Museum Birżebbuġa

Museum Subien Birżebbuġa 11/12, Misrah San Gorg Preca Birżebbuġa

Ħinijiet tal-ftuħ: Minn Sena 1 sa Sena 5 Nhar ta' Tnejn u Ħamis fil-5.30pm. Il-laqgħa tagħhom tkun bejn is-5.45pm u s-6.20pm Preparatorja 2 (Sena 6), Magħżulin u Aspiranti Kuljum minbarra l-Erbgħa fis-6.30pm. Qabel il-laqgħa jilagħbu l-Preparatorja 2. Fis-7.00pm tibda l-laqgħa għal kulħadd. Wara l-laqgħa jkun hemm ħin ta' logħob għall-adolexxenti u żgħażagħ Magħżulin u Aspiranti. Is-Sibt (Preparatorja 2, Magħżulin u Aspiranti) Jiftaħ fis-6.30pm għal ħin ta' logħob u laqgħat fi gruppi fis-7.00pm. Il-Ħadd (Preparatorja 2, Magħżulin u Aspiranti) Niltaqgħu fl-10.00am u nieħdu sehem fil-Quddiesa tal-11.00am Waranofsinhar ħarġa fi gruppi fl-3.45pm

Mission: "Biex Kristu jsir magħruf u maħbub minn kulħadd"

"Aħna nxandru Messija msallab, skandlu għal-Lhud u bluha għall-Griegi"
Dak li hu skandlu u bluha għal ħaddieħur, għalina hu sors ta' TAMA u MĦABBA
Inħeġġukom f'dawn il-jiem tarmaw ix-xbihat tas-salib fid-djar u mal-faċċati. Ejjew inaqsmu t-tama ma' kulħadd

tvm.com.mt

Il-ħobż bla ħmira u l-ħaruf fl-ikla tal-Għid - TVM

Illum kellna niċċelebraw l-Ikla tal-Għid flimkien. Hawnhekk għandkom spjega qasira ta' kif issir u l-iskop tagħha.
https://www.tvm.com.mt/mt/news/il-hobz-bla-hmira-u-l-haruf-fl-ikla-tal-ghid/

tvm.com.mt Il-Ġimgħa Mqaddsa hi mimlija simboliżmi u tifsiriet. . . anke fl-ikel. F’dawn il-ġranet, bosta komunitajiet Kattoliċi jagħmlu ‘l-Ikla tal-Għid’, magħrufa wkoll bħala l-‘passover meal’. L-Ikla tal-Għid jew il-pass over meal għandha...

Iktar tpinġijiet. Proset!!
Tistgħu tkomplu tibgħatuholmna bħala private message

Museum Lija Balzan

Mill-Eżerċizzju ta' Marija Addolorata miktub minn San Ġorġ Preca

Ħames Ħadd tar-Randan

Kemm nemmnu li Alla tassew jista' kollox?
Kemm nemmnu li Alla jista' anke jqajjem lin-nies mill-mewt?
Kemm nemmnu li Alla jista' jfejjaqna mill-mard li hawn madwarna fid-dinja?
"Kull min jemmen fija, anke jekk imut, hu jgħix"

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Il-Qawmien ta' Lazzru mill-mewt wara konferma ta' twemmin minn ħutu...inti kemm temmen fil-qawwa ta' Ġesù?
Illum fil-11am se jxandru quddiesa għall-familja mill-Knisja Parrokkjali fuq il-Fb Page tal-Parroċċa
Din hi link li tgħin lit-tfal jifhmu liturġija:
https://www.bekidsmalta.com/liturgy/lent/5th-sunday-of-lent

Infakkru li l-Quddies fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali ser ikunu hekk:
8.00am fuq ONE TV;
9.30am fuq TVM 2;
10.30 am fuq NET TV
5.30pm fuq NET TV; u
6.30 pm fuq Xejk TV.

Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa

GĦALL-GRUPP TAL-EWWEL TQARBINA
Nitolbu lill-ġenituri jgħaddu dan il-filmat lil uliedhom. Irrikordjanielhom vidjo qasir dwar l-okkażjoni sabiħa li kellna niċċelebraw illum. Napprezzaw ħafna jekk turuwulhom. Grazzi u sliem :)

VIDJO qasir għat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina li llum kellhom jirċievu s-sagrament tal-Qrar għall-ewwel darba. Nitolbu lill-ġenituri juruh lit-tfal f'din il-ġurnata li kellha tkun speċjali ħafna għalihom. Sellulna :)

Society of Christian Doctrine

L-esperjenza għallmet li l-kliem ħelu għandu setgħa iżjed mill-korla: immela min irid jagħmel il-ġid għandu jippreferixxi manjieri tajba għal manjieri ħorox. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Eżerċizzju ta' Marija Addolorata

INDURU LEJN OMMNA
Nhar ta' Ġimgħa, San Ġorġ Preca xtaq li niftakru fl-omm tagħna taħt is-salib permezz ta' dan l-eżrċizzju:
https://www.youtube.com/watch?v=BH4pXbVf3TI

Illum ukoll, 27 tax-xahar, nitolbu l-Vestis Honoris, Libsa ta' ġieħ lil Marija
https://www.youtube.com/watch?v=gURLwgRuWCA&t=396s

Talba miktuba minn San Ġorġ Preca biex tiġi mmeditata nhar ta' Ġimgħa filgħaxija

Vatican News

LIVE: Join Pope Francis as he delivers an extraordinary Urbi et Orbi address and blessing, with the opportunity to receive a plenary indulgence. Starts on Friday, 27 March, at 6 PM Rome time (GMT+1). English-language commentary is provided.)

Nhar ta' Ġimgħa fit-3pm niftakru fil-Mewt ta' Sidna Ġesù Kristu. Din hi talba speċjali u sabiħa li tfakkarna fis-sagrifiċċju kbir li għamel Kristu għalina.
Meta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, in-nies kienu jitolbu lil Dun Ġorġ Preca biex jagħtihom xi talba għal matul dak iż-żmien diffiċli, hu kien beda jqassam din it-talba bl-isem Il-Vittma. Ejjew aħna llum ukoll f'dawn iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom nitolbu din it-talba b'fidi u b'tama kbira f'Alla l-Missier.

Ftit pariri lill-ġenituri u l-adolexxenti tagħna
Stay Safe, kuraġġ u ma naqtgħux qalbna. Ejjew inħallu lill-Ispirtu s-Santu jagħtina d-don tal-Kuraġġ. Jalla niltaqgħu ma ndumux

ILLEJLA
Il-Papa se jagħti Barka Speċjali lid-dinja, barka li ssoltu tingħata f'jum il-Milied u f'jum l-Għid. Ingħaqdu ma' dan il-mument dinji ta' Talb.
Fis-6pm fuq TVM2 jew TV2000

Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa

Għal dawk li ma kienux magħna nħeġġukom issibu ħin titolbu din it-talba bħala familja. Hi talba li fiha ngħaqqdu tbatijietna flimkien ma' dawk ta' Ġesú b'mod speċjali f'dawn iż-żminijiet

Via Sagra għat-Tfal u l-ġenituri. Il-Ħamis 26 ta' Marzu 2020 fil-5:30 pm.

Nirringrazzjaw lil ġenituri ta' dawn it-tfal li bagħtulna l-istampi ta' uliedhom. Proset lil kull min qed ipinġi u jwaħħal il-kliem "L-Iben t'Alla sar bniedem" mal-faċċati. Hu kliem ta' tama għalina. Inħeġġu oħrajn biex jagħmluha wkoll :)

Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa

ILLEJLA
Segwu din il-link biex ningħaqdu flimkien għall-Via Sagra għat-Tfal u l-ġenituri fil-5:30 pm.

Via Sagra għat-Tfal u l-ġenituri. Il-Ħamis 26 ta' Marzu 2020 fil-5:30 pm.

youtube.com

It-Tħabbira tal-Anġlu

Għall-gruppi tal-Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti
Eżerċizzju li nagħmlu fil-gruppi tagħna hu dik li nsejħulu "Il-Qagħda", jiġifieri li noqogħdu fil-preżenza t'Alla u nirriflettu mill-Kelma t'Alla. Dan hu l-ewwel video mill-Evanġelju ta' San Luqa:

Riflessjoni mill-Evanġelju skont San Luqa
It-Tħabbira tal-Anġlu Lq 1: 26-38

https://www.youtube.com/watch?v=SMIe07HejCo&list=PLX7WQLgCCCofdDQxQCKfI4ALAesQWeAQJ

Riflessjoni mill-Evanġelju skont San Luqa It-Tħabbira tal-Anġlu Lq 1: 26-38

ILLUM
Il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li saret omm Alla, aħbar li laqgħeta b'ferħ kbir.

Il-Papa Franġisku jixtieq li l-jum tal-lum ikun jum ta' talb biex nitolbu għall-popli kollha f'dan iż-żmien diffiċli.
12pm >> Nitolbu t-talba tal-Missiern
5:30pm>> Nitolbu t-talba tar-Rużarju. Fil-każ ta' Malta se jsir quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta' Pinu. Se jkun live fuq TVM 2 jew minn din il-link: www.youtube.com/c/DioceseofGozo/live.

Il-Madonna tal-Verbum Dei
Illum, 9 xhur qabel il-Milied, infakkru meta l-Anġlu Gabriel ħabbar lil Sidtna Marija u saret Omm Alla, Alla jsir bniedem fil-ġuf ta' Marija. U Marija leqgħet is-sejħa tagħha mingħand Alla bil-kliem sabiħa
"Hawn hi l-Qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek". Jalla bħal Marija nkunu qaddejja tal-Mulej, anki f'dan iż-żmien diffiċli.
Inkomplu nxerrdu wkoll id-devozzjoni lejn il-kliem: "L-Iben t'Alla sar bniedem", kliem li jnissel fina tama u kuraġġ

youtube.com

Promo - Ejjew u Taraw

Il-Promo tac- Channel tas-Soċjetà:
https://www.youtube.com/watch?v=woolvP1Q2ag

Minn għada nkunu nistgħu nibdew naqsmu magħkom il-ħsibijiet għalikom u għal uliedkom

Promo għaċ-channel il-ġdid 'Ejjew u Taraw'

Għeżież, b'dispjaċir kbir ikollna nagħtukom l-aħbar li s-sagramenti ġew postponuti. Dan hu l-avviż li ħareġ mill-kurja llum:
Iċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ewwel Tqarbina u tal‑Griżma tal‑Isqof, li kienu ppjanati għal qabel is‑sajf 2020, huma posposti għal aktar tard meta s‑sitwazzjoni titjieb u jkun possibbli li jibdew isiru mill‑ġdid dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet.

Jiddispjaċina ħafna li kellna nwasslu dan l-avviż imma dawn huma ċirkustanzi li ġew fuq kulħadd. Nagħtu data ġdida aktar 'il quddiem ta' meta se niċċelebraw is-Sagramenti, jekk Alla jrid wara s-sajf.

Kienu bosta nies li kienu jitolbu lil San Ġorġ Preca jagħtihom xi talba biex jipproteġu ruħhom fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Hu kien dejjem jirrakomandalhom iwaħħlu l-kliem "Verbum Dei Caro Factum Est" fid-djar tagħhom.

Ninsabu lejlet il-festa ta' meta Alla sar bniedem. F'dan iż-żmien ukoll, ejjew inwaħħlu dawn il-kliem fit-twieqi tad-djar tagħna sabiex jagħtuna l-kuraġġ li għandna bżonn. Dawn m'humiex kliem maġiċi, iżda huma kliem mill-Evanġelju skont San Ġwann li jfissru li l-Iben t'Alla sar Bniedem. Ġesù huwa magħna fit-tbatijiet kollha tagħna, fis-solitudni, fid-dwejjaq, fil-qtigħ il-qalb. Nagħmlu kuraġġ!

Għeżież ġenituri, qed nibagħtu din l-istampa bil-kelmiet għeżież ‘L-Iben t'Alla sar bniedem’ (Verbum Dei caro factum est) biex tiġi stampata u t-tfal jagħtuha l-kulur. Wara titwaħħal mat-twieqi jew bibien fil-faċċata tad-djar tagħna bħala talba lil Alla sabiex iħarisna mill-mard. Ejjew induru lejn Alla u nqiegħdu t-tama tal-familji tagħna fih. Il-paċi magħkom.

Ejjew u Taraw:

Youtube Channel tas-Soċjeta' tal-Museum għall-Preparatorja, Magħżulin, Aspiranti u l-ġenituri tagħhom... Channel li se jkun mimli riżorsi biex naqsmuhom bejnietna u nżommu kuntatt. Inħeġġukom tagħmlu Subscribe

https://www.youtube.com/channel/UC40HJd6zrQ9gCwBAFey2vow

Il-Via Sagra għat-Tfal li kellha ssir il-Ħamis li ġej se ssir LIVE fuq il-FB tal-Parroċċa. Inħeġġukom li ssegwuha flimkien ma' uliedkom

VIA SAGRA GĦAT-TFAL
Ċertu attivitajiet li kellna ppjanati se jsiru xorta b'modi differenti. Inħeġġu lill-ġenituri flimkien ma' uliedhom jingħaqdu fuq din il-paġna biex nitolbu flimkien il-Via Sagra għat-Tfal.
Il-Ħamis 26 ta' Marzu fil-5:30pm (il-ħin tal-Katekiżmu)

RABA' ĦADD TAR-RANDAN
L-Evanġelju jfakkarna fil-fejqan ta’ raġel agħma. Inħeġġu lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jaqraw l-Evanġelju (http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php)
Tistgħu ssibu ħafna riżorsi addattati għat-tfal biex jifhmu l-qari minn hawn:
https://www.bekidsmalta.com/liturgy/lent/4th-sunday-of-lent?fbclid=IwAR3pDHDFgv6Tk-Cye42_ShvHFB-lsKyXWyt_vK6h-d0K02AMH4Dorn2wYEU

Wara, nistednukom tagħmlu dan il-kwizz: https://discover.apester.com/media/5e755520fc35273b04cb2c9c….

Il-Quddies fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali ser ikunu hekk:
8.00am fuq ONE TV;
9.30am TVM 2;
10.30 am NET TV
5.30pm fuq NET TV; u
6.30 pm fuq Xejk TV.

Madwar Kristu Kurċifiss
Ħsieb u mument ta'talb

[03/20/20]   Madwar Kristu Kurċifiss

Avviż Importanti...Postponament tal-attivitajiet kollha marbuta mas-Sagramenti.
Id-dati tal-Ewwel Tqarbina u l-griżma tal-Isqof għalissa se jibqgħu l-istess għax għadu kmieni biex inkunu nafu x'se jiġri. Jekk ikun hemm xi bidla navżawkom. Grazzi

L-EWWEL QRARA (u attivitajiet oħra marbuta mas-Sagramenti)
Naħseb li lkoll tifhmu li kull okkażjoni li kellna ppjanata marbuta mas-Sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof għalissa huma kkanċellati sakemm ninataw direttivi oħra.
Is-Sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof GĦALISSA se jinżammu fl-istess dati. Jekk Alla jrid, jekk ikun hemm bżonn inbiddlu d-dati navżawkom aktar tard. Għadu kmieni biex inkunu nafu x'se jiġri. Grazzi

Illejla
Fid-9pm ningħaqdu flimkien nitolbu t-talba tar-rużarju! Ejjew noħolqu katina ta' talb mad-dinja kollha. Se jkun LIVE fuq il-paġna tal-Parroċċa

Illum, festa ta' San Ġużepp, barra l-quddiesa, ningħaqdu wkoll mal-Papa Franġisku, fid-9:00pm, għat-talba tar-Rużarju. Se nkunu qed nitolbuh flimkien LIVE fuq il-page tal-Parroċċa.
Sabiħ li tinxtegħel x-xema' fil-gallarija u t-twieqi waqt din it-talba wkoll.

Ejjew noħolqu katina kbira ta' talb madwar id-dinja! Let's create a great cahin of prayer worldwide!

Wisq Safi Ġużeppi
Li ħarist l-omm Vergni
Inti missier hieni
Itlob 'l Alla għalina

KWIŻŻ GĦAT-TFAL - San Ġużepp
Il-Parroċċa qed toħroġ dan il-kwiżż dwar San Ġużepp. Qed ngħaddu din il-link biex it-tfal ikunu jistgħu jimlew kwiżż. Aktar tard, meta nerġgħu niltaqgħu, nippremjaw tliet rebbieħa:
https://www.surveymonkey.com/r/BQB2LMN

Nissuġerixxu li qabel turuwhom dan:
https://www.youtube.com/watch?v=K4NBV840xTc

youtube.com

Story of Saint Joseph| English | Stories of Saints

SAN ĠUŻEPP GĦAT-TFAL
Lejlet il-festa ta' San Ġużepp qed intellgħu l-Istorja ta' San Ġużepp għat-tfal. Inħeġġu lill-ġenituri juruh lit-tfal. Aktar tard il-Parroċċa se ttella' kwizz għat-tfal dwar San Ġużepp u min jirbaħ ikollu premju sabiħ.
https://www.youtube.com/watch?v=K4NBV840xTc

Watch the amazing story of saint Joseph today, Joseph the husband of Mary, mother of Jesus, and is venerated as Saint Joseph This is a first of its kind you ...

Society of Christian Doctrine

Itlob kuljum għal dawk li qegħdin imutu, u rrikkmandahom fil-protezzjoni ta’ San Ġużepp, il-protettur tal-moribondi. – San Ġorġ Preca

youtube.com

Libsa ta' Ġieħ - Vestis Honoris

Illum sbatax tax-xahar u meta jaħbat 7, 17 jew 27 mat-tfal nitolbu l-Vestis Honoris; talba lill-Madonna miktuba minn San Ġorġ Preca. Tajjeb insibu ħin nitolbuha bħala familja. Nitolbu lill-Madonna tidħol għalina f'dan iż-żmien u għas-Soċjetà.
https://www.youtube.com/watch?v=gURLwgRuWCA&t=394s

Verżjoni bil-Malti tat-talba li kiteb San Ġorġ Preca. Din il-litanija tfaħħar lil Marija bħala s-Sinjura tal-ħolqien kollu u l-membri fis-Soċjeta Museum jito...

[03/16/20]   It-3 minuti tal-lum.....ħsieb dwar l-imħabba lejn l-oħrajn.
Nerġgħu niltaqgħu għada fil-5pm.

Xi ħaġa x'jaghmlu matul il-ġurnata ta għada :)

#STAYIN CHALLENGE għat-tfal ul-familja
Matul din il-ġimgħa beħsiebna ntellgħu numru ta' challenges għall-familja.
CHALLENGE 1: Meta nduru għand Alla lilna jibdilna totalment bħal dak it-tifel li mar lura għand missieru fil-Parabbola tal-Iben il-Ħali.
Ikkrejaw xi ħaġa bl-affarijiet li għandkom id-dar li turi bidla: simbolu, oġġett, xi ħaġa li tinbidel jew forsi xi ħaġa min-natura. Kunu kreattivi kemm tistgħu. Imbagħad ibgħatulna r-ritratt tagħa sa għada fil-5pm ħalli ntellguhħm fuq Facebook (Il-proġett żommuh ħalli mbagħad nuruhom fil-Knisja wkoll)

3rd Sunday of Lent

Rizorsi ghat-tfal ghat-tielet Hadd tar-Randan li jinkludu videos, qari u tpinġijiet

http://www.bekidsmalta.com/liturgy/lent/3rd-sunday-of-lent

sites.google.com

It-Tielet Ħadd tar-Randan. Fl-Evanġelju niltaqgħu mal-episodju tal-Mara Samaritana li ltaqgħet ma' Ġesù. Nistednukom sabiex taqraw is-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann u tirriflettu fuq is-silta.
https://www.youtube.com/watch?v=zF7ma1yoLNk

Inħeġġu biex tisma' l-quddiesa fuq il-mezzi tax-xandir fid-9:30am fuq TVM2 jew inkella permezz tac-channel fuq Youtube tal- Archdiocese of Malta jew fuq Xejk TV.
Il-Ħadd it-Tajjeb lil kulħadd :)

L-Imħabba t'Alla

It-3 minuti tal-lum, fuq l-imħabba t'Alla. Arawh, irriflettu u xerrduh :)
Niltaqgħu għada għal 3 minuti oħra.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Birzebbuga?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Ħames Ħadd tar-Randan
L-Imħabba t'Alla
Ħsieb mill-Evanġelju tal-lum
Dimostrazzjoni tal-Bambin 2019
Promo Qajjenza
Promo 4 -Dimostrazzjoni

Location

Telephone

Address


11/12, Misraħ San Ġorġ Preca
Birzebbuga
BBG1953

Opening Hours

Monday 18:30 - 22:30
Tuesday 17:30 - 22:30
Thursday 17:30 - 22:30
Friday 18:30 - 22:30
Saturday 18:30 - 22:30
Sunday 15:15 - 20:00