Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira Ħal Għaxaq

Din hija l-paġna uffiċċjali tal-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq. Il-Kumitat jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Purċissjoni u l-avvenimenti li jsiru fil-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq matul il-Ġimgħa Mqaddsa .

Operating as usual

youtube.com

Purċissjoni Gimgħa l-Kbira Għaxaq 2019

Il-Purcissjoni tas-sena l-ohra...minhabba li din is-sena ma nistghux ngawduha Live ghalinqas ingawduha ftit kif nistghu.

https://www.youtube.com/watch?v=uVpXt7NLrNA

Film production: Gabriel Treeby Coleiro page: GTC Photography & Media Website: treebygab.wixsite.com/photographyandmedia

JUM ID-DULURI

"Wieqfa kienet imbikkija, l-Omm ħdejn binha fit-tbatija"

Illum huwa jum devozzjonali ħafna għalina l-insara u speċjalment għalina l-Maltin. Dis-sena qed ngħixu esperjenza straordinarja fejn għall-ewwel darba f'mijiet ta' snin mhux se jkun possibbli li nimxu wara ommna Marija Addollorata fiżikament imma l-istess mixja nistgħu nagħmluha permezz tat-Talba tar-Rużarju u l-quddiesa.

Illum inpoġġu fit-talb tagħna lill-morda u 'l dawk kollha li jeħtieġu l-għajnuna u t-talb f'dawn iż-żminijiet diffiċli.

Hekk kif illum jaħbat t-2 t'April, din il-ġurnata li tant kienet mistennija mill-Kumitat sabiex tinkiteb ġrajja oħra fl-evolviment tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq, kienet se tkun il-ġurnata fejn kienet se tiġi inawgurata l-ħames vara ġdida - dik tal-VERONIKA. Sfortunatament minħabba ċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom, dan l-avveniment kellu jitħassar iżda bil-għajnuna tal-Kbir Alla, żgur li nkunu nistgħu nerġgħu naslu għal dan l-avveniment aktar 'il quddiem.

Ritratt: Il-Vara l-antika tal-Veronika fil-Parroċċa tagħna li ħarġet għall-aħħar darba fl-2019.

[03/20/20]   B' dispjaċir kbir il-Kumitat iħabbar illi minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti, għal din is-sena 2020, il-manifestazzjonijiet pubbliċi tad-Duluri u dawk tul il-Ġimgħa Mqaddsa, inkluż tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid il-Kbir mhux se jsiru.

Nitolbu lill-Kbir Alla l-Għoli jkompli jtina l-għajnuna f'dawn iż-żminijiet diffiċli ħa negħlbu dawn iċ-ċirkustanzi partikulari li d-dinja għaddejja minnhom u jgħina nibdluhom f'opportunita' biex nersqu aktar qrib t'Alla permezz tat-talb u l-fidi tagħna.

IR-RABA' ĠIMGĦA TAR-RANDAN

Matul din il-ġimgħa nirriflettu fuq ir-raba' misteru tat-Tbatija meta lil Sidna Ġesu Kristu ġie mgħobbi bis-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.

Il-vara tar-Redentur li naraw illum fil-Parroċċa tagħna hija xogħol mill-isbaħ fl-injam tal-artisti primi l-Kav. Alfred u Aaron Camilleri Cauchi u ġiet inawgurata fis-sena 2014.

Nitolbuk Sidna Ġesu Kristu biex kif int tgħabbejt bis-salib aħrax bi tpattija għal dnubietna, tkun magħna u tgħina nerfgħu s-salib li qed inġorru f'dawn iż-żminijiet diffiċli li għaddejja minnhom id-dinja bħalissa.

[03/13/20]   **********AVVIŻ IMPORTANTI**********

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira qiegħed isegwi mill-qrib l-aħħar aħbarijiet u aġġornamenti relatati ma l-Imxija tal-COVID-19. Għaldaqstant, il-Kumitat sejjer dejjem jimxi fuq id-direttivi tal-awtoritajiet tas-Saħħa ta' pajjizna u għalhekk b'mod immedjat ser titwaqqaf ir-reġistrazzjoni għal min jixtieq jipparteċipa fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Inħeġġu lil kulħadd sabiex jibqa' jsegwi l-aħħar aġġornamenti fuq din il-paġna fuq l-aħħar żviluppi rigward il-Purċissjoni 2020. Bħala Kumitat sejrin nibqgħu nsegwu l-andament ta' din l-imxija u nieħdu deċiżjoni finali fil-mument opportun.

Nixtiequ minn hawn nappellaw lil kulħadd sabiex jiġu segwiti l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tal-pajjiż sabiex nikkontrollaw t-tifrix ta' dan il-virus.

Grazzi

IT-TIELET ĠIMGĦA TAR-RANDAN

Matul din il-ġimgħa nirriflettu fuq it-tielet misteru tat-Tbatija meta lil Sidna Ġesu Kristu inkurunawh mil-kuruna tax-xewk.

Il-vara tal-Ecce Homo li naraw illum fil-Parroċċa tagħna hija xogħol mill-isbaħ fl-injam tal-artisti il-Kav. Alfred u Aaron Camilleri Cauchi u ġiet inawgurata fis-sena 2011.

Nitolbuk Sidna Ġesu Kristu tieqaf mad-dinja kollha f'dan l-hemm li fih nisabu bħalissa. Kun għalina l-faraġ u t-tama tagħna sabiex nirbħu l-ħazen ta' din id-dinja.

REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

IR-RABA' JUM TAR-REĠISTRAZZJONI

ILLUM tkompli r-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tagħna li ssir f' nhar Ħadd il-Palm. Il-ġranet li fihom ser jitkompla l-proċess tar-reġistrazzjoni huma kif ġej:

Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Is-Sibt 14 ta' Marzu 2020 - Bejn id-9:00am u 12:00pm

Ir-reġistrazzjoni ssir ġewwa l-Uffiċċju Parrokkjali li jinsab fi Vjal il-Labour, Ħal Għaxaq (maġenb l-Għassa tal-Pulizija).
Inħeggu lil kull min ser jieħu sehem bħala persunaġġ biex isegwi dawn id-dati u ħinijiet.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira - Ħal Għaxaq

REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

IT-TIELET JUM TAR-REĠISTRAZZJONI

ILLUM tkompli r-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tagħna li ssir f' nhar Ħadd il-Palm. Il-ġranet li fihom ser jitkompla l-proċess tar-reġistrazzjoni huma kif ġej:

L-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm

Programm tar-Randan Imqaddes u l-Ġimgħa Mqaddsa f' Ħal Għaxaq

REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

IT-TIENI JUM TAR-REĠISTRAZZJONI

ILLUM tkompli r-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tagħna li ssir f' nhar Ħadd il-Palm. Il-ġranet li fihom ser jitkompla l-proċess tar-reġistrazzjoni huma kif ġej:

It-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Is-Sibt 14 ta' Marzu 2020 - Bejn id-9:00am u 12:00pm

Ir-reġistrazzjoni ssir ġewwa l-Uffiċċju Parrokkjali li jinsab fi Vjal il-Labour, Ħal Għaxaq (maġenb l-Għassa tal-Pulizija).

Inħeggu lil kull min ser jieħu sehem bħala persunaġġ biex isegwi dawn id-dati u ħinijiet.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira - Ħal Għaxaq

REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

L-EWWEL JUM TAR-REĠISTRAZZJONI

ILLUM tiftaħ ir-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal u se jsiru kif ġej:

It-Tnejn 9 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
It-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Is-Sibt 14 ta' Marzu 2020 - Bejn id-9:00am u 12:00pm

Ir-reġistrazzjoni ssir ġewwa l-Uffiċċju Parrokkjali li jinsab fi Vjal il-Labour, Ħal Għaxaq (maġenb l-Għassa tal-Pulizija).

Inħeggu lil kull min ser jieħu sehem bħala persunaġġ biex isegwi dawn id-dati u ħinijiet.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira - Ħal Għaxaq

[03/07/20]   REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira jerġa' jfakkar illi r-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal sejrin jinfetħu nhar it-Tnejn li ġej u se jsiru kif ġej:

It-Tnejn 9 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
It-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Is-Sibt 14 ta' Marzu 2020 - Bejn id-9:00am u 12:00pm

Ir-reġistrazzjoni ssir ġewwa l-Uffiċċju Parrokkjali li jinsab fi Vjal il-Labour, Ħal Għaxaq (maġenb l-Għassa tal-Pulizija).

Inħeggu lil kull min ser jieħu sehem bħala persunaġġ biex isegwi dawn id-dati u ħinijiet.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira - Ħal Għaxaq

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ifakkar li l-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq qiegħda torganizza diversi korsijiet ta' Ezerċizzi tar-Randan immirati għal etajiet varji.

Tajjeb li lkoll nattendu għal xi wieħed minn dawn l-ezerċizzi li jippreparawna ferm tajjeb għal matul il-Ġimgħa Mqaddsa u jgħinuna nirriflettu aktar fuq dawn iz-zminijiet.

IT-TIENI ĠIMGĦA TAR-RANDAN

Matul din il-ġimgħa nirriflettu fuq it-tieni misteru tat-Tbatija meta lil Sidna Ġesu Kristu rabbtuh mal-kolonna u flaġellawh.

Il-vara tal-Marbut li naraw illum fil-Parroċċa tagħna hija xogħol mill-isbaħ fl-injam tal-artisti il-Kav. Alfred u Aaron Camilleri Cauchi u ġiet inawgurata fis-sena 2010.

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq din is-sena ser toħroġ nhar Ħadd il-Palm 5 t'April 2020.

Ritratt miġbud minn Andrea Seychell.

Dettall mill-isbaħ tal-Vara tal-Ort minquxa fl-injam mill-bravi artisti l-Kav. Alfred u Aaron Camilleri Cauchi.

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq din is-sena ser toħroġ nhar Ħadd il-Palm 5 t'April 2020.

Ritratt miġbud minn Andrea Seychell

REĠISTRAZZJONI TAL-PERSUNAĠĠI ADULTI U TFAL GĦALL-PURĊISSJONI TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA F' ĦAL GĦAXAQ 2020

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira jixtieq javża illi r-reġistrazzjoni tal-persunaġġi kemm adulti kif ukoll it-tfal sejrin isiru kif ġej:

It-Tnejn 9 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
It-Tlieta 10 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Il-Ħamis 12 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
L-Ġimgħa 13 ta' Marzu 2020 - Bejn l-4:30pm u s-7:00pm
Is-Sibt 14 ta' Marzu 2020 - Bejn id-9:00am u 12:00pm

Ir-reġistrazzjoni ssir ġewwa l-Uffiċċju Parrokkjali li jinsab fi Vjal il-Labour, Ħal Għaxaq (maġenb l-Għassa tal-Pulizija).

Inħeggu lil kull min ser jieħu sehem bħala persunaġġ biex isegwi dawn id-dati u ħinijiet.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira - Ħal Għaxaq

Ritratt provdut lilna minn Simon Muscat

Għada nibdew il-vjaġġ ta' 40 jum li jwassluna sal-Passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu. Tajjeb li nsegwu dan il-programm imħejji mill-Parroċċa tagħna għal għada - Ras ir-Randan.

Nixtiequ ninfurmaw li l-Kumitat qieghed jistieden lil dawk kollha li jixtiequ jaghtu s-sehem taghhom waqt il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta din is-sena bhala helpers, ghandhom javvicinaw lil xi Membru tal-kumitat jew jibghatulna messag privat minn fuq dan l-avviz stess.

Grazzi hafna tal-kooperazjoni taghkom.

Iż-żmien qed joqrob......

Xahrejn oħra u l-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq tkun qed tiċċelebra l-Passjoni ta' Sidna Ġesu Kristu fit-trejqat ta' dan ir-raħal antik ta' Ħal Għaxaq....

It-thejjijiet għaddejjin ġmielhom għal nhar Ħadd il-Palm - 5 t'April 2020.

Ibqgħu segwu din il-paġna.

Dawk kollha li jixtiequ jireklamaw in-negozju jew servizzi li joffru fuq l-ktejjeb Annwali l-Kustat ghandhom javvicinaw lil Kaxxier tal-kumitat is-Sur Matthew Cassar jew jibghatu messag fuq din il-pagna.

Grazzi hafna ta' l-Ghajnuna taghkom.

F'Isem il-Kumitat tal-Gimgha l-Kbira Hal Ghaxaq nixtiequ nawguraw s-Sena t-Tajba lil kullhadd!

Inharsu l-quddiem lejn l-Purcissjoni 2020 fi ftit tax-xhur ohra!

Il-Purcissjoni taghna fuq il-Gazzetti lokali! Grazzi u Prosit lil dawk kollha li hadu sehem!

Il-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq jixtieq jirringrazzja lil tant voluntiera u persuni li għenu sabiex il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ħarġet il-bieraħ mill-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq kienet tal-livell mixtieq. Dan kollu kien possibli bl-għajnuna ta' kulħadd. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li għoġobhom iżuru lir-raħal tagħna u jsegwu l-purċissjoni u apprezzaw il-ħidma tagħna.

Żgur l-akbar grazzi għandha tmur lill-Alla l-Għoli li minkejja l-instabbilita fit-temp li kien hawn, it-temp ippermetta u sar kollox kif ippjanat.

Issa nħarsu b'ħeġġa għas-sena d-dieħla biex inkomplu nibnu fuq dak li għandna.

Intant, issa nkomplu dan iż-żmien ta' tħejjija għall-Għid Imqaddes billi nieħdu sehem fil-funzjonijiet kollha li jsiru fil-Parroċċa tagħna.

Grazzi.

Il-Kumitat

Ritratt: Mehud minn Doris Zammit

Il-Fuljett Annwali maħruġ mill-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq bl-isem "Il-Kustat" ser ikun qed jitqassam llum waqt l-Purcissjoni. Bħal kull sena, il-ktieb fih ħafna artikli interessanti u ritratti mill-isbaħ.

Nġeġġiġkom sabiex takkwistaw kopja!

Ritratt: Il-faċċata tal-Publikazzjoni 'Il-Kustat' ta' din is-sena provdut lilna mis-Sur Clint Dimech.

Grazzi

[04/14/19]   AVVIZ

Dawk kollha li ser jaghmlu l-'make-up' ghall-purcissjoni llum mitlubin ikunu ikunu fl-ufficju Parrokjal bejn il-11:00 u t-3:30.

Gentilment nitolbukhom sabiex kullhadd izomm mal-hinijiet stipulati.

Grazzi

Il-Fuljett Annwali maħruġ mill-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq bl-isem "Il-Kustat" ser ikun qed jitqassam f'dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Bħal kull sena, il-ktieb fih ħafna artikli interessanti u ritratti mill-isbaħ.

Nġeġġiġkom sabiex takkwistaw kopja!

Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopji ta' snin imgħoddija ġentilment mitluba ikellmu lis-segretarju tal-Kumitat, is-Sur Chris Vella. Għad baqa' numru limitat ta' kopji!

Ritratt: Il-faċċata tal-Publikazzjoni 'Il-Kustat' ta' din is-sena provdut lilna mis-Sur Clint Dimech.

Grazzi

Illum huwa l-Jum għażiż tad-Duluri

Infakkru s-seba' duluri li ġarrbet Ommna Marija Santissima.

Il-Programm għal-lum fil-Parroċċa tagħna se jkun hekk:

7:00am - Quddiesa
7:55am - Quddiesa
5:00pm - Quddiesa

Wara l-quddiesa tal-5:00pm, toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta' Marija Addollorata u tgħaddi minn dawn it-toroq:

Pjazza Santa Marija, Triq Santa Marija, Misraħ Santu Rokku, Triq San Filippu (fuq in-naħa tal-kappella), Misraħ San Filippu, Triq iċ-Ċombini, Triq il-Madonna ta' Loretu, Triq it-Telleritu, Triq it-Tumbarellu, Dawret Ħal Għaxaq (Service Road), Vjal il-Labour, Triq Santa Marija, Pjazza Santa Marija għall-Knisja Parrokkjali.

Wara l-purċissjoni jkun hemm quddiesa oħra.

Ritratt: Il-Vara tad-Duluri meqjuma fil-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq

Riservar ta' siġġijiet għal waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta' nhar il-Ħadd li ġej 14 t'April 2019

Il-Kumitat ifakkar lil dawk kollha li jixtiequ jirriservaw siġġu għal waqt il-purċissjoni sabiex javviċinaw lis-sinjura Rosette Baldacchino permezz ta' messaġġ privat jew billi ċċemplu fuq 79204829.

Kif diġa ġie mgħarraf aktar kmieni, din is-sena r-rotta tal-purċissjoni se tkun fid-direzzjoni opposta ta' li kienet tkun fis-snin ta' qabel u għaldaqstant, din is-sena, is-siġġijiet ser ikunu imqassmin kemmxejn differenti wkoll kif jidher fl-istampa t'hawn taħt.

Il-prezz ta' kull siġġu ser ikun ta' €2.50.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

[04/03/19]   Il-Fuljett Annwali maħruġ mill-kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira bl-isem "Il-Kustat" ser ikun qed jibda jitqassam mill-Ġimgħa d-dieħla. Bħal kull sena l-ktieb fih ħafna artikli interessanti u ritratti mill-isbaħ.

Nġeġġiġkom sabiex takkwistaw kopja!

Dawk kollha li jixtiequ jakkwistaw kopji tas-snin l-Imghoddija jistghu ikellmu li-segretarju tal-Kumitat (Chris Vella). Ghad baqa numru limitat ta' kopji!

Grazzi

Bookings ta' Siġġijiet

Il-Kumitat jixtieq javża sabiex dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw siġġu sabiex isegwu l-purċissjoni, għandhom ikellmu lis-sinjura Rosette Baldacchino. Minħabba t-tibdil fir-rotta din is-sena s-siġġijiet ser ikunu imqassmin kemxejn differenti kif jidher fl-istampa t'hawn taħt.

Il-prezz ta' kull siġġu ser ikun ta' €2.50.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Ir-Raba' Ġimgħa tar-Randan

Illum naħsbu fuq il-mument meta Sidna Ġesu Kristu għabbewh is-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.

Ritratt: Il-vara ta' Ġesu mgħobbi s-salib meqjuma fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Għaxaq

Ritratt mehud minn Angelo Caruana-Photography

[03/28/19]   ---AVVIŻ---

Neħtieġu diversi helpers għal waqt il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Dawk kollha li jixtiequ jgħinu għandhom javviċinaw lil xi membru tal-Kumitat jew jibgħatulna messaġġ privat fuq din il-paġna.

Grazzi tal-kooperazjoni tagħkom

Ritratt ta' Robert Tabone

Ritratt ta' Robert Tabone

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Ħal Għaxaq?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address

Ħal Għaxaq
Other Religious Organizations in Ħal Għaxaq (show all)
SDC Museum Ħal Għaxaq SDC Museum Ħal Għaxaq
11, Triq San Bastjan
Ħal Għaxaq, GXQ2141

Din il-paġna hija mezz ta' kuntatt mal-qasam tal-MUSEUM tas-Subien ta' Ħal Għaxaq.

Għaxaq Youth Centre Għaxaq Youth Centre
Ghaxaq Youth Centre, 20 Vjal Il-Labour
Ħal Għaxaq, GXQ 1832

Empowering young people,to live as disciples of Jesus Christ,in our world today.

About   Privacy   Login C