Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla

Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla

Comments

Kif jaghdi Kollox bwici il gid ghandna nsibu Gurnata Bormlizi min madwar Malta u ghawdex u niehdu fjuri quddiem l Immakulata
Iċ-Ċentri tad-Duttrina ta' Bormla mil-lum se jkunu magħluqin sakemm jinħareġ avviż ieħor.
"Tota pulchra es Maria et macula originalis non est in te! "
Xejn ma jigri addocc imma kollox taht il-pjan providenzjali ta' Alla. Il-pellegrinagg li ghanda kemm iccelebrajna minn Birkirkara sa Bormla habat f'jum eghluq snini. Il-Kuniczzjoni hi l-gurnat tal-maghmudija tieghi. Filwaqt li nirringrazzja lill-Immakulta ta' kull ma ghamlet fil-hajja tieghi, jalla l-Madonna titfa l-harsa taghha fuqna l-Karkarizi u l-Bormlizi u tbierek lilna lkoll. Viva l-Immakulata.
Laqgħa għar-Reffiegħa fil-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira Il-Kummissjoni Ġimgħa Kbira – Bormla tixtieq t’informa li ser issir Laqgħa mportanti għar-reffiegħa minħabba xi tibdil. Sabiex jitinaqqas l-inkonvenjent, din il-laqgħa ser tiġi ripetuta tlett darbiet. Għalhekk ir-reffiegħa jistgħu jagħżlu waħda minn dawn id-dati: • It-Tlieta 5 ta’ Frar, 2019 fis-7.00 p.m; jew • Il-Ħamis 7 ta’ Frar, 2019 fis-7.00 p.m; jew • Il-Ħadd 10 ta’ Frar, 2019 fl-10.00 p.m. Il-Laqgħa ser issir fl-Oratorju tal-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla. Inkunu ferm grati jekk ixxerdu l-kelma u tissieħbu magħna fuq il-paġna ta’ Facebook: Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla.
Laqgħa għar-Reffiegħa fil-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira Il-Kummissjoni Ġimgħa Kbira – Bormla tixtieq tinforma li ser issir Laqgħa mportanti għar-reffiegħa minħabba xi tibdil. Sabiex jitinaqqas l-inkonvenjent, din il-laqgħa ser tiġi ripetuta tlett darbiet. Għalhekk ir-reffiegħa jistgħu jagħżlu waħda minn dawn id-dati: • It-Tlieta 5 ta’ Frar, 2019 fis-7.00 p.m; jew • Il-Ħamis 7 ta’ Frar, 2019 fis-7.00 p.m; jew • Il-Ħadd 10 ta’ Frar, 2019 fl-10.00 p.m. Il-Laqgħa ser issir fl-Oratorju tal-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla. Inkunu grati jekk ixxerdu l-kelma u tissieħbu magħna fuq il-paġna ta’ Facebook: Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla.
L-ghodwa t-tajba Hbieb
Prosit ta' l-ideja li tghedu fuq il fb id-diskors ta' Patri Ghirlando fl'ahhar jum tan novena.

Bormla saret parroċċa fl-1586 u l-knisja hi kolleġġjata mil-1822. Il-kwadru titular ġie nkurunat mill-Kardinal Ferrata fl-1905.

Il-Parroċċa ta' Bormla fiha 5, 700 persuna miġbura f'1600 familja. Il-Knisja ġiet ikkonsagrata fil-25 ta' Mejju, 1732 Presbiterju Parrokkjali Kan. Anton Cassar - Arċipriet Kan. Joe Abela - Kantur Kan. Jesmond Manicaro - Dekan Saċerdot ieħor residenti fil-Paroċċa Dun Joe Henry Abela L-Uffiċċju Parrokkjali: 65, Triq il-Gendus, Bormla BML 1025 Ħinijiet ta' l-Uffiċċju It-Tlieta u l-Ħamis: 4.30 - 6.00 pm Is-Sibt: 10.00 - 11.00 am Email: [email protected] Telefon: 2182 8413 Quddies Ħdud u Festi: 7.00, 8.00, 9.15, 11.45 am, 5.00 pm Sibtijiet Filgħaxija: 4.45, 6.00 pm Ġranet Ferjali: 7.00, 8.30 am, 6.00 pm Knejjes Filjali Knisja ta' San Pawl Il-knisja nbniet fl-1741 flok knisja oħra li kienet inbniet fl-1590. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. Fil-knisja jkun hemm kuljum l-Adorazzjoni Perpetwa mis-7.30 am sat-8.00 pm Rettur Arċipriet Quddies Ħdud u Festi: 8.15 am Sibtijiet filgħaxija: 5:30 pm Ferjali: 7.00 am Kappella San Tumas Rettur Arċipriet Quddies Ħdud: 8.30 am Ċentru Pastorali Sagra Familja Fid-Domus isir il-katekiżmu għat-tfal u attivita’ pastorali għall-adolexxenti, żgħażagħ u adulti, inklużi koppji u anzjani. Rettur Arċipriet Konservatorju ta' San Ġużepp Rettur Arċipriet Quddies Ġranet Ferjali: 4.30 pm Ħdud u Festi: 10.30 am Knejjes u Kappelli Tar-Reliġjużi Kappella tas-Sorijiet Ursolini Is-Sorijiet Orsolini bdew jibnu l-kunvent tagħhom f'Bormla fl-1952 u sentejn wara bdew il-ħidma tagħhom ta' ħarsien u ta' edukazzjoni tat-tfal. Kappella tas-Sorijiet Franġiskani Is-Sorijiet Franġiskani marru Bormla fl-1889 biex hemm jiftħu skola. Il-kunvent u l-iskola ġew meqruda għal kollox fil-gwerra, iżda reġgħu bnewha biex ikunu jistgħu jkomplu l-missjoni tagħhom ta' tagħlim u edukazzjoni tat-tfal. Quddies Ġranet Ferjali: 6.30 am, Ħdud u Festi: 7.00 am Monasteru Santa Margerita Il-monasteru twaqqaf fl-1726 bħala orfanatrofju minn żewġ saċerdoti, megħjunin minn sinjura li flimkien ma' xi nisa oħra kienu jieħdu ħsieb l-orfanatrofju u jgħixu flimkien ħajja ta' reliġjużi bħala Terzjarji Tereżjani, iżda l-Granmastru deherlu li kellhom jgħixu bħala Klawstrali, u fl-1739 sbatax-il soru ħadu l-abitu tat-tieni Ordni Tereżjan mill-Isqof Alpheran. Dedikazzjoni tal-knisja 28 ta' Ottubru 1787 Rettur Il-Patrijiet Terezjani Telefon 2182 0558 Quddies Ħdud u Festi u Ġranet Ferjali: 7.15 am Knisja ta' Santa Tereża Il-knisja u l-kunvent tat-Tereżjani f'Bormla nbnew fl-1625 u għal żmien twil kien l-uniku kunvent li kellhom it-Tereżjani f'Malta. Data tad-Dedikazzjoni 18 ta' Marzu 1797 Rettur Pirjol Patri Martin Borg OCD Telefon 2182 6111 Quddies Ħdud u Festi: 7.15, 8.45, 10.15 am, 4:15 pm Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 pm Ġranet Ferjali: 6.15, 8.00 am, 6.30 pm

newsbook.com.mt

June edition of the magazine FLIMKIEN on Newsbook.com.mt - Newsbook

https://newsbook.com.mt/il-magazine-flimkien-ta-gunju-fuq-newsbook-com-mt/

https://newsbook.com.mt/en/june-edition-of-the-magazine-flimkien-on-newsbook-com-mt/

newsbook.com.mt The June edition of the popular magazine FLIMKIEN is now available on Newsbook.com.mt.

knisja.mt

Flimkien - Ġunju 2020

https://knisja.mt/flimkien-gunju-2020/

knisja.mt Flimkien - Ġunju 2020

Nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju, fil-5.30 pm, il-Papa Franġisku se jmexxi r-Rużarju, trasmess f’mondovisione mill-Grotta ta’ Lourdes, fil-Ġonna tal-Vatikan, bħala talba lill-Verġni Marija għall-fejqan mill-pandemija.

Knejjes u Santwarji Marjani qed jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f’dan ir-Rużarju. Għalkemm ħafna minn dawn kellhom iwaqqfu l-attivitajiet normali tagħhom u l-pellegrinaġġi minħabba l-pandemija, imma permezz tal-mezzi tal-media jkunu jistgħu jissieħbu u jħajjru l-parruċċani tagħhom jissieħbu huma wkoll.

Tista' tissieheb permezz ta' din il-pagna tal-Laikos ...

https://laikosblog.org/2020/05/26/il-papa-frangisku-fruzarju-mas-santwarji-tad-dinja/

Inkella permezz ta' din il-pagna fil-Video Channel ... http://www.laikos.org/tvl-vat-page.htm

youtube.com

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt - 9 ta' Mejju, 7pm

https://youtu.be/h96tf8IQUv8

Agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.

Għajnuna għat-tfal bejn 8 u 11-il sena u 7 snin sabiex jifhmu l-Evanġelu tal-Ħadd - Ir-Raba' Ġimgħa tal-Għid.

https://www.bekidsmalta.com/liturgy/easter/4th-sunday-of-easter/4th-sunday-of-easter-8-11

Għajnuna għat-tfal bejn 4 u 7 snin sabiex jifhmu l-Evanġelu tal-Ħadd - Ir-Raba' Ġimgħa tal-Għid.

https://www.bekidsmalta.com/liturgy/easter/4th-sunday-of-easter

[05/02/20]   Bandiera 100cm b’150cm li ser ikollna ghall-bejgh bi prezz ta 10eur biss. Inheggu l-Bormlizi kollha jakkkwistaw wahda u jdendluha mal-gallarijiet, twieqi tad-djar taghhom f’dan iz-zmien partikolari li qed nghixu fih. Ejjew nuru d-devozzjoni taghna lejn Marija Immakulata b’dan il-gest u nafdaw lil Malta taht Harsitha.
Se noffru wkoll servizz ta’ free delivery ghal min hu nteressat.
Ibghatilna private message fuq il-pagna 'Centru 19 ta' Novembru 1944' jew cempel fuq 79565256

Ħbieb,
Bħalissa, waqt il-kwarantina fil-kantina, qed nieħdu l-okkażjoni biex infasslu website ġdida għall-parroċċa.
Qed nistieden lill-Għaqdiet kollha ta' Bormla, kemm reliġjużi kif ukoll soċjali, biex jekk jixtiequ jidhru fil-website il-ġdida,
jibgħatu dawn id-dettalji fil-privat fuq din il-page:
1. L-isem tal-Għaqda jew Club
2. page jew website
3. Contact Person​, email u mobile.
Napprezza l-koperazzjoni taghkom.

knisja.mt

Flimkien - Mejju 2020

https://knisja.mt/flimkien-mejju-2020/

knisja.mt Flimkien - Mejju 2020

[04/29/20]   Il-Ħadd 3 ta' Mejju

9.30am - Quddiesa minn Monsinjur Arċisqof mill-Kappella tal-Vokazzjonijiet fuq TVM2 u live fuq Facebook u Youtube - Archdiocese of Malta

6.30pm - Quddiesa minn Monsinjur Arċisqof (bl-Ingliż) mill-Kappella tal-Vokazzjonijiet fuq TVM2,

(Fl-10.30am live fuq Facebook u Youtube - Archdiocese of Malta)

Kull nhar ta’ Sibt fis-7pm, ser tixxandar Quddiesa ghaz-zghazagh fuq il-website www.knisja.mt u fuq is-social media platforms tal-Arcidjocesi ta’ Malta: YouTube u Facebook. Inheggukom taghmlu ‘Like’ fuq il-pagna ta’ Facebook u ‘Subscribe’ fuq il-YouTube Channel.

L-Arċipriet u l-Kapitlu jawguraw Għid ħieni w qaddis lil Bormliżi kollha. Kristu Rxoxta, Qam Rebbieħ. Hallelujah!

Programm ta' xandiriet waqt il-Ġimgha Mqaddsa.

Centru 19 ta' Novembru 1944

Gheziez Genituri,
Qed intellu din l-istampa biex tipprintjawha u t-tfal taghkom ituha l-kulur.
Wara nitolbukom biex tiktbu l-isem tat-tfal u tibghatuwa fuq din il-pagna biex intelluha fuq il-pagna taghna.
Napprezzaw il-koperazzjoni taghkom

Peress illi l-Awtoritajiet tal-Knisja fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Sahha Pubblika talbu biex jieqaf il-quddies, filwaqt li l-knejjes jibqghu miftuha ghal qima personali, nixtiequ noffru servizz ta' tqarbin personali ghal min jixtieq.

Ghalhekk fost il-gimgha, mit-Tnejn sas-Sibt, kuljum, min jixtieq jitqarben jista' jigi l-knisja, bejn is-7.00 am u t-8.00 am jew bejn il-5.00 pm u s-6.00 pm, jaghmel mument ta' talb personali u jersaq lejn l-artal biex is-sacerdot iqarbnu.

Nhar ta' Hadd il-hin ikun bejn is-7.00 am u l-11.00 am.

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli.

F’każ ta’ funeral, is‑saċerdot ser imexxi r‑rit tat‑tberik tal‑fdalijiet fiċ‑ċimiterju, peress li dan huwa post fil‑miftuħ, fil‑preżenza tal‑qraba l‑aktar stretti. Is‑saċerdot imbagħad, fil‑privat, joffri Quddiesa b’suffraġju għal ruħ il‑mejjet.

Il‑knejjes ser ikunu miftuħin fil‑ħinijiet tas‑soltu għal mumenti ta’ talb privat.

Dawn il‑miżuri jibqgħu fis‑seħħ sakemm jingħata avviż ieħor.

Ghaldaqstant, sakemm ikun hemm avviz iehor, kull attivita' liturġika u paraliturġika -- inkluz id-duttrina, laqgħat regolari w speċjali, u ċ-ċentri tal-parroċċa (zghazagh, ecc) -- ħa jkun sospiz.

[03/08/20]   Avviżi 8 – 3 – 20

1. Fil-weekend li ġej se ssir il-ġabra ta’ kull sena għas-Seminarju. Inħeġġiġkom biex nitolbu ħafna għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Bl-għotjiet tagħna nkunu qed ngħinu fil-formazzjoni ta’ żgħażagħ li ‘l quddiem ikunu ordnati saċerdoti.

2. Bi tħejjija għaż-żjara f’Malta tal Papa Franġisku ser jitwaqqaf kor iffurmat minn tfal u adulti biex janima Quddiesa li ser issir fuq il-Fosos tal-Furjana. Dawk kollha li jixtiequ jiffurmaw parti minn dan il-kor jistgħu jieħdu informazzjoni mis-sagristija.
Infakkarkom ukoll li min jixtieq jista’ jordna l-ktieb kommemorattiv bir-ritratti uffiċċjali li se jinħareġ wara ż-żjara tal-Papa, mis-sagristija.

3. Dawk il-persuni li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira huma mitluba jinkitbu fis-sala ta’ ħdejn il-Knisja it-Tlieta u l-Ġimgħa mis-6.00 sat-8.00 pm jew il-Ħadd filgħodu bejn l-10.00 u nofsinhar.

4. Ftit qabel id-Duluri se tkun organizzata quddiesa għall-anzjani fil-Knisja. Dawk l-anzjani li jixtiequ jattendu huma mitluba li javżawna biex norganizzawlhom it-trasport.

5. Infakkar lill-koppji għarajjes li wara l-Għid jibda l-Kors ta’ Kana fil-parroċċa tagħna. Għad fadal xi postijiet. Inkitbu fl-Uffiċċju Parrokkjali.

6. Nixtiequ ninfurmawkom ukoll li x-xogħol ta’ restawr tal-pittura ta’ Giuseppe Cali’ li hemm fil-koppla tal-Kurċifiss beda. Bil-mod il-mod j’Alla jitlesta u jkun jista’ jitneħħa l-armar li ilu jagħlaq il-koppla għal dawn l-aħħar 15 il-sena. Nitlobkom li tibqgħu tgħinuna bl-għotjiet tagħkom speċjalment fil-ġabriet speċjali u l-€5 tax-xahar.

7. Jekk hawn min għandu bżonn libsa tal-preċett, subien jew bniet, ikellem xi membru tal-Kummissjoni Djakonija.

8. Nhar l-Erbgħa imiss li jsir il-coffee-morning bit-tombla b’risq il-Knisja.

[02/29/20]   Avviżi 1 – 3 – 20

1. Mons. Vigarju Joseph Galea Curmi bagħtilna żewġ Ċirkulari:

Fl-ewwel Ċirkulari Mons. Vigarju tagħna struzzjonijiet dwar it-tqarbin minħabba l-Corona-Virus. Qalilna li fuq parir mediku, għalissa it-tqarbin għandi jsir biss fuq l-idejn.

Fit-tieni Ċirkulari ħeġġiġna biex fil-weekend ta’ ħmistax oħra issir il-ġabra ta’ kull sena għas-Seminarju. Huwa ħeġġiġna biex nitolbu ħafna għall-vokazzjonijiet saċerdotali anke fid-dawl tal-fatt li bħalissa huma ftit il-persuni li huwa ppjanati li jsiru saċerdoti fis-snin li ġejjin.

2. Bi tħejjija għaż-żjara f’Malta tal Papa Franġisku ser jitwaqqaf kor iffurmat minn tfal u adulti biex janima Quddiesa li ser issir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar Għid il-Ħamsin, il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020. Dawk kollha, tfal u adulti, li jixtiequ jiffurmaw parti minn dan il-kor jistgħu jieħdu informazzjoni mis-sagristija.

3. Fuq in-notice-board ta’ ħdejn il-bieb, hemm il-lista tal-adorazzjonijiet ta’ matul ix-xahar ta’ Marzu li jmexxi s-Superjur Joseph Fenech.

4. Dawk il-persuni li jixtiequ jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira huma mitluba jinkitbu fis-sala ta’ ħdejn il-Knisja it-Tlieta u l-Ġimgħa mis-6.00 sat-8.00 pm u l-Ħadd filgħodu bejn l-10.00 u nofsinhar.

5. Inħeġġiġkom ukoll biex matul dan ir-Randan nersqu aktar lejn il-qrar u t-tqarbin u anke nitolbu flimkien fil-familji tagħna. Tajjeb ukoll li nieħdu sehem f’xi kors eżerċizzi jew f’xi knisja jew anke fuq ir-radju jew televiżjoni.

6. Nhar is-Sibt li ġej se tkun organizzata ikla b'risq il-Festa ta' barra fiċ-Ċentru 19 ta' Novembru. Prezz €13 l-kbar u €5 t-tfal. Booking mingħand il-membri taċ-Ċentru.

R.I.P.: Stella Zerafa.

[02/29/20]   Issa kieku kellek tipprova tisma’ quddiesa kuljum matul dan ir-Randan mhux ħaġa tajba !!!!
Dun Anton Cassar - Arċipriet

Eżerċizzi Spiritwali ġewwa l-Parroċċa ta' Marija Immakulata Bormla.

[02/22/20]   Avviżi 23 – 2 – 20

1. Bil-għajnuna t’Alla, nhar l-Erbgħa li ġej nibdew iż-żmien tar-Randan Imqaddes. Dakinhar waqt il-quddies kollu ssir iċ-ċelebrazzjoni tat-tqegħid tal-irmied fuq rasna bħala sinjal ta’ penitenza u biex nippruvaw ninħallu minn kollox ħalli qalbna nagħtuha kompletament lil Alla.
Fis-6.00 pm isir il-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur u wara, għall-ħabta tas-7.00, jkollna quddiesa. Inħeġġiġkom ħafna biex matul dan iż-żmien tar-Randan nersqu lejn il-qrar u t-tqarbin.
L-eżerċizzi fil-parroċċa tagħna, din is-sena se jsiru waqt il-quddiesa tal-4.45 pm kull nhar ta’ Sibt, jibdew mis-Sibt li ġej. Se jqaddes u jipprietka P. Piju Sammut u l-omelija sservi ta’ eżerċizzi. Nistedinkom tattendu. Tistgħu ukoll issegwu xi kors ta’ eżerċizzi fuq ir-radju jew televiżjoni. Xorta jkunu jgħoddu daqs li kieku ġejtu l-Knisja għall-eżerċizzi.
Nistedinkom ukoll biex matul dan ir-Randan, nippruvaw nisimgħu quddiesa kuljum, anke jekk ma nagħmlux penitenza oħra.
Infakkarkom ukoll li, matul ir-Randan, kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa issir il-Via Sagra qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.

2. Peress li d-dati taż-żjara tal-Papa reġgħu inbidlu u issa se jiġi s-Sibt 30 u jmur il-Ħadd 31 ta’ Mejju, l-Ewwel Tqarbina se ssir il-Ħadd ta’ qabel, jiġifieri nhar Lapsi l-24 ta’ Mejju. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu lil Alla biex din iż-żjara sservi ta’ grazzja għal bosta, ħalli aħna l-Maltin nersqu aktar lejn il-Mulej tagħna Ġesu’.
Jekk hawn xi persuni li jixtiequ jordnaw il-ktieb bir-ritratti taż-żjara tal-Papa f’Malta jistgħu jinkitbu fis-sagristija. Ċans għall-prezz ta’ qabel il-pubblikazzjoni hemm sal-Ħadd 8 ta’ Marzu. Min jordnah issa, jifranka 20% mill-prezz ta’ wara.

3. Il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu se tkun organizzata l-Open Day tal-Junior College. Inħajjar ħafna liż-żgħażagħ u l-ġenituri biex jattendu ħalli jaraw x’joffri dan il-Kulleġġ u forsi jitħajjru jkomplu jistudjaw wara li jispiċċaw is-sekondarja.

R.I.P.: Tereża Scicluna u Antoinette Spiteri Hammett.

[02/15/20]   Avviżi 16 – 2 – 20

1. Nirringrazzjaw lil Alla li l-maħbub Papa Franġisku aċċetta li jżur Malta fil-31 ta’ Mejju. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu lil Alla biex din iż-żjara sservi ta’ grazzja għal bosta, ħalli aħna l-Maltin nersqu aktar lejn il-Mulej tagħna Ġesu’.
Dakinhar taż-żjara tal-Papa, kellna ppjanat li tiġi ċċelebrata l-Ewwel Tqarbina. Għalhekk din issa se ssir lejliet, jiġifieri s-Sibt 30 ta’ Mejju, waqt il-quddiesa tas-6.00 pm.
Jekk hawn xi persuni li jixtiequ jordnaw il-ktieb bir-ritratti taż-żjara tal-Papa f’Malta jistgħu jinkitbu fis-sagristija. Ċans għall-prezz ta’ qabel il-pubblikazzjoni hemm sal-Ħadd 8 ta’ Marzu. Min jordnah issa, jifranka 20% mill-prezz ta’ wara.

2. “Father, ir-raġel telaqni. Nista’ nibda noħroġ ma’ ieħor?” Nhar il-Ġimgħa se ssir il-laqgħa tal-koppji b’dan is-suġġett. Nibdew fis-7.30 pm u wara jkun hemm ukoll l-ikel flimkien. Il-koppji kollha huma mistiedna, anke dawk li mhux miżżewġa jew għadhom għarajjes.

3. ‘Ibqa’ attiv magħna’. Dan huwa kors ta’ tagħlim għall-persuni tat-terza eta’. Il-kors se jibda nhar il-Ġimgħa fl-10.00 am fl-MCAST. Hemm diversi suġġetti nteressanti. Min hu mħajjar jagħti ħarsa lejn in-notice-boards.

4. Nixtieq nistieden lil dawk il-persuni li jistgħu, biex jieħdu sehem fl-adorazzjoni fil-Knisja ta’ San Pawl.

5. Dawk kollha li jaqraw fil-Knisja huma mitlubin li jimlew formola bid-dettalji tagħhom.

6. Nixtieq inħajjar ukoll persuni biex jgħinu fit-tqassim tal-fuljett Flimkien darba fix-xahar, speċjalment jekk in-naħa tagħhom ma jirċevux il-Flimkien. Jekk jistgħu jgħinu fit-tqassim, nitlobhom javżawna.

R.I.P.: Martin Farrugia u Pawlu Vella.

Sliem! Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, bħala Seminarju tal-Arċisqof, flimkien mad-djoċesi, qegħdin norganizzaw Festa Maħfra bl-isem “Dnubietek Maħfura”, li ser tkun tinkludi numru ta’ ċelebrazzjonijiet penitenzjali mmirati għal etajiet differenti. Il-ħsieb hu li tkun ġurnata li tqajjem aktar kuxjenza u tressaq aktar persuni lejn is-Sagramenti tal-Qrar u l-Ewkaristija.
Fost l-attivitajiet differenti ser ikun hemm waħda għall-preadolexxenti, waħda għall-anzjani, u waħda għaż-żgħażagħ. Għal aktar dettalji tista’ ssegwi l-posters rispettivi. Is-setting ħa jkun wieħed sempliċi - filwaqt li jkun għaddej programm fis-sala jew knisja, fil-ġnub ser ikun hemm konfessuri għall-qrar. Nitolbuk tħeġġeġ lill-gruppi tal-parroċċa, u anke forsi l-iskejjel tal-lokal, sabiex tipparteċipaw f’din l-attività.
Nitolbuk ukoll li xi ħadd jinfurmana bin-numru tal-parteċipanti mill-gruppi/skejjel fuq [email protected] sa nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar. Grazzi ħafna tal-għajnuna.

[02/08/20]   Avviżi 9 – 2 – 20

1. Nhar it-Tnejn / Għada t-Tnejn l-10 ta’ Frar, niċċelebraw il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Peress li hija festa kmandata il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal nhar ta’ Ħadd.

2. Nhar it-Tlieta, l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes, il-morda kollha huma mistiedna għal quddiesa madwar il-Madonna, fl-10.00 am fil-Knisja ta’ Santa Tereża, B’Kara.

3. Nhar il-Ħadd li ġej, l-Azzjoni Kattolika Maltija se tfakkar id-90 anniversarju mit-twaqqif tagħha permezz ta’ quddiesa fil-Knisja ta’ San Bastjan, Ħal Qormi fl-4.30 pm.

4. Mons. Arċisqof għoġbu jaħtar lil Dun Anthony Fitzpatrick bħala Kanonku fil-Kolleġġjata ta’ Bormla. Nitolbu għalih. Imbagħad ‘il quddiem inħabbru meta se ssir iċ-ċerimonja tal-pussess bħala Kanonku.

5. “Father, ir-raġel telaqni. Nista’ nibda noħroġ ma’ ieħor?” Il-Ġimgħa, mhux li ġejja imma ta’ wara, se ssir il-laqgħa tal-koppji b’dan is-suġġett. Nibdew fis-7.30 pm u wara jkun hemm ukoll l-ikel flimkien. Il-koppji kollha huma mistiedna, anke dawk li mhux miżżewġa.

6. Nixtieq nistieden lil dawk il-persuni li jistgħu, biex jieħdu sehem fl-adorazzjoni fil-Knisja ta’ San Pawl. Min jixtieq jista’ joffri siegħa fil-ġimgħa li fiha jkun jista’ jmur ħdejn Ġesu’ Sagramentat biex ma jitħalliex waħdu. Id-dettalji qegħedin fis-sagristija.

7. Dawk kollha li jaqraw fil-Knisja huma mitlubin li jimlew formola bid-dettalji tagħhom. Għandna l-ħsieb li ‘l quddiem isir kors qasir għall-letturi.

8. Nixtieq inħajjar ukoll persuni biex jgħinu fit-tqassim tal-fuljett Flimkien darba fix-xahar. Jekk hawn xi persuni, speċjalment jekk in-naħa tagħhom ma jirċevux il-Flimkien, u jistgħu jgħinu fit-tqassim, nitlobhom javżawna.

R.I.P.: Doris Brincat u Giacomo Muscat.

[02/02/20]   Il-Kelma tal-Arċipriet - Frar 2020
Kull tielet Ġimgħa tax-xahar ikollna talk għall-koppji kollha, anke mhux miżżewġa jew għarajjes.

It-talk ta’ Frar se ssir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Frar u s-suġġett se jkun:

‘Fr. ir-raġel telaqni! Jekk insib lil xi
ħaddieħor ħażin?’

Nibdew fis-7.30 pm fiċ-Ċentru Sagra Familja. Wara naqsmu l-ikel flimkien. Issajjarx.

Ejja!! Tinsiex!!

Dun Anton Cassar

[02/02/20]   Avviżi 2 – 2 – 20

1. Fetħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għal dawk it-tfal li diġa jattendu fl-iskejjel tal-Istat jew skejjel privati u li l-ġenituri tagħhom jixtiequ jdaħħluhom fi skola tal-Knisja. Dettalji fuq in-notice-board jew mill-website tad-Djoċesi.

2. Nhar il-Ħamis hemm il-coffee-morning bit-tombla għall-bżonnijiet tal-Knisja.

3. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija isir ftit ħin ta’ adorazzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali.

4. Nixtieq nistieden lil dawk il-persuni li jistgħu, biex jieħdu sehem fl-adorazzjoni fil-Knisja ta’ San Pawl. Min jixtieq jista’ joffri siegħa fil-ġimgħa li fiha jkun jista’ jmur ħdejn Ġesu’ Sagramentat biex ma jitħalliex waħdu. Id-dettalji qegħedin fis-sagristija.

5. Dawk kollha li jaqraw fil-Knisja huma mitlubin li jimlew formola bid-dettalji tagħhom. Għandna l-ħsieb li ‘l quddiem isir kors qasir għall-letturi.

6. Nixtieq inħajjar ukoll persuni biex jgħinu fit-tqassim tal-fuljett Flimkien darba fix-xahar. Jekk hawn xi persuni, speċjalment jekk in-naħa tagħhom ma jirċevux il-Flimkien, u jistgħu jgħinu fit-tqassim, nitlobhom javżawna.

R.I.P.: Antoinette Previ.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Cospicua?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Paniġierku minsuġ minn Patri Josef Pace O.F.M. Conv. waqt il-quddiesa solenni nhar it-8 ta' Diċembru 2019
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 7 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 6 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 5 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 4 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 3 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni - Diskors mill-Kan. Dr. Jonathan Farrugia
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 2 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 1 ta' Diċembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 30 ta' Novembru 2019)
Festa 2019: Priedka tan-novena minn Fr Franco Fenech (Data: 29 ta' Novembru 2019)
Festa 2018: Ħruġ tal-Vara f'Jum il-Festa

Location

Telephone

Address


Uffiċċju Parrokjali, 65, Triq Il-Gendus
Cospicua
BML 1025
Other Cospicua places of worship (show all)
Centru 19 ta' Novembru 1944 Centru 19 ta' Novembru 1944
Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua

Il-lok fejn jiltaqghu d-dilettanti tal-festa hawn f'Bormla, huwa taht iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali. Fi zminijietna huwa centru ta' attivita kontinwa ghall-festa ta' barra. Jiltaqa' il-kumitat kif ukoll ghadd gmielu ta' irgiel, zghazagh

Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla
Kolleggjata Ta Bormla, Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua, CSP

Pagna dwar il-festi tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla, il-Belt Cospicua. F din il-pagna issibu informazzjoni dwar il-vari, knisja, attivitajiet kif ukoll dwar il-kultura tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla. Grazzi talli ghogobkom izzuru l-pagna taghna.

Emblemi tal-Festi Emblemi tal-Festi
Cospicua

Ibagħtu l-emblemi u l-innijiet tagħkom fuq [email protected] Grazzi

Wirja ta' sett  vari Wirja ta' sett vari
2.Triq L-Oratorju Bormla
Cospicua

Taht Harstek Nistkennu 1944-2019 Taht Harstek Nistkennu 1944-2019
Kolleggjata Marija Immakulata
Cospicua

Immakulata Kuncizzjoni Bormla Immakulata Kuncizzjoni Bormla
Cospicua

Pagna ghad-devoti ta Marija Immakulata. Grazzi talli zortu l-Pagna taghna. Johann, Malcolm u Jurgen (amministraturi)

Kummissjoni Żgħażagħ Bormla ExMembri Kummissjoni Żgħażagħ Bormla ExMembri
Cospicua

Dan il-group qieghed iservi bhala communication channel bejn l-ex-Membri tal-Kummissjoni Zghazagh Parrocca Bormla. Kull min kien membru ta' din l-ghaqda sa mill-bidu taghha huwa mistieden biex jifforma parti minn dan l-group. Re-union tinsab fil-qrib!

Masa House Masa House
St. Francis Street 81
Cospicua, BML

Info and prenotations: [email protected]

Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla
Knisja Kollegjata Perinsinji U Santwarju Ta' Marija Immakulata
Cospicua