Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla

Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla

Comments

VIVA IL PRIMINISTRU TA MALTA JOSEPH MUSCAT KOLLHA NHOBBUH HAFNA UN GRANDE BACIO PER FRIDAY ONLYM
Qed noqorbu ghal ftuh ta' festa ohra, Festa tal-koncepiment bla tebgha ta' Marija Omm Alla. Nintaqu nhar it-28 ta' Novembru ghal ftuh tal-festa ta' din is-sena, u kif gie imhabbar ghal inkomplu bil-festi anniversajri tal-75 sena mill-pellegrinagg li kien sar min Birkirkara ghal Bormla fl-1944.

Filwaqt li ninghaqdu ma' l-Arcikonfraternita' ta' San Guzepp u mal-kumitat tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, min din il-pagna nixtiequ inwasslu il-Kondoljanzi lil familja Pace ghat telfa li soffrew ta' l-ghaziza taghhom Miriam.

RIP

Kondoljanzi lill-habib taghna Carmel Pace, membri attiv tal-Ghaqda taghna. Il-Madonna tal-Karmnu tilqa' fi hdanha lill-ghaziza Miriam, Terzjarja Karmelitana, u zzomm haristha fuq il-familja Pace.

L-Erbgħa 19 ta' Frar!

Ftit ward fqajjar ġejt inġiblek,
f'dan il-jum għażiż għalik,
jum tal-Erbgħa, d-dsatax tiegħek,
ma nistax ma naħsibx fik!

F'dan il-Jum maħbub Ġużeppi,
inti tagħti grazzji kbar,
lid-devoti kollha tiegħek,
kemm jekk għonja, kemm jekk fqar!

Isma' llum il-krib kbir tagħna,
hekk kif aħna nersqu lejk,
biex inpoġġu l-gwaj tagħna,
hemm fis-sod, hemmhekk f'riġlejk!

Kif ħarist b'tant dehem tul ħajtek,
l-għeżeż ħlejjaq tal-ħolqien,
inti ħares fuq il-knisja,
fl-hemm li ġġarrab f'dan iż-żmien!

W hekk kif int fil-ħin ta' mewtek,
kellek qribek lil Ġesu`,
hekk kun qrib tant moribondi
ħa ssaħħaħhom fil-virtu`!

Inti taf minn kemm tbatija,
jgħaddi minnha kull ħaddiem,
għax int taf dan sew x'ifisser,
tih l-għajnuna, tih is-sliem!

Insellmulek kbir Ġużeppi,
raġel ġust tal-egħżeż Omm,
u l-ħarries tal-Iben t'Alla,
li f'dirgħajk b'tant xorti żżomm!

Insellmulek ġilju jfewwaħ
b'dik il-bjuda li f'kull żmien,
żejnet qalbek bil-wisq safja,
qalb li tarmi risq u sliem!

Insellmulek aħna wliedek,
issa w kemm iż-żmien idum,
għax int b'titlu qatt jitneħħa,
ta' dil-Knisja l-Padrun!

Mario Spiteri
19/02/2020

Nhar il-Hadd li ghadda il-Fratellanza Bormliza tat is-sehem taghha fil-Festa Nazzjonali fl-okkazzjoni tal-ftuh tas-Sena Guzeppina.

Nirringrazzjaw mill-qalb lill-organizzaturi.

L-Istandard tal-Fratellanza bormliza gewwa l-Belt Valletta fl-okkazzjoni tal-Festi tal-ftuh tas-sena Guzeppina f' Malta ghal okkazzjoni tal-150 sena mill-Patrocinju ta' San Guzepp.

Min din il-pagna nixtiequ nghatu l-awguri taghna lil membri kollha u il-familji taghkom. J'Alla jkolkom sena mimlija hena, paci u sahha.

Nixtiequ infakkru ukoll li is-sena li gejja hija sena idedikata lil San Guzepp. Ejjew nippruvaw niehdu din l-okkazzjoni biex nitghallmu fuq San Guzepp u nimxu fuq il-passi tieghu halli nersqu aktar qrib Gesu' Kristu.

Din il-pagna tixtieq tawgura il-festa it-tajba lil Bormlizi kollha. Tajjeb ta' min jiftakar f'dawk il-Bormlizi li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet.

Il-festa it-tajba.

Bhalma bosta jafu, il-Festa tal-Pentecoste f' Bormla tkun iccelebrata b' certa pompa u sollenita.

Dan ghaliex fiha jsiru il-Kwaranturi Mqaddsa li jaghlqu bil-Purcissjoni madwar it-toroq ta' Beltna, Bormla.

Hawnhekk ghandkom il-programm dettaljat ta' din is-sena.

Photos from Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla's post

Okkazzjoni rari li qedghin nghixu u naraw bhalissa.

Il-kursija tal-Parrocca mzejna b' zewg kapulavuri li jghaxxqu lil kull min ihares lejhom.

Infakkrukom li ghada hija l-Festa tal-Patrun Universali tal-Knisja, San Guzepp, gewwa l-Knisja Kolleggjata ta' Bormla.

Ilbierah sar l-armar tal-vara artistika ta' San Guzepp. Dan minhabba li nhar il-Gimgha 3 ta' Mejju, 2019.

Id-19 ta' Marzu. Il-gurnata mmarkata fil-kalendarju tal-knisja fejn fiha jitfakkar il-Patrijarka Missierna San Guzepp, Patrun Universali tal-Knisja Kattolika.

TALBA LIL SAN ĠUŻEPP

O Mqaddes Ġużeppi, fil-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara dak tal-Għarusa Mqaddsa tiegħek.

Mela f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u bil-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.

Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja. Ieqaf magħna mis-smewwiet, f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill-mewt lill-Bambin Ġesù, hekk issa iddefendi l-Knisja Mqaddsa t’Alla mit-tnassis tal-għedewwa u minn kull hemm.

Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l-patroċinju tiegħek, sabiex bl-eżempju u bil-għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l-hena ta’ dejjem ġewwa l-ġenna. Ammen.

Ritratt hajr ghal Mario Cocker.

Min din il-pagna nawguraw l isbah xewqat lil membri kollha u il familjari kollha taghhom fl okkazjoni tal festa ta Marija Immakulata.

Awguri wkoll lil Bormlizi kollha filwaqt li nzommu f talbna lil dawk il morda li jinsabu rikoverati fl isptarijiet taghna.

L-armar tal-Fratellanza ghal festa ta' Marija Immakulata Kuncizzjoni

Parti mill- hrug tal-vara titulari gewwa borma.

Bormla Citta Cospicua

Ghada bhal ma bosta jafu ser issir l-inawgurazzjoni mill-gdid tal-istatwa ferm ghaziza ghalina l-bormlizi tal-Kuncizzjoni.

Fis-6.00pm ser ikun hemm il-quddiesa tas-Sibtijiet u wara programm mill-Ensemble tas-Societa Filarmonika San Giorgio. Fejn matul dan il-programm ser issir l-Inawgurazzjoni.

R-restawr bhalma bosta jafu gie fdat f' idejn il-kumpanija Atelier del Restauro tas-Sinjura Valentina Lupo. Wara l-incident li gara ittiehdet id-decizjoni wkoll li jsir restawr komplut minn fuq sa isfel tal-vara. Ghalhekk l-vara izzarmat u tnaddfu kemm il-pedestall u l-accessorji taghha. Il-pedestall u l-vazuni tal-fjuretti tnaddfu mis-Sur John Ellul. Filwaqt li r-raggiera izzarmat, tnaddfet, issewwiet u ntramat mill-gdid mis-Sur Alex Coster tal-Laga bl-ghajnuna ta' Michael Cutajar. Ir-raggiera giet gentilment sponsorjata mis-Sur Mario Ciappara tal-Euroclub Hotel. It-tiswija tal-bradella ha hsiebha s-Sur Nenu Delorenzo filwaqt li l-illustrar tal-bradella, bankun u l-bazijiet tal-vazuni tal-fjuretti saru mis-Sur Manwel Vassallo.

Dan kollhu sar b' imhabba u devozjoni lejn il-Patruna taghna. Dan kollhu sar taht id-direzzjoni tal-Arc. Kan. Dun Anton Cassar, is-sagristan is-Sur Jonathan Farrugia flimkien mal-grupp Voluntiera ta' gewwa tal-Parrocca taghna.

F'isem din il-pagna nirringrazzjaw lil kullhadd tas-sehem tieghu biex sar dan ix-xoghol kollhu filwaqt li nappellawlkom sabiex nattendu bi hgarna ghal din l-okkazzjoni.

Veru li m'huwiex San Guzepp ta' Bormla imma ghal min jinteressah, hawnhekk issibu il-pagna ta' Arcikonfraternita' ta' San Guzepp fi hdan is-Santwarju tal-Karmnu. Din l-istatwa bhalissa ghaddejja min restawr.

Dalghodu zorna x-xoghol ta' restawr li ghaddej bhalissa fuq il-vara devota ta' San Guzepp. Ix-xoghol ghaddej gmielu biex f'Marzu li gej niccelebraw festa sabiha u devota lil San Guzepp, patrun tal-Ordni Karmelitan. Kull min jixtieq jaghti donazzjoni ghal dan ir-restawr ghandu jkellem lill-Pirjol jew lir-Rettur.

Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla

AVVIŻI
15 - 7 - 18

1. Nhar il-Ġimgħa li ġejja hija l-Festa ta’ Santa Margerita V u M. Is-Sorijiet Tereżjani tal-Kunvent ta’ Santa Margerita se jiċċelebraw il-Festa tal-Patruna tagħhom permezz ta’ quddiesa li se ssir fil-5.30 pm. Kulħadd huwa mistieden. Inħeġġiġkom tattendu. Ħaġa sabiħa li kultant inżuru lil dawn is-sorijiet li taw ħajjithom biex jitolbu għalina.

2. Nhar is-Sibt imbagħad il-quddiesa tas-6.00 pm se noffruha għal ruh il-Kan Dun Guzepp Bonello f’għeluq l-10 snin mill-mewt tiegħu.

3. Nixtieq inħabbrilkom li fl-ewwel weekend ta’ Awwissu se ssir ‘open-day’ fil-knisja biex min irid ikun jista’ jittawwal u jara b’għajnejh ix-xogħol tar-restawr li qed isir fuq il-Kunċizzjoni. Se jkollna magħna lis-Sinjura Valentina Lupo biex tispjega dak li sar s’issa u l-ħsieb li nerġgħu inġibu l-Kunċizzjoni fl-istat oriġinali li ġiet bih minn Milan fl-1905. F’dak il-weekend ukoll se jkun ippreżentat u ssir spjega fuq ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq l-arloġġ tal-Knisja. Xogħol delikat u ta’ sengħa kbira li issa wasal fl-aħħar tiegħu. Suppost li dalwaqt nerġgħu nisimgħuh idoqq. Se nippreżentaw ukoll ‘powerpoint’ dwar il-proposta ta’ kif se jkun id-dawl tal-faċċata tal-Knisja. Tlieta f’weekend wieħed. Il-Kunċizzjoni, l-arloġġ u d-dawl tal-faċċata. Inħeġġiġkom imma biex tibqgħu tgħinuna bid-donazzjonijiet tagħkom u li kemm jista’ jkun tagħmlu reklam għal din l-‘open-day’ fuq Facebook u l-mezzi soċjali kollha.

Taht Harstek Nistkennu 1944-2019

Kif bosta minnkom jafu is-sena d-diehla ser inkunu qedghin nfakkru l-75 sena mill-pellegrinagg famuz tad-19 ta' Nov. 1944. Din hija l-pagna ufficcjali tal-avvenimenti kollha li ser ikunu qedghin isiru s-sena d-diehla.

https://www.facebook.com/Taht-Harstek-Nistkennu-1944-2019-1840258479359462/

Catholic Church

L-armi ta' madwar il-pedestall ta' San Guzepp

Issa li qedghin gimgha biss il-boghod mill-festa ta' San Guzepp, illum grupp ta' nies iltaqghu sabiex jarmaw u jippruvaw il-vara tal-qaddis sabiex bhal lum gimgha tohrog fit-toroq taghna, ta' Bormla.

Festa ta' San Guzepp gewwa Bormla

Issa li ninsabu resqin lejn il-Festa ta'San Guzepp naqbdu nhejju ruhna bil-mod.

Issa li ninsabu resqin lejn il-Festa ta'San Guzepp naqbdu nhejju ruhna bil-mod.

Il-Fratellanza ta' San Guzepp tawgura l-Ghid it-tajjeb lil kullhadd!! B'mod specjali lil dawk il Bormlizi li huma morda u jinsabu ricoverati fl-isptarijiet taghna.

Evan

Ghalkemm mhiex attivita religjuza, pero hi attivita/appuntament bormliz li jkun mistenni wisq minnha!!

AWGURI LIL QADDIEFA BORMLIZI!!

We are ready

Centru 19 ta' Novembru 1944

Il-Kumitat u l-membri tac-Centru 19 ta' Novembru 1944 jikkunddannaw l-att mistmerr li sehh fil-Knisja Parrokkjali taghna, fuq is-serq ta' diversi affarijiet kemm tas-Sacerdoti personali u anki tal-Knisja, tal-Brillantin li huwa tal-Madonna tal-Kwadru u tal-hsara li twettqet fuq in-nicca tal-Kuncizzjoni fit-tentattiv li din tigi misruqa.

Nappellaw lill-Bormlizi kollha biex ikunu tant qrib l-Arcipriet f'dan il-mument u naghtu s-sostenn finanzjarju taghna biex il-hsara mwettqa tigi rrangata.

Hbieb, hudu nota ta' dawn l-okkazzjonijiet halli naghtu s-sehem zghir taghna fihom.

Dettal tal-pedestall ta' San Guzepp. Xoghol sabih fl-injam.

Grazzi lil kullhadd tal-partecipazzjoni tieghu.
Dan hu ritratt ta' parti mill-grupp sabih ta' reffiegha u fratelli li konnha. Hasra li kien hemm nuqqas ta' partecipazzjoni mill-abbatini u l-kanonci tal-parrocca!!!

Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla

Kollox jinsab lest u preparat sabiex ghada niccelebraw l-festa ta' San Guzepp fil-parrocca ta' Bormla.
Nappellaw lil dawk kollha li jixtiequ jakkumpanjaw fil-purcissjoni sabiex qabel il-quddiesa jigu jiehdu libsa u wara nattendu l-quddiesa tal-festa flimkien.

Kollox jinsab lest u preparat sabiex ghada niccelebraw l-festa ta' San Guzepp fil-parrocca ta' Bormla.
Nappellaw lil dawk kollha li jixtiequ jakkumpanjaw fil-purcissjoni sabiex qabel il-quddiesa jigu jiehdu libsa u wara nattendu l-quddiesa tal-festa flimkien.

Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla

Fratellanza ta' San Guzepp, Bormla

Il-Poster tal-Festa ta' San Guzepp f' Bormla ghal din is-sena, 2017.

Il-Poster tal-Festa ta' San Guzepp f' Bormla ghal din is-sena, 2017.

Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla

Fadal dawn il-personaggi:

Sefonija
Ragel izomm qoffa bil-gebel ma' Nabot
3 Sinedriju
Mikea
Ruman
2 Manigoldi

Forcini:

2 kolonna
3 porpra
1 Monument

Immexxu l-kelma. Grazzi

Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla

Fadal bzonn persuni biex jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira:

7 rgiel biex joqghodu forcina.
Tifel/tifla ghal bandalora wahda tas-seba' kelmiet.
Fadal ukoll ftit postijiet ghal-personaggi rgiel.

Ma nhallux ghall-ahhar u nxerrdu l-kelma. Grazzi

Grupp Teatrali Centru 19 ta' Novembru 1944

Wara li l-bierah kellna d-dress rehersal, illum inkomplu bix-xoghol relatat mad-dramm tal-Passjoni 'Iz-Zghir ta' Zebedew'. Dawk kollha interessati li jigu jarawna jistghu jibbukkjaw il-biljetti taghhom fuq 79308900 / 99120205 jew inkella billi tkellmuna fuq din il-pagna.

Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla

Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla

Għad fadal postijiet għal tfal żgħar subien u bniet biex iġorru l-misteri waqt il-purċissjoni u anke postijiet għal tfal subien personaġġi.

Fadal ukoll xi postijiet għal irġiel personaġġi kbar.

Illum is-swali tal-Ġimgħa l-Kbira jkunu miftuħa mill-10:00am sa 12:00pm.

Nhar it-Tlieta mis-6:00pm sat-8:00pm.

Nhar il-Ġimgħa 31 ta' Marzu s-swali se jkunu magħluqa.

Illum 19 ta' Marzu.
L-Knisja tfakkar lil missier putattiv ta' Gesu, l-kbir Patrijarka Missierna San Guzepp. L-festa t-tajba lil dawk kollha msemmijin ghalih!!!
Nfakkru li l-festa tieghu fil-Parrocca taghna ssir f' Mejju.

youtube.com

Innu lil San Guzepp Rabat tal-Imdina

Illum l-1 ta' Marzu. Aparti li nibdew ir-Randan Mqaddes jibda wkoll Marzu, ix-xahar ta' San Guzepp.

https://youtu.be/C_0qTPde9Ww

Muzika Mro. Carlo Diacono u Versi ta' Patri Anastasio Cushcieri O.Carm

Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla

Dawn huma wħud mill-proġetti li l-Kummissjoni daħlet għalihom għal Ġimgħa l-Kbira 2017.

1. Inkomplu bil-proġett tal-pittura tad-damask l-iswed li qed issir mill-ġdid mill-pittur Chris Aquilina mgħejjun minn Shaun Cavallo. Ix-xogħol fuq il-ħjata sar mis-Sinjura Magdalene Cassar

2. Il-bradella ta' Ġuda biex tikkumplimenta s-sett tal-bradelli tal-vari l-oħra. Ix-xogħol fl-injam se jkun lest biex tiżżanżan din is-sena. Wara l-Ġimgħa l-Kbira l-bradella tittieħed biex isir ix-xogħol tal-iskultura. Ix-xogħol fl-injam qed isir mis-Sur Jesmond Lomax.

Ftit ritratti mill-funeral tal-mahbub Kan. Dun Guzepp Zammit.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Cospicua?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Address

Knisja Kollegjata Perinsinji U Santwarju Ta' Marija Immakulata
Cospicua
Other Religious Organizations in Cospicua (show all)
Emblemi tal-Festi Emblemi tal-Festi
Cospicua

Ibagħtu l-emblemi u l-innijiet tagħkom fuq [email protected] Grazzi

Centru 19 ta' Novembru 1944 Centru 19 ta' Novembru 1944
Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua

Il-lok fejn jiltaqghu d-dilettanti tal-festa hawn f'Bormla, huwa taht iz-zuntier tal-Knisja Parrokjali. Fi zminijietna huwa centru ta' attivita kontinwa ghall-festa ta' barra. Jiltaqa' il-kumitat kif ukoll ghadd gmielu ta' irgiel, zghazagh

Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla
Uffiċċju Parrokjali, 65, Triq Il-Gendus
Cospicua, BML 1025

Bormla saret parroċċa fl-1586 u l-knisja hi kolleġġjata mil-1822. Il-kwadru titular ġie nkurunat mill-Kardinal Ferrata fl-1905.

Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla Il-Gimgha Mqaddsa f' Bormla
Kolleggjata Ta Bormla, Triq Il-Pellegrinagg
Cospicua, CSP

Pagna dwar il-festi tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla, il-Belt Cospicua. F din il-pagna issibu informazzjoni dwar il-vari, knisja, attivitajiet kif ukoll dwar il-kultura tal-Gimgha Mqaddsa gewwa Bormla. Grazzi talli ghogobkom izzuru l-pagna taghna.

Masa House Masa House
St. Francis Street 81
Cospicua, BML

Info and prenotations: [email protected]

Wirja ta' sett  vari Wirja ta' sett vari
2.Triq L-Oratorju Bormla
Cospicua

Immakulata Kuncizzjoni Bormla Immakulata Kuncizzjoni Bormla
Cospicua

Pagna ghad-devoti ta Marija Immakulata. Grazzi talli zortu l-Pagna taghna. Johann, Malcolm u Jurgen (amministraturi)