Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla

Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla

Comments

B'risq il-MCCFF .... share please. Grazzi.

Pagna dwar il-festi tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla, il-Belt Cospicua. F din il-pagna issibu informazzjoni dwar il-vari, knisja, attivitajiet kif ukoll dwar il-kultura tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla. Grazzi talli ghogobkom izzuru l-pagna taghna.

Pagina sulle festiggiamenti della Settimana Santa a Cospicua, Malta. In questa pagina troverete le informazioni sulle statue, chiesa, attività, nonché sulla cultura della Settimana Santa a Cospicua, Bormla. Grazie per aver visitato la nostra pagina.

Bidu tar-Randan Imqaddes. 40 jum li jwassluna ghal-passjoni u mewt ta Sidna Gesu Kristu.

Proset lill-voluntiera tal-Parrocca taghna tal-inizzjattiva li hadu biex jinbidel id-dawl tan-niccec tal-vari tal-Gimgha l-Kbira, minn dawl antik u jaghmel l-hsara ghal dak modern Led li ma jaghmilx hsara.

Nicca ohra bid-dawl mibdul li saret hi dik tad-Duluri.

Immakulata Kuncizzjoni Bormla

Illum, il-Ħamis, bil-għajnuna t’Alla, niċċelebraw il-Festa ta’ Corpus. Ġesu’ Sagramentat ikun espost il-ġurnata kollha. Ma jkunx hemm adorazzjoni f’San Pawl. Dawk li jkollhom l-adorazzjoni San Pawl huma mitluba li jagħmluha fil-Knisja. Wara l-quddiesa tas-6.00 pm, imbagħad, issir il-purċissjoni sa Santa Tereża u lura. It-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina huma mistiedna speċjali li jattendu għall-purċissjoni libsin tal-preċett flimkien mal-ġenituri tagħhom.

Taht Harstek Nistkennu 1944-2019

Kant, Zfin, Nar Sinkronizzat, Drama, 3D Mapping - Dan u aktar f''Taht Harstek Nistkennu' nhar is-Sibt 22 ta' Gunju 2019 fid-9.15pm, f'Bacir Numru 1, Bormla

Bhalma bosta jafu, il-Festa tal-Pentecoste f' Bormla tkun iccelebrata b' certa pompa u sollenita.

Dan ghaliex fiha jsiru il-Kwaranturi Mqaddsa li jaghlqu bil-Purcissjoni madwar it-toroq ta' Beltna, Bormla.

Hawnhekk ghandkom il-programm dettaljat ta' din is-sena.

Ritratti Gimgha l-Kbira 2019 - Owen Ciantar

Ritratti Gimgha l-Kbira 2019 - Owen Ciantar

Illum il-Gimgha 3 ta' Mejju, dari bhal llum kienet tigi ccellebrata l-Festa tas-Sejbien tas-Salib Imqaddes mill-Imperatrici Awgusta Elena. Ghal missirijietna illum kienet festa u ma kienx jiswa xoghol.

O salib imqaddes, simbolu tal-fidi taghna,
l-ebda sigra ma' hi aktar denja minnek.
L-ebda foresta ma' taddi lis-sbuhija tieghek.
O ghuda helwa li fuqek ilqajt lil Feddej!

Sliem ghalik O salib tama taghna!

Eterna Pace

Il-gurnata marret tistrieh u d-dawl sparixxa minn fuq wicc l-art. Il-baned siktu u flokhom jirrenja s-skiet tal-lejl. Il-gebla tgerrbet u sakkret lil Etern f' qabru.

Nghalqu din il-gurnata ghaziza b' Marc Funebru mis-Societa Filarmonika San Giorgio, Eterna Pace tas-Surmast Umberto Nicoletti.

https://www.youtube.com/watch?v=-I2eemM9uh8&list=PLXoXGiN_UMCx8_DE1YPcZRQCxUfPllFrh&index=34&t=0s

[27:57]

Id-difna ta' Ġesù
(Mk15 ;42-47 ; Lq 23,50-56 ; Gw 19,38-42)

[27:57] Xħin sar fil-għaxija, ġie raġel għani, minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li hu wkoll kien sar dixxiplu ta' Ġesù;

[27:58] mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta' Ġesù. Mbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.

[27:59] Ġużeppi ħa l-ġisem u keffnu f'liżar nadif,

[27:60] qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat, gerbeb ġebla kbira fid-daħla tal-qabar, u telaq.

[27:61] Iżda Marija ta' Magdala u Marija l-oħra baqgħu hemm bilqiegħda biswit il-qabar.

[27:45]

Il-mewt ta' Ġesù
(Mk 15,33-41 ; Lq 23,44-49 ; Gw 19,28-30)

[27:45] Mis-sitt siegħa 'l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa' siegħa.

[27:46] U madwar id-disa' siegħa Ġesù għajjat b'leħen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jiġifieri, 'Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?'

[27:47] Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: "Lil Elija qiegħed isejjaħ dan!"

[27:48] U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża mimlija bil-ħall, waħħalha f'tarf ta' qasba u tah jixrob,

[27:49] waqt li l-oħrajn qalu: "Stenna, ħa naraw jiġix Elija jsalvah!"

[27:50] Imma Ġesù reġa' għajjat għajta kbira u radd ruħu.

[27:51] U ara, il-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s'isfel; l-art theżhżet, il-blat inqasam,

[27:52] u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta' qaddisin li kienu mietu,

[27:53] u wara li qamu ħarġu mill-oqbra u wara l-qawmien tiegħu daħlu fil-Belt imqaddsa u dehru lil bosta nies.

[27:54] Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta' Ġesù, kif raw l-art titheżheż u jiġri dak kollu, mtlew b'biża' li ma bħalu u qalu: "Dan kien tassew Bin Alla!"

[27:55] Hemmhekk kien hemm ħafna nisa jħarsu mill-bogħod, dawk stess li kienu mxew wara Ġesù biex jaqduh sa minn meta kien għadu fil-Galilija:

[27:56] fosthom kien hemm Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu u Ġużeppi u omm ulied Żebedew.

youtube.com

Anima

Id-dieqa tal-jum izzid fis-sustanza taghha. Hekk kif joqrob il-hin tat-tlieta niftakru f' dak li fdiena.

Anima, komposizzjoni tas-Surmast Taljan Antonino Oddo. Marc iehor regalat lis-Societa Filarmonika San Giorgio ricentament.

https://www.youtube.com/watch?v=5P_9WN9sdr8&list=PLXoXGiN_UMCx8_DE1YPcZRQCxUfPllFrh&index=14&t=0s

[27:36]

[27:35] Mbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti,

[27:36] u nxteħtu bilqiegħda u qagħdu hemm għassa tiegħu.

[27:37] U qegħdulu fuq rasu l-kawża tal-kundanna tiegħu, li kienet tgħid hekk, 'Dan hu Ġesù, is-sultan tal-Lhud.'

[27:38] Mbagħad miegħu sallbu żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug.

[27:39] Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajjruh iċaqilqu rashom

[27:40] u jgħidu: "Int li tħott it-tempju u fi tlitt ijiem terġa' tibnih, salva lilek innifsek jekk int l-Iben ta' Alla, u inżel minn fuq is-salib!"

[27:41] Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih mal-kittieba u x-xjuħ u jgħidu:

[27:42] "Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-sultan ta' Iżrael! Ħa jinżel issa minn fuq is-salib u nemmnu fih!

[27:43] Hu jafda f'Alla; ħa jeħilsu issa, jekk iħobbu! Għax hu qal, 'Jiena Bin Alla’"

[27:44] U bl-istess mod bdew imaqdruh ukoll il-ħallelin li kienu msallbin miegħu.

youtube.com

Marcia Funebre

Kompositur iehor li halla isem f' dan il-qasam huwa il-Kan. Dun Alwig Fenech.

Imwieled il-Birgu, Malta, il-Kan. Luigi Fenech kien kompożitur magħruf u Latinist. Studja teoloġija fl-Università ta' Malta, il-ksib ta' dottorat fis-suġġett, Fenech kien ordnat saċerdot u nħatar Kanonku tal-Kolleġġjata Knisja ta' San Lawrenz tal-Birgu.

Fenech kiteb diversi kompożizzjonijiet biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-funzjonijiet liturġiċi taz-żmien tiegħu - "Responsoria" għall-liturġija solenni tal-Ġimgħa Mqaddsa, "Marcie" għall-purcissjoni Gimgha l-Kbira, il-kompożizzjoni biex jakkumpanja l-Meditazzjonijiet tat-Triq tas-Salib u Innijiet fl-unur tas-Sagrament Imqaddes.

Il-Banda bormliza b' unur ghaliha ghandha xi komposizzjonijiet ta' dan il-qassis. Marcia Funebre, idoqq bhal dejjem il-Banda San Giorgio, il-banda tal-Marci Funebri.

https://www.youtube.com/watch?v=_xH6wwlHP_0&list=PLXoXGiN_UMCx8_DE1YPcZRQCxUfPllFrh&index=22&t=0s

[27:32]

Ġesù msallab
(MK 15,21-32 ; Lq 23.26-43 ; Gw 19,17-24)

[27:32] Huma u sejrin sabu raġel minn Ċireni, jismu Xmun, u ġagħluh jerfagħlu s-salib.

[27:33] Meta waslu f'post jgħidulu Golgota, jiġifieri post il-Qorriegħa,

[27:34] tawh jixrob inbid b'taħlita morra; hu daqu, imma ma riedx jixorbu.

[27:27]

Is-suldati jżebilħu lil Ġesù
(Mk,15-20 ; Gw 19,1-3)

[27:27] Mbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-Pretorju, u ġabru quddiemu lil sħabhom kollha.

[27:28] Neżżgħuh, u xeħtulu fuqu mantar aħmar skur;

[27:29] qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxteħtu għarkubbtejhom quddiemu, u qagħdu jiddieħku bih u jgħidulu: "Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!"

[27:30] Beżqu fuqu, u ħadulu l-qasba minn idu u bdew jagħtuh biha fuq rasu.

[27:31] Mbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-mantar u xeddewlu ħwejġu. U haduh maghhom biex isallbuh

Ġesù quddiem Pilatu

[27:1] L-għada fil-għodu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom biex lil Ġesù jaqtgħuhielu għall-mewt.

[27:2] Rabtuh u ħaduh magħhom biex jagħtuh f'idejn Pilatu, il-gvernatur.

Pilatu jistaqsi lil Ġesù
(Mk 15,2-125 ; Lq 23,3-5 ; Gw 18,28 ; 19,4-16)

[27:11] Ġesù waqaf quddiem il-gvernatur; u dan staqsieh: "Int is-sultan tal-Lhud?" U Ġesù wieġbu: "Inti qiegħed tgħidu."

[27:12] Iżda meta l-qassisin il-kbar u x-xjuħ bdew jakkużawh, hu ma wieġeb xejn.

[27:13] Għalhekk Pilatu qallu: "M'intix tisma' kemm ħwejjeġ qegħdin jixhdu kontra tiegħek!"

[27:14] Iżda hu anqas għal akkuża waħda ma wieġeb, hekk li l-gvernatur baqa' mistagħġeb ħafna.

Ġesù kkundannat għall-mewt
(Mk 15,6-15 ; Lq 23,13-25 ; Gw 18,39 ; 19,16)

[27:15] Nhar ta' festa l-gvernatur kien soltu jitlaq wieħed ħabsi, lil min iridu huma.

[27:16] Dik il-ħabta kellhom wieħed ħabsi magħruf, jismu Barabba.

[27:17] Mela kif kienu miġbura, Pilatu qalilhom: "Lil min triduni nitilqilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Messija?"

[27:18] Għax hu kien jaf li kienet l-għira li ġagħlithom jagħtuh lil Ġesù f'idejh.

[27:19] Issa waqt li kien bilqiegħda fuq is-siġġu tat-tribunal, martu bagħtet tgħidlu: "Qis li ma jkollokx x'taqsam ma' dan ir-raġel ġust, għax illum minħabba fih batejt ħafna fil-ħolm."

[27:20] Iżda l-qassisin il-kbar u x-xjuħ ġiegħlu l-poplu jitolbuh lil Barabba u jeqirdu 'l Ġesù.

[27:21] Il-gvernatur, mela, raġa' staqsiehom: "Lil min triduni nitilqilkom minnhom it-tnejn?" "Lil Barabba."

[27:22] Qalilhom Pilatu: "U x'nagħmel b'Ġesù li jgħidulu l-Messija?" Weġbuh ilkoll: "Sallbu!'

[27:23] Hu staqsiehom: "Imma x'għamel ħażin?" Huma aktar bdew jgħajjtu u jgħidu: "Sallbu!"

[27:24] Meta mbagħad Pilatu ra li kollox kien għal xejn, anzi li aktarx kienet se tinqala' xi rewwixta, qabad, ħasel idejh fl-ilma quddiem il-poplu u qal: "Jien m'iniex ħati ta' dan id-demm: dan arawh intom!"

[27:25] U l-poplu kollu qabeż u qal: "Demmu fuqna u fuq uliedna!"

[27:26] Mbagħad telqilhom lil Barabba, u lil Ġesù, wara li tah is-swat, tahulhom biex isallbuh.

Cipresso - Angelo Melilli

Il-gurnata waslet. il-hoss tal-ghuda tas-salib titkaxkar ma' l-art fuq dahar dak li ghabba dnubietna fuqu, qed tinstema. Il-karba tac-Cirinew li ma riedx imiss mal-kruha tal-ghuda diga qabdet tidwi. Il-hoss tad-dammi jcecku u jaqtu x-xorti ta' min ser tmiss diga qabdu jcekcku.

Nilqu' fostna din il-gurnata b' marc li kull dilettant zgur li sema' bih!

Cipresso. Marc funebru mill-aqwa komposizzjoni tal-ex Surmast tal-Banda San Giorgio, Angelo Melilli. Idoqq bhal dejjem il-Banda San Giorgio, il-banda tal-marci funebri.

https://www.youtube.com/watch?v=IlcMcBp9BjY&list=PLXoXGiN_UMCx8_DE1YPcZRQCxUfPllFrh&index=5&t=0s

Marc Funebru mill-banda bormliza li hija fuq quddiem nett f' din it-tip ta' muzika, permezz ta' repertorju kbir, vast u rikk li jaghmel din is-socjeta filarm...

The People of Malta

"Ilna nagħmlu dil-wirja mill-1954. Fl-1968 konna mbagħad daħħalna x-xogħol tal-melħ. Aħna soċjeta' semi-reliġjuża u soċjali. Fil-fatt id-Domus ġewwa Bormla ilu mwaqqaf 92 sena bħala għaqda li kienet torganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ. Ix-xogħol fuq il-platti jinbeda f'Ottubru imma l-ħsieb u l-kunċett ikun inbeda mis-sena ta' qabel. Il-ħidma attwali bdejnieha f'Ottubru li għadda u x-xogħol fuq il-platti tal-melħ inbeda għall-ħabta ta' Jannar. Inkunu bejn 14 u 15-il ruħ biex nibnu l-platti u l-mejda li qed tara hawn. Imma mbagħad hemm persuni oħra li minn wara l-kwinti jkunu qegħdin jgħinu f'xogħol ieħor bħal reklamar. Jiena l-iktar wieħed veteran fix-xogħol fuq din il-mejda. Nirringrazzja lil Alla li hawn min imexxi u min jaħdem b'mod volontarju. Anzi hawn nispiċċaw noħorġu l-flus minn butna biex intellgħu wirjiet ta' din ix-xorta.

Interess hawn. Anki tfal jiġu hawn biex jgħinu u jipparteċipaw. Il-problema hi l-ħajja mgħaġla. Tagħtini ħafna sodisfazzjon din il-wirja. Hija parti minn ħajti. Aħna l-membri ġieli morna wkoll nesebixxu x-xogħol tagħna f'postijiet oħra barra hawn. Bormla hija l-pijuniera f'dan ix-xogħol. Il-wirja li qed tara hawn hi fuq stil klassiku. Minn sena għall-oħra nbiddlu x-xogħol li nkunu qed nesebixxu. Xejn ma nżommu għalina, fis-sens li min jiġi biex jitgħallem, aħna ngħallmuh u mhux noqogħdu naħbu minnu. L-unika ħaġa li għadha ma ġietx ikkupjata hija l-wirja li għandna bil-melħ abjad ibbuzzat fuq ħġieġa bid-dawl minn taħt. Fatt interessanti hu li l-presepju tal-Ġimgħa l-Kbira nħoloq proprju hawn, ġewwa d-Domus." – Lawrence u David Domus Pius IX

Pietru jiċħad lil Ġesù
(Mk14,67-72 ; Lq 22 ,56-62 ; Gw 16,15-18, 25-27)

[26:69] Intant Pietru kien hemm barra bilqiegħda, fil-bitħa tal-palazz. U resqet fuqu waħda qaddejja u qaltlu: "Int ukoll kont ma' Ġesù tal-Galilija."

[26:70] Imma hu ċaħad quddiem kulħadd u qal: "Anqas naf xi trid tgħid."

[26:71] Mbagħad warrab lejn il-bieb, lemħitu qaddejja oħra u qalet lil dawk li kienu hemm: "Dan kien ma' Ġesù ta' Nazaret."

[26:72] U raġa' ċaħad u ħalef: "Jien ma nafux lil dan il-bniedem!"

[26:73] Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu: "Tassew, int ukoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta' kliemek tikxfek."

[26:74] Mbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef: "Le, ma nafux lil dan il-bniedem!" U minnufih is-serduk idden.

[26:75] U Pietru ftakar fil-kliem ta' Ġesù meta qallu li 'Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.' U ħareġ 'il barra jibki biki ta' qsim il-qalb.

Ġesù quddiem il-kunsill tas-Sinedriju
(Mk 14,53-65 ; Lq 22,54-55 ; 68-71 ; Gw 18,13-14,9-24)

[26:57] Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru l-kittieba u x-xjuħ.

[26:58] Pietru kien baqa' miexi warajh mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.

[26:59] Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt,

[26:60] iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn

[26:61] u qalu: "Dan qal, 'Nista' nħott it-tempju ta' Alla u nerġa' nibnih fi tlitt ijiem.'"

[26:62] Il-qassis il-kbir qam u qallu: "Xejn ma twieġeb? X'inhuma jixhdu dawn kontra tiegħek?"

[26:63] Imma Ġesù baqa' sieket. Mbagħad il-qassis il-kbir qabad u qallu: "Aħlifli fuq Alla l-ħaj u għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla."

[26:64] Qallu Ġesù: "Inti qiegħed tgħidu. U ngħidilkom ukoll: Min issa l-quddiem g]ad taraw lill Bin il-bniedem bilqieg]da n-na]a tal-lemin ta’ dak li jista kollox u [ej fuq is-s]ab tas-sema’’.

[26:65] Mbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: "Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta' xhieda? Ara, smajtuha issa d-dagħwa!

[26:66] X'jidhrilkom?" Huma weġbuh u qalu: "Ħaqqu l-mewt!"

[26:67] Mbagħad beżqulu f'wiċċu u tawh bil-ponn, u xi wħud tawh bil-ħarta

[26:68] u qalulu: "Aqta' min tahielek, Messija, din id-daqqa!"

Ġesù ttradut u arrestat
(Mk 14,43-50 ; Lq 22,47-53 ; Gw 18,2-11)

[26:47] Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b'ġemgħa kbira ta' nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.

[26:48] Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: "Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh."

[26:49] U minnufih resaq fuq Ġesù u qallu: "Is-sliem għalik, Rabbi!" U biesu.

[26:50] U Ġesù qallu: "Ħabib, għalhekk ġejt int!" Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.

[26:51] Wieħed minn dawk li kienu ma' Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.

[26:52] Mbagħad Ġesù qallu: "Erġa' daħħal sejfek f'postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.

[26:53] Taħseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibgħatli issa stess aktar minn tnax-il leġjun ta' anġli?

[26:54] Iżda mbagħad kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?"

[26:55] Fl-istess waqt Ġesù qal: "Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix."

[26:56] Iżda dan kollu ġara biex isseħħ il-kitba tal-profeti. Mbagħad id-dixxipli kollha telquh u ħarbu.

Ġesù jitlob fil-Ġetsemani
(Mk 14,32-42 ; Lq 22,39-46 ; Gw 18,1)

[26:36] Mbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f'qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: "Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob."

[26:37] U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied ta' Żebedew, u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.

[26:38] Mbagħad qalilhom: "Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi."

[26:39] Mexa kemmxejn 'il quddiem, nxteħet wiċċu fl-art jitlob u jgħid: "Missier, jekk jista' jkun, biegħed minni dan il-kalċi! Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int."

[26:40] Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin; u qal lil Pietru: "Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi?

[26:41] Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef."

[26:42] Għat-tieni darba raġa' mar jitlob u qal: "Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek."

[26:43] Mill-ġdid ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.

[26:44] Ħalliehom, u raġa' mar jitlob għat-tielet darba, u qal l-istess kliem.

[26:45] Mbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: "Issa se torqdu u tistrieħu? Ara, is-siegħa waslet, u Bin il-bniedem se jkun mogħti f'idejn il-midinbin.

[26:46] Qumu! Ejjew immorru! Araw, dak li se jittradini huwa fil-qrib !"

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Cospicua?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Promo Gimgha Mqaddsa Bormla 2017
Hadd il-Palm (Jos Scerri)
Il-Knisja ta Bormla fil-Gimgha l-Kbira
Ecce Homo

Location

Address

Kolleggjata Ta Bormla, Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua
CSP
Other Religious Organizations in Cospicua (show all)
Centru 19 ta' Novembru 1944 Centru 19 ta' Novembru 1944
Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua

Il-lok fejn jiltaqghu d-dilettanti tal-festa hawn f'Bormla, huwa taht iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali. Fi zminijietna huwa centru ta' attivita kontinwa ghall-festa ta' barra. Jiltaqa' il-kumitat kif ukoll ghadd gmielu ta' irgiel, zghazagh

Masa House Masa House
St. Francis Street 81
Cospicua, BML

Info and prenotations: [email protected]

Wirja ta' sett  vari Wirja ta' sett vari
2.Triq L-Oratorju Bormla
Cospicua

Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla
Knisja Kollegjata Perinsinji U Santwarju Ta' Marija Immakulata
Cospicua

Emblemi tal-Festi Emblemi tal-Festi
Cospicua

Ibagħtu l-emblemi u l-innijiet tagħkom fuq [email protected] Grazzi

Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla
Uffiċċju Parrokjali, 65, Triq Il-Gendus
Cospicua, BML 1025

Bormla saret parroċċa fl-1586 u l-knisja hi kolleġġjata mil-1822. Il-kwadru titular ġie nkurunat mill-Kardinal Ferrata fl-1905.

Immakulata Kuncizzjoni Bormla Immakulata Kuncizzjoni Bormla
Cospicua

Pagna ghad-devoti ta Marija Immakulata. Grazzi talli zortu l-Pagna taghna. Johann, Malcolm u Jurgen (amministraturi)