fl-ewwel qari meħud mill-Ktieb tal-Għerf, naqraw li kull ma jsir fid-dinja hu mmexxi mill-providenza ta’ Alla. Kien Alla għalhekk li fil-providenza tiegħu ta’ mogħdija żgura fost il-ħalel lill-ġifen ta’ San Pawl biex wasslu fi gżiritna.
San Luqa li kien ma San Pawl, fl-Atti tal-Appostli f’kapitli 27 u 28 jirrakonta b’liema mod Alla, fil-providenza tiegħu, bagħtilna fostna lill-Appostlu tiegħu San Pawl biex iħabbrilna l-bxara t-Tajba.
San Pawl wettaq dak li naqraw fl-għeluq tal-Evanġelu ta’ San Mark. Meta Ġesu’ qabel ma tela’ sema bagħat lill-appostli tiegħu jxandru l-Bxara t-Tajba lill-bnedmin kollha u wegħedhom li jkun magħhom, iwettaq kliemhom bil-mirakli li tagħhom is-setgħa li jagħmlu; din il-wegħda ta’ Ġesu’ lill-appostli tiegħu narawha sseħħ, fost l-oħrajn, fil-miġja ta’ San Pawl fostna.
Infakkrukom li għalkemm mhix festa kmandata, għalina hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Il-ħin tal-quddies fl-10 ta’ Frar ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd fis-6:00am, 7:00am, 8:00am, 9:00am, 10:30am, 6 :30pm u 8:00pm.
Tajjeb li nsibu ħin biex naqraw dan il-qari li jinsab f'din il-linkhttp://www.fleurdelysparish.com/img/sp.pdf

Il-Ħadd 9 ta’ Frar – Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Fl-Evanġelu tallum Ġesu qiegħed jgħidilna biex inkunu l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja, iġifieri dawk li jidhru u dawk li jagħtu togħma tajba lid-dinja. Tajjeb niftakru li aħna nkunu l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja mhux tant meta nibnu l-akbar knejjes, nagħmlu l-isbaħ armar jew norganiżżaw l-itwal proċessjoni, daqskemm meta naqsmu ħobżna ma min hu bil-ġuħ, indaħħlu f’darna lill-imsejken bla saqaf, illibsu lil min hu għarwien u n-nies ta’ darna ma ninsewhomx. Għax id-dawl tagħna jfeġġ bħaż-żerniq mhux tant bil-kliem sabiħ li ngħidu fuq l-imħabba tal-proxxmu daqskemm bl-għemil u s-sagrifiċċju tagħna biex inxebbgħu lir-ruħ imsejkna u biex inwarbu minn nofsna l-moħqrija, l-isfruttament ta’ kull xorta, l-abbuż tas-setgħa, u dak kollu li jbaxxi d-dinjità tal-bniedem. Jeħtieġ li l-bnedmin jaraw l-egħmil u mhux biss il-kliem sabiħ tagħna.

Il-qari tal-quddiesa jinsab f'din il-link:http://www.fleurdelysparish.com/img/5A.pdf

[02/08/20]   Avviżi tal-Parroċċa – 9 ta’ Frar 2020

• Nhar it-Tnejn, Malta tiċċelebra n-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl.
Dak inhar hemm l-obbligu tas-smigħ tal-Quddies. Il-Quddies tal-Ħadd filgħaxija jkun jgħodd għal għada jekk il-persuna tkun semgħet quddiesa oħra l-Ħadd jew is-Sibt filgħaxija. Il-ħin tal-Quddies tat-Tnejn ikun bħal tal-Ħadd.

• It-Tlieta 11 ta' Frar hija l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes u Jum il-Morda.

Wara l-Quddiesa tat-8.30am, ikollna l-Laqgħa ta’ Terzjarji Karmelitani (Irġiel u Nisa). Infakkru t-Terzjarji biex jiġu bil-Labtu l-Kbir.

Fis-6.00pm ikun hawn ir-Rużarju u l-Kurunella tal-Madonna ta' Lourdes. Tkun ħaġa tajba li niġu u noffru r-Rużarju għal bżonnijiet materjali u spiritwali tal-morda.

It-Tlieta wkoll, ser jingħad ir-Rużarju fi Triq AE Caruana, il-ħin ikun fil-5.30pm.

It-Tlieta 11 ta' Frar hija t-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes u Jum il-morda. Dakinhar ser jingħad ir-Rużarju fil-parapett ta' 39, Triq A.E. Caruana, Fleur-de-Lys. Il-ħin ikun fil-5.30pm. Kulħadd mistieden

Illum, il-Ġimgħa 7 ta’ Frar hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ġurnata ta’ qima lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Tkun ħaġa tajba li nersqu għall-Qrar u l-Ewkaristija, u nħeġġu oħrajn biex jiġu wkoll.

Nixtiequ ninfurmawkom li l-Kappillan Fr Martin jinsab l-isptar. Nitolbukom ħafna biex titolbu għalih ħalli jekk il-Bambin irid ma jdumx ma jerġa' jkun fostna. Omm u ġmiel tal-Karmelu itlob għalih

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej (Festa)

Il-festa tal-lum, il-Preżentazzjoni tal-Mulej, tfakkarna meta erbgħin jum wara t-twelid, kif titlob il-liġi ta’ Mose, Ġesu ittieħed fit-tempju minn Ġużeppi u Marija u deher bħala dawl għall-ġnus u glorja għall-poplu tiegħu Iżrael.

Din il-festa tfakkarna wkoll fil-magħmudija tagħna.meta ahna wkoll konna meħuda fid-dar ta’ Alla għall-magħmudija tagħna. B’hekk aħna wkoll konna msejħa biex naħdmu ħalli tikber is-saltna ta' Alla fostna.

Minnha huwa mistenni wkoll li napprezzaw il-ħajja u nipproteġuha minn kull ħsara li tista issirilha. Illum qegħdin infakkru Jum il-Ħajja, ejjew inġeddu l-wegħda tagħna li nħobbu l-ħajja u li nħarsuha mill-konċepiment sal-mewt naturali. Illum ukoll qegħdin infakkru Jum il-Ħajja Konsagrata, tajjeb li nitolbu għal dawk li offrew ħajjithom għat-tixtrid tal-aħbar it-tajba, l-Evanġelu.

Il-qari tal-quddiesa jinsab f'din il-link:http://www.fleurdelysparish.com/img/prezentazzjonital-mulej.pdf

[02/01/20]   Avviżi tal-Parroċċa – 2 ta’ Frar 2020

• Nhar it-Tnejn membri tal-Kummissjoni Djakonija ser immorru jżuru l-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul. Min jixtieq jmur magħhom għandu javża lil Angele Briffa. It-tluq ikun minn ħdejn il-Knisja wara 9.00am.

• Nhar it-Tnejn fil-5.00pm ser issir il-laqgħa ta’ San Piju fil-Kappella tal-Iskola ta’ Santa Monika.

• It-Tnejn ukoll fil-Knisja jkun hawn adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30pm immexxija mill-Komunita Ewkaristika.

• L-Erbgħa hija l-ġurnata li niddedikaw lill-Madonna taħt it-titlu tal-Karmnu. Tkun ħaġa tajba li ngħidu għar-rużarju fis-6.00pm u nitolbu l-kurunella tal-Madonna tal-Karmnu.

• Il-Ħamis fil-knisja jkollna l-Adorazzjoni, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija li din il-ġimgħa tkun immexxija mill-Grupp Alla Jħobbok.

• Nhar il-Ġimgħa taħbat l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ġurnata ta’ qima lejn il-Qalb ta’ Ġesu’. Inħeġġukom għas-smigħ tal-quddies, qrar u t-tqarbin.

• Nhar is-Sibt ser ikun hemm l-Adorazzjoni għall-qdusija tas- Saċerdoti fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija. Nitilqu minn quddiem il-Knisja fit-7.15pm. Kull min jixtieq jiġi għandu javża lil Angele Briffa.

1 ta’ Frar – Tifkira tal-Beata Candelaya ta’ San Ġużepp – Karmelitana

Il-Beata Candelaya ta’ San Ġużepp, jew kif kien jisimha Susana Paz Castillo Ramírez, twieldet fil-11 ta’ Awwissu 1863 fil-Venezuela. Missiera miet meta hija kellha biss 7 snin u minħabba f’hekk, bil-mod il-mod il-familja tagħha tilfet kull ma kellha. Ta’ 12-il sena kienet tant titħassar il-foqra li fit-triq għall-iskola kienet tqassam il-kolazzjon tagħha. Meta kellha biss 24 sena tilfet lill-ommha wkoll għalhekk kellha tieħu ħsieb lil ħuta u xi kuġini li kienu jgħixu magħhom.

Fil-1901 kienet ħajret grupp ta’ xebbiet tal-“Middle Class” biex magħha jieħdu ħsieb sptar. Fil-1910 diġa kellha grupp kbir fil-Kongregazzjoni tagħha. Fil-1925 daħlet fl-Ordni Karmelitan flimkien mal-membri tal-Kongregazzjoni li diġa kellha.

Mietet fil-31 ta’ Jannar 1940. Candelaya kienet beatifikata fis- 27 ta’ April 2008

Is-Sibt 1 ta' Frar huwa l-Ewwel Sibt tax-Xahar, ġurnata ta' devozzjoni lejn il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija. Nħeġġukom għas-smigħ tal-quddies u biex tgħidu r-Rużarju mall-familji tagħkom.

29 ta’ Jannar – Tifkira tal-Beata Arkanġla Ġirlani, Verġni

Il-Beata Arkanġla Ġirlani twieldet ġo Trino, fit-Tramuntana ta’ l-Italja, fis-sena 1460. Hija daħlet soru Karmelitana ġo Parma u saret Pirjola ta’ l-istess kunvent. Ingħatat l-istess uffiċċju fil-monasteru l-ġdid mwaqqaf ġo Mantova, fejn mietet fil-25 ta’ Jannar 1495.

F’manuskritti antiki nsibu miktub li din il-beata għexet ħajja qaddisa fil-kunvent tant li l-kunvent li kienet tgħix fih kien magħruf bħala l-kunvent ta’ “Santa Marija fil-ġenna” għax hi u s-sorijiet li kienu jgħixu magħha għalkemm fuq din l-art kienu qishom diġa qegħdin il-ġenna għax kienu jgħixu ħajja qaddisa.

ritratti.knisja.mt

Viżta Pastorali: L-Isqof Awżiljarju ċċelebra Quddiesa għall-komunità Filippina u Indjana u wara żar il-komunità tas-Sorijiet Agostinjani fejn temm il-Viżta Pastorali - 26/01/20 by Servizz uffiċjali ta' ritratti mill-attivitajiet fl-Arċidjo

Viżta Pastorali mill-Isqof Joseph Galea Curmi fil-parroċċa ta' Fleur-de-Lys - Ritratti Uffiċjali

Dawn huma r-ritratti uffiċċjali tal-Viżta Pastorali. Min jixtieq jixtri xi kopja minn dawn jista’ jixtri dirett mill-websajt jew jordna kopja mingħand il-kappillan

Tista tara r-ritratti billi tghafas fuq il-link.

L-Isqof Awżiljarju ċċelebra Quddiesa għall-komunità Filippina u Indjana u wara żar il-komunità tas-Sorijiet Agostinjani fejn temm il-Viżta Pastorali – 26/01/20
https://ritratti.knisja.mt/home/gallery/vizta-pastorali-l-isqof-awziljarju-ccelebra-quddiesa-ghall-komunita-filippina-u-indjana-u-wara-zar-il-komunita-tas-sorijiet-agostinjani-fejn-temm-il-vizta-pastorali-26-01-20/

ritratti.knisja.mt Photo gallery Photos by Servizz uffiċjali ta' ritratti mill-attivitajiet fl-Arċidjoċesi ta' Malta

ritratti.knisja.mt

Viżta Pastorali: L-Isqof Awżiljarju amministra s-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali, iċċelebra Quddiesa u ltaqa’ ma’ dawk preżenti - 25/01/20 by Servizz uffiċjali ta' ritratti mill-attivitajiet fl-Arċidjoċesi ta' Malta

Viżta Pastorali mill-Isqof Joseph Galea Curmi fil-parroċċa ta' Fleur-de-Lys - Ritratti Uffiċjali

Dawn huma r-ritratti uffiċċjali tal-Viżta Pastorali. Min jixtieq jixtri xi kopja minn dawn jista’ jixtri dirett mill-websajt jew jordna kopja mingħand il-kappillan

Tista tara r-ritratti billi tghafas fuq il-link.

L-Isqof Awżiljarju amministra s-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali, iċċelebra Quddiesa u ltaqa’ ma’ dawk preżenti – 25/01/20 https://ritratti.knisja.mt/home/gallery/vizta-pastorali-l-isqof-awziljarju-amministra-s-sagrament-tal-qrar-fil-knisja-parrokkjali-iccelebra-quddiesa-u-ltaqa-ma-dawk-prezenti-25-01-20/

ritratti.knisja.mt Photo gallery Photos by Servizz uffiċjali ta' ritratti mill-attivitajiet fl-Arċidjoċesi ta' Malta

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Fleur de Lys?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

L-istatwa tal-Kuncizzjoni fil-Parrocca ta' Fleur-de-Lys
L-Istatwa ta' Kristu Irxoxt fi Fleur-de-Lys
Il-Bambini fil-Kunvent tal-Madonna tal-Karmnu Fleur-de-Lys
Is-Slaten Magi fi Fleur-de-Lys

Location

Address


252, Fleur-de-Lys Road
Fleur De Lys
BKR 9069