Vara Sant'Elena Birkirkara

Il-Paġna b'informazzjoni u ritratti dwar il-vara ta' Sant'Elena kif ukoll informazzjoni fuq attivitajiet li ghandhom x'jaqsmu mal-Festa ta' Sant' Elena. Din il-paġna hija amministrata minn persuni li jahdmu ghall-festa ta' Sant'Elena f'Birkirkara.

L-istatwa ta’ Sant’Elena xogħol Salvatore Psaila 1833-1837 Pjazza Sant’Elena, Birkirkara Il-Ħamis 19 ta’ Lulju 2012 Diskors Mario Gauci L-istorja tal-iskultura Maltija hija ġrajja ħajja li tarrikixxi lil din il-gzira tant żghira fit-territorju imma kbira fl’istorja, daqstant intima mal-arti. Għalkemm l-ispazju territorjali u d-daqs tal-popolazzjoni tagħna l-Maltin huma żgħar, il-gżejjer huma għonja b’kull forma prezzjuża ta’ terżori artistiċi - partikolarment l-iskultura s-suġġett prinċipali ta’ dawn il-ħsibijiet li se naqasm magħkom f’din il-lejla pjuttost insolita fi pjazza Sant’ Elena. Tabilħaqq hija serata fejn qed nikkommemoraw l-anniversarju ta’ bicca xogħol skultorea li tirrapreżenta lil Sant Elena, inawgurata propju nhar is-17 ta’ Lulju tal-1837 donazzjoni tal-Karkariz il-Kavallier Vincenzo Borg Brared. Hemm ħafna x’jingħad fuq din il-meastrija ta’ skultura imma nħoss li għandi nibbaża dan id-diskors qasir fuq tlett aspetti. L-ewwel dwar xewqat il-benefattur, il-Kavallier Vincenzo Borg Brared hekk kif naqraw fil-kuntratt li għamel fl-1833 kif ukoll fid-dawl ta’ manuskritti oħra. It-tieni punt huwa dwar it-teknika li applika Salvatore Psaila biex naqqax l-istatwa ta’ Santa Elena. Fit-tielet u l-aħħar spunt ma nixtieqx inħallikom biss tisimgħuni imma miegħi ser tagħmlu eżercizzju biex waqt l-ispjega tifhmu b’għajnejkom stess il-merti artistiċi u l-preġju ta’din l-istatwa. Din il-paġna hija amministrata minn Persuni li jahdmu ghal festa ta' Sant'elena

Mission: Nixtiequ nagħtu aktar informazzjoni fuq wahda mill-isbaħ statwi proċessjonali li nsibu fil-gzejjer Maltin. Imnaqqxa fl-injam mill-iskultur Bormliż Salvatore Psaila fl-1837 fuq talba tal-benefattur karkariż Ċensu Borg magħruf bħala Brared.

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

Hodie egressa est virgo de radice Jesse,
Hodie sine ulla peccati labe, Concepta est Maria
Hodie contritum est ab ea caput serpentis antiqui,
HALLELUIA

Għaqda Armar Sant'Elena

Ma tokki ta' Tmienja

Siltiet ta' Emozzjonijiet
mill-Purcissjoni li ghamilna
il-Hadd li ghadda bl'istatwa
Majestuza ta' Sant'Elena fit-toroq ta' Birkirkara

Hidma li flimkien qed nkomplu
naghmlu Purcissjoni ta ' Eleganza
u Devozzjoni kif jixraq f ' gieh
il - Patruna taghna Sant'Elena.

Filmat - Steve Zammit Lupi

Kumitat Festa Sant'Elena

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

10 ta' Awwissu 1919 - 2019 | MITT SENA ILU | Propju bħal-lum fl-1919 il-Karkariżi kienu mimlija entużjażmu meta mill-ġdid u bl-akbar ferħ laqgħu f'Birkirkara l-istatwa titulari ta' Sant'Elena wara li ġiet dekorata u indurata għand id-ditta Coleiro fi Triq Kristofru fil-Belt Valletta. Fil-perjodu li l-vara kienet il-Belt seħħew il-ġrajjiet u l-irvellijiet magħrufa tas-Sette Giugnio.
Intlagħqet minn ħdejn l-istazzjon tal-ferrovija u twasslet lura fil-Knisja Kolleġġjali akkumpanjata miż-żewg baned Karkariżi, Duke of Connaught's Own u Sant'Elena.
Għadna ngawdu din l-opra ta' mitt sena ilu sal-lum.

Kumitat Festa Sant'Elena

PROGRAMM FESTA SANT'ELENA IMP. AWG. | 2019

IL-ĦAMIS 8 TA’ AWWISSU | JUM TA’ TĦEJJIJA SPIRITWALI GĦALL-FESTA
6.30PM: Quddiesa u adorazzjoni bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet tal-Parroċċa.

IL-ĠIMGĦA 9 TA’ AWWISSU | Ikla kbira tal-festa fi Pjazza Sant’Elena mis-7.30pm ‘l quddiem.

IS-SIBT 10 TA’ AWWISSU
6.30PM: Quddiesa b’suffraġju għal dawk li mietu fil-Parroċċa mill-festa li għaddiet ‘l hawn.

IL-ĦADD 11 TA’ AWWISSU | JUM IT-TFAL
9.15AM: Manifestazzjoni għat-tfal minn ħdejn il-knisja ta’ San Pawl fil-Wied sal-Bażilika. Jakkumpanjaw bandisti żgħażagħ tas-soċjetajiet mużikali
Duke of Connaught’s Own u Sant’Elena.
10.30AM: Quddiesa għat-tfal.

IT-TNEJN 12 TA’ AWWISSU | JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA TITULARI TA’ SANT’ELENA IMP. AWG. MIN-NIĊĊA
6.30PM: Quddiesa Konventwali.
7.45PM: Ħruġ tal-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena Imp. Awg. min-niċċa. Diskors mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet u Prokuratur tal-Festa.
Issir ġabra speċjali b’risq il-festa. Il-vara ta’ Sant’Elena tinħareġ fil-bieb tal-Bażilika fejn tintlaqa’ bl-innijiet mill-Banda Duke of Connaught’s Own.

IT-TLIETA 13 TA’ AWWISSU | 10.00AM: Quddiesa u bibita għall-morda, anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija.

Nota: Filgħaxija fil-Bażilika ser jittella’ Oratorio mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena fl-okkażjoni tal-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà. Għal aktar tagħrif irreferi għall-programm tal-istess Banda.

9.00PM: Marċ mill-Banda La Vittoria tal-Mellieħa mat-toroq ewlenin tal-parroċċa, mistiedna mill-Kumitat tal-Festa.

L-ERBGĦA 14 TA’ AWWISSU | L-EWWEL JUM TAT-TRIDU - JUM L-GĦAQDIET FIL-PARROĊĊA. Vġili ta’ Santa Marija.
6.00PM: Kant Solenni tal-Għasar mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan flimkien mal-poplu. Wara tingħad il-Kurunella f’ġieħ Sant’Elena Imp. Awg.
6.30PM: Quddiesa Solenni Konventwali. Jipprietka matul it-tlett ijiem tat-Tridu r-Rev. Patri Allister Aquilina OFM Conv.
Wara jitkanta l-Innu Optata Lux Solemnibus, l-Antifona tal-Qaddisa u tingħata l-Barka Sagramentali.

IL-ĦAMIS 15 TA’ AWWISSU | IT-TIENI JUM TAT-TRIDU - JUM IL-FAMILJI MADWAR SANT’ELENA. Mistiedna l-koppji li qed jiċċelebraw l-10, 25, 40, 50 u 60 sena
taż-Żwieġ tagħhom. Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna bir-Ruħ u l-Ġisem.
8.45AM: Lawdi u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum
9.15AM: Quddiesa kantata
10.30AM: Quddiesa. Mistiedna l-membri tal-Kumitat Nar Santa Liena 18 ta’ Awwissu. Wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Sant’Elena.

6.00PM: Kant Solenni tal-Għasar u tingħad il-Kurunella.
6.30PM: Quddiesa Solenni Konventwali. Wara jitkanta l-Innu, l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

IL-ĠIMGĦA 16 TA’ AWWISSU | IT-TIELET JUM TAT-TRIDU - JUM IL-ĦAJJA SAĊERDOTALI U RELIĠJUŻA. Mistiedna Saċerdoti u Reliġjużi Karkariżi jew li jaħdmu fostna.
6.00PM: Kant Solenni tal-Għasar u tingħad il-Kurunella.
6.30PM: Quddiesa Solenni Konventwali. Issir il-professjoni tal-Fratelli u wara l-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara titulari.
Wara jitkanta l-Innu, l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

IS-SIBT 17 TA’ AWWISSU | LEJLET IL-FESTA TA’ SANT’ELENA IMPERATRIĊI AWGUSTA
6.00AM U 7.00AM: Quddies
8.30AM: Lawdi u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan.
9.00AM: Kant Solenni tal-Martiroloġju.
9.15AM: Quddiesa Solenni bil-kant tat-Te Deum.

LEJLET IS-SOLENNITÀ
5.00PM U 6.00PM: Quddies
6.45PM: Wasla fil-Bażilika tal-mistednin distinti u tar-Rev.mu Prepostu Arċipriet,
Mons. Paul Carmel Vella.
7.00PM: Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Sant’Elena Imp. Awg. mill-Kappella
tas-S.Smu Sagrament. Titkanta l-Antifona Manum Suam u jsegwi l-Ewwel Għasar Solenni
Prepositali assistit mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan bis-sehem tas-Saċerdoti u Reliġjużi Karkariżi.
Issir ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
Fil-funzjoni jieħdu sehem il-Kavallieri tal-Ordni Ekwestri tas-Santu Sepulkru ta’
Ġerusalemm, il-membri tal-Fratellanzi u l-abbatini.

IL-ĦADD 18 TA’ AWWISSU | SOLENNITÀ TA’ SANT’ELENA IMPERATRIĊI AWGUSTA - JUM IL-FESTA TITULARI
6.00AM U 7.00AM: Quddies
7.45AM: Lawdi Prepositali u reċita tal-Hora Media.
8.00AM: Proċessjoni Solenni bl-istatwa artistika u maestuża ta’ Sant’Elena. Imexxi
r-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella, akkumpanjat mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan,
Kleru, Reliġjużi, Fratellanzi u abbatini. Takkumpanja b’innijiet u marċi
proċessjonali l-Banda Duke of Connaught’s Own.
8.45AM: Quddiesa organizzata mill-Unità Pastorali Parrokkjali f’Birkirkara.
10.30AM: Dħul tal-Purċissjoni fil-Bażilika. Kant tal-Antifona u bews tar-Relikwija tal-Qaddisa.
Tibda l-Quddiesa Solenni Prepositali.
Jinseġ il-Paniġierku r-Rev.mu Prepostu Arċipriet, Mons. Paul Carmel Vella.

6.00PM: Quddiesa
7.00PM: It-Tieni Għasar Solenni.
7.45PM: Ir-Rev.mu Kapitlu Elenjan joħroġ mill-Bażilika għad-Domus Curialis biex jakkumpanja
lill-E.T. Rev.ma Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, sal-Kolleġġjata Bażilika fejn issir
ir-Repożizzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Elena bil-kant tal-Antifona.
Fi tmiem issir ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.

6.30PM: Marċ mill-Banda Sant’Antnin ta’ Birkirkara mat-toroq ewlenin tal-parroċċa, mistiedna mill-Kumitat tal-Festa.
________________

L-Orkestra u l-Kor, fil-jiem tat-Tridu, lejlet u nhar il-Festa jkunu taħt id-direzzjoni tas-Surmast Abraham D’Amato.

L-Orkestra u l-Kor tal-Kolleġġjata, fil-jiem ta’ tħejjija, jkunu mmexxija mis-Surmast Clifford Cauchi.

F’lejlet il-Festa, il-Bażilika tagħlaq fil-11.00pm filwaqt li nhar il-Festa tagħlaq fl-10.00pm

Ritratt - Massimo Borg

Vara Sant'Elena Birkirkara's cover photo

Kumitat Festa Sant'Elena

Agħmel dan fuq ir-ritratt tal-profil (profile picture) tiegħek fuq Facebook. Inħejju għall-Festa Sant'Elena Imp. Awg. 2019.

Kumitat Festa Sant'Elena

Festa Sant'Elena 2019 | Agħmel dan bħala l-cover photo tiegħek bi tħejjija għall-Festa Titulari ghażiża tagħna. Bħal-lum xahar 8 ta' Awwissu jibda l-programm uffiċċjali tal-Festa 2019. Viva Sant'Elena!

Kumitat Festa Sant'Elena

#18 - Xahrejn bogħod mill-Festa Titulari għażiża tagħna. Inkomplu naħdmu flimkien u nikkontribwixxu lkoll b'risq il-Festa tagħna, Sant'Elena 2019. Viva Sant'Elena Imp. Awg. (Ritratt ta' George Sultana)

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

Vara Sant'Elena Birkirkara's cover photo

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

AVVIŻ - Il-Purċissjoni tal-Festa ta' Santu Kruċ bl-istatwa Titulari ta' Sant'Elena ser issir il-Hadd li gej 5 ta' Mejju wara l-quddiesa kantata tad-9.15am. Din ser issir ukoll biex tikkommemora c-centinarju tal-Ghaqda Muzikali Sant'Elena. Grazzi.

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

AVVIŻ - Il-Purċissjoni tal-Festa ta' Santu Kruċ bl-istatwa Titulari ta' Sant'Elena li kellha toħroġ illejla ser tiġi posposta minħabba il-kundizzjoni tat-temp. Ser issir f'ġurnata oħra, kif ikun imħabbar mir-Rev.mu Kapitlu Elenjan. Il-Quddiesa Solenni tal-festa qed issir bħalissa.

Vara Sant'Elena Birkirkara's cover photo

Kumitat Festa Sant'Elena

ILLLUM 18 ta' Settembru 2018 xahar fuq il-Festa Titulari ta' Sant'Elena nerġgħu niftakru u ngħixu mill-ġdid mumenti mill-Festa kbira u dinjituża li ċċelebrajna flimkien ad unur il-Patruna tagħna Sant`Elena.

Ħbieb tat-Tempju Elenjan - Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

ILLEJLA fil-Bażilika wara l-Quddiesa Solenni tal-Eżaltazzjoni tas-Salib ir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons Paul Carmel Vella ħabbar donazzjoni importanti għall-Kolleġġjata Bażilika Elenjana.

Għaqda Armar Sant'Elena

Id-dħul lura fin-niċċa tal-Vara ta' Sant'Elena ser isir nhar it-Tnejn 27 ta`Awwissu, wara l-quddiesa tas-6.30pm.

GTC Photography & Media

Teaser zghira tal-festa ta' Sant' Elena Imperatrici gewwa Birkirkara. Nawguraw l-festa t-tajba lid-devoti Elenjani Karkarizi. Viva Sant' Elena!

Drones Malta

Feast of St. Helen, Birkirkara
Credits Joseph Agius Attard
#aerial #photography #2k18

Kumitat Festa Sant'Elena

Photos from Vara Sant'Elena Birkirkara's post

Kumitat Festa Sant'Elena

| Messaġġ mir-Rev.mu Prepostu Arċipriet Mons Paul Carmel Vella |

Kumitat Festa Sant'Elena

Kumitat Festa Sant'Elena

| Il-Prokuratur tal-Festa Sant'Elena, il-Wisq Rev.du Kan Leonard Mintoff |

Photos from Vara Sant'Elena Birkirkara's post

Kumitat Festa Sant'Elena

Kif ilkoll tafu il-festa tinvoli piż finanzjarju u bla dubju teħtieġ l-għajnuna ta' kull wieħed u waħda minnha. F'dawn il-jiem qed jinġabru mid-djar l-envelopes b'donazzjoni. Tqassmu fid-djar tal-Parroċċa mal-fuljett ta' Ġunju. Nitolbukom tkunu ġenerużi u nirringrazzjaw mill-qalb. VSE.

Kumitat Festa Sant'Elena

Kumitat Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu - Birkirkara

Majjalata ... ta' qabel il-festa.... il gimgha 3 ta' Awwissu ... Ahsbu ghal bookings billi tkellmu lil xi hadd tal kumitat jew pm fuq il page taghna..L-attendenza taghkom hija l-ghajnuna u l-kuragg ghalina!

Duke of Connaught's Own Band Club

Duke of Connaught's Own Band Club

Duke of Connaught's Own Band Club

Dan hu l-"promo" uffiċjali għall-Festa ta' Santa Liena 2018.

(Ħajr lil Bolt Pictures, Marco Vella u Steve Zammit Lupi ghall-filmati)

Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919, Birkirkara

Xahar il-bogħod mill-Festa tal-patruna tagħna Sant'Elena !

Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919, Birkirkara

Nħeġġukhom taraw dan il-filmat qasir b'preparazzjoni għal-Festa 2018!

Għaqda Mużikali Sant' Elena A.D. 1919, Birkirkara

#25 - CD tal-marċi brijużi għal-bejgħ mill-Każin għall prezz ta 10 Ewro

Ritratti - GTC Photography & Media

Ritratti mehudin f'lejliet il-festa ta' Santa Liena ccelebrata f'Birkirkara.

Ritratt - Il-Will Photography

Ritratti - Festa 2017 Il-Will Photography

Ritratti - Il-Will Photography

Kumitat Festa Sant'Elena

#FestaSantElena2018

Duke of Connaught's Own Band Club

Kumitat Festa Sant'Elena

Ritratt - Brandon Bonett

Ritratt - Antoinette Debono

Ritratt - Dominic Cachia

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Birkirkara?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Festa Sant'Elena 2016
Promo Festa Sant'Elena 2016

Location

Address


St Helens Main Square Entrance
Birkirkara
BKR
Other Birkirkara places of worship (show all)
ŻAK Swatar ŻAK Swatar
Triq L-Imsida
Birkirkara

The Official page for ZAK Swatar.

ŻAK Malta ŻAK Malta
ZAK House 213, Brared Street
Birkirkara, BKR1256

Żgħażagħ Azzjoni Kattolia (ŻAK) is a national youth organisation that comprises of over 700 young members aged between 10 years to 30 years. It has over 45 youth groups in 12 parishes around Malta.

Sant'Elena Imp. Awg. - Devozzjoni u Mhabba Sant'Elena Imp. Awg. - Devozzjoni u Mhabba
Birkirkara

Devozzjoni u Mhabba lejn il-Qaddisa Imperatrici Awgusta Elena.

True Light Catholic Media True Light Catholic Media
6, Triq Il-Kbira
Birkirkara

Sharing the Love and Truth of Jesus Christ through media and educating people about Catholic Church teachings on several issues in today's society.

Museum BNIET Fleur-De- Lys Museum BNIET Fleur-De- Lys
201, Triq Fleur-de-lys
Birkirkara

Seventh-Day Adventist Church MALTA Seventh-Day Adventist Church MALTA
47 Mannarino Road
Birkirkara, BKR9082

Seventh-Day Adventist Church MALTA

Parrocca Santa Marija - Birkirkara Parrocca Santa Marija - Birkirkara
130, Triq E. B. Vella
Birkirkara, BKR 1570

Din hija l-pagna ufficjali tal-Parrocca ta' Santa Marija f'Birkirkara, maghrufa ahjar bhala "l-Knisja l-Qadima".

Knisja tà San Pawl, Birkirkara. Knisja tà San Pawl, Birkirkara.
Triq Il-Wied
Birkirkara

To keep people informed about activities taking place in this chapel situated in the heart of Birkirkara.