SDC Museum Ħal Għaxaq

SDC Museum Ħal Għaxaq

Comments

Nhar il-Hadd li gej, gib il-presepju jew l-bambin halli nberkuhom waqt il-quddies tad-9AM!!! Cu 😀
Is-Siġra tal-Karita' ... F'dan il-Milied ngħinu u naraw lil Ġesu' f'dawk li għandhom bżonn ... #sigrakarita #quddiestfalghaxaq
L-AVVENT wasal u miegħu wasal ukoll l-attivita' The NATIVITY stencil! Kull nhar ta' Ħadd, wara l-quddies tad-9AM, kull tifel/tifla se jibda jingħata stencil u attivita' biex inkomplu nitgħallmu fuq l-istorja tal-Milied!! Narawkom tfal! Mexxu l-kelma :) #avvent18 #quddiestfalghaxaq
Nhar il-Ħadd li ġej, fil-Quddies tat-tfal fid-9AM, ser issir IT-TBERIK TAL-GIRLANDI! NARAWKOM ;) #quddiestfalghaxaq
Nhar il-Ħadd li ġej ... tberik tal-BORŻA TA' SAN MARTIN!!! Mexxu l-kelma!! :D :D :D ... Dawk li [ejjien se jieħdu xi ħaġa tajba ukoll .... ;) #quddiestfalghaxaq https://www.facebook.com/QuddiesTatTfalHalGhaxaq/photos/a.390463014391018/1700154553421851/?type=3&theater
Nhar il-Ħadd li ġej ... Mexxu l-kelma!! :) #quddiestfalghaxaq #senaKateketika https://www.facebook.com/QuddiesTatTfalHalGhaxaq/photos/a.390463014391018/1646434308793876/?type=3&theater
Nhar il-Hadd li gej! Ukoll dawk it-tfal li gejjien se jiehdu maghhom 😉 .... Mexxu l-kelma! #bk2school #quddiestfalghaxa

Din il-paġna hija mezz ta' kuntatt mal-qasam tal-MUSEUM tas-Subien ta' Ħal Għaxaq.

Grazzi lil Liam Sant li qasam magħna din it-talba...

youtube.com

Feature: Kannonizazzjoni ta' San Ġorġ Preca FINAL

[06/02/20]   AVVIŻ IMPORTANTI

Sabiex nevitaw li nirrispondu l-mistoqsijiet li qed tibgħatulna b'mod individwali, jekk jogħoġobkom araw dawn iż-żewġ noti importanti:

1 ) Għalissa il-MUSEUM tas-Subien ser jinżamm magħluq. Mhux ser ikunu qed isiru laqgħat għall-ebda grupp, fl-ebda ġranet. F'każ li jkun hemm żvilupp dwar dan, ninfurmawkom mal-ewwel. Min mhux qiegħed jirċievi emails mingħandna, jibgħatilna fuq [email protected].

2 ) Rigward l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof - Bħala MUSEUM aħna ngħinu fil-formazzjoni u l-preparazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ biex jirċievu s-Sagramenti. Kull deċiżjoni ta' dati ġodda għaċ-ċelebrazzjoni ta' dawn is-Sagramenti tittieħed mill-Kappillan u l-Kleru. M'aħniex f'pożizzjoni li nagħtu risposti dwar dan għalissa. Nissuġġerixxu li żżomu ruħkom infurmati billi taraw l-avviżi tal-Parroċċa fuq il-paġna ta' Facebook tal-Parroċċa stess.

Il-Paċi Magħkom!

SDC Museum Ħal Għaxaq's cover photo

[05/30/20]   Illum jaħbat it-38 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-bini tal-MUSEUM tas-subien ta' Ħal Għaxaq. Bħalissa l-bini huwa vojt u kiesaħ għaliex it-tfal, iż-żgħażagħ u l-membri mhux jattendu fih minħabba s-sitwazzjoni preżenti. Ejjew ningħaqdu fit-talb ħalli filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li għamel magħna, nitolbuh sabiex ma ndumux ma nerġgħu niltaqgħu f'dan il-bini. Nitolbu wkoll għat-tfal, iż-żgħażagħ, il-membri, familjari u ħbieb li ħadmu biex inbena dan il-bini. Grazzi Sinjur Alla!

youtube.com

The Holy Spirit Comes - Acts 2 - Pentecost for Kids | Sunday School Lesson | Sharefaithkids.com

Download the Full Lesson: https://www.sharefaith.com/set/acts-2-the-holy-spirit-comes-sunday-school-lesson-for-kids.html?id=244006&kidset=y Sunday School Les...

[05/29/20]   Nitolbu lill-ġenituri tat-tfal subien li qegħdin fil-gruppi Preparatorja 1 u 2 (Year 6 u Form 1) jaraw email li bgħatnielhom illum. Minn ma irċeviex mingħandna, jibgħatilna email fuq [email protected]

Grazzi.

Grazzi lil Connor Tabone li għaddielna din it-talba flimkien ma' stampa sabiħa li pinġa. Connor kien ser jirċievi l-Ewwel Tqarbina aktar kmieni dan ix-xahar.

Tpenġija u talba li waslulna mingħand Kris Pace, tifel ieħor li kellu jirċievi l-Ewwel Tqarbina aktar kmieni dan ix-xahar...

Grazzi lil Liam Tanti, wieħed mit-tfal li kienu qed jippreparaw għall-ewwel tqarbina, għat-tpenġija u t-talba li bagħtilna...

Illejla - laqgħa online għall-ġenituri tal-gruppi minn Preparatorja 'l fuq fis-7.00pm. Min ma revċeviex l-email bid-dettalji, nitolbuh jikkuntattjana fuq [email protected]

Niltaqgħu!

Din it-talba bgħathielna Jaii Abela, wieħed mit-tfal li nhar il-Ħadd li għadda kien ser jirċievi l-Ewwel Tqarbina. Grazzi Jaii.

[05/21/20]   Infakkru li għada ser issir laqgħa tal-ġenituri online għall-ġenituri tal-gruppi minn Preparatorja 'l fuq fis-7.00pm. Min ma rċeviex l-email bid-dettalji u jixtieq jieħu sehem, jibgħatilna email fuq [email protected] ħalli nikkomunikaw magħkom lura. Grazzi u l-Paċi magħkom.

Museum Subien, Qormi San Sebastjan

Ara x'parir ta l-missier lil ibnu.....x'kien ser jagħmel bl-imsiemer u l-martell?

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca Ep 7

Mill-ewwel membri fl-Awstralja sal-aħħar mumenti tiegħu u l-kanonizzazzjoni tiegħu bħala Qaddis

Awguri lill-ommijiet kollha tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Nitolbu għalikom u għall-ommijiet kollha li qed igawdu lill-Mulej fis-sema!

youtube.com

Quddiem San Ġorġ Preca

Bħalissa...

Velja ta' talb quddiem ix-xbieha tal-qaddis, mill-Kappella ta' Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża - 9 ta' Mejju 2020.

youtube.com

Quddiem San Ġorġ Preca

Laqgħa ta' talb illejla fis-7pm, quddiem il-fdalijiet ta' San Ġorġ Preca. Segwi l-link t'hawn taħt...

Velja ta' talb quddiem ix-xbieha tal-qaddis, mill-Kappella ta' Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża - 9 ta' Mejju 2020.

youtube.com

Papa Ġwanni Pawlu II jasal fil-Kappella tal-MUSEUM il-Blata l-Bajda, 9 ta' Mejju 2001

Grazzi lil Carl Zahra li għaddielna dawn iż-żewġ posters. Interessanti ħafna li f'wieħed minnhom, Carl qasam magħna xi ġrajjiet mill-ħajja ta' San Ġorġ Preca li jaqblu mal-kwalitajiet li l-istess qaddis xtaq li s-Soċji tal-MUSEUM jgħixu tul ħajjithom kollha. Kif jgħidu, il-kliem iqanqal, iżda l-eżempju ikaxkar!

Grazzi lil Micahel Mifsud li bagħatilna ritratti tal-artal mudell li huwa għandu, armat għall-festa ta' San Ġorġ Preca...

youtube.com

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' Mejju, 9:30am

https://youtu.be/tIeMdP0IDsE

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella tal‑Midalja Mirakoluża, il-Blata l‑Bajda. Agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġor...

9 ta' Mejju - Festa ta' San Ġorġ Preca, Fundatur tal-MUSEUM.

Illum niċċelebraw il-festa tal-fundatur tagħna. Niċċelebraw għaliex il-Mulej għażel lil dan wieħed minna għal sejħa speċjali. Lilna wkoll Alla dejjem isejħilna għall-qdusija. Ejjew illum infittxu li bħal Dun Ġorġ, ngħaddu dan il-jum naħsbu f'Alla f'dak kollu li ser nagħmlu. B'hekk inkunu tassew qegħdin nagħtu ġieħ lil Alla permezz ta' Dun Ġorġ.

Infakkru li fid-9.30am, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra quddiesa mill-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda. Din ser tixxandar fuq TVM2 u fuq dan il-link: https://youtu.be/tIeMdP0IDsE

Il-festa t-tajba lil kulħadd!

youtube.com

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca - 9 ta' Mejju, 9:30am

Għada fid-9.30am, insegwu flimkien il-quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca, il-Fundatur tagħna. Din is-sena ma nistgħux niċċelebrawha bħas-soltu fil-Knisja tar-raħal tagħna, għalhekk ningħaqdu flimkien permezz ta' dan il-link.

https://youtu.be/tIeMdP0IDsE

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella tal‑Midalja Mirakoluża, il-Blata l‑Bajda. Agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġor...

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep5

https://www.youtube.com/watch?v=iJ-BgK3Xh3Q

Mill-ewwel dimostrazzjoni bil-Bambin sal-ħafna esperjenzi li għadda minnhom Dun Ġorġ

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep 4

Mill-viżjoni tas-salib tal-Marsa sal-mewt ta' missieru u tixrid tal-kliem "Verbum Dei" Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca għat-tfal

Grazzi lil Andrea Zahra u Matthew Magro li qasmu magħna dawn ix-xogħolijiet...

Museum Lija Balzan

Għeżież,
nhar is-Sibt, 9 ta' Mejju se niċċelebraw il-festa ta' San Ġorġ Preca. Dawn huma l-attivitajiet li nħeġġukom li tieħdu sehem fihom permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni:

Fid-9:30 a.m. Quddiesa tal-festa ta' San Ġorġ Preca mmexxija mill-Arċisqof Charles J Scicluna. Il-quddiesa se tixxandar dirett fuq TVM2 mill-Kappella tal-Midalja Mirakoluża (fejn hemm il-fdalijiet ta' San Ġorġ Preca).

Fis-7:00 p.m. Ċelebrazzjoni ta' talb mill-kappella tal-Midalja Mirakoluża li se tixxandar online fuq il-YouTube channel tas-Soċjetà Ejjew u Taraw u fuq il-paġna ta' facebook tas-Soċjetà. (Il-links qegħdin hawn taħt.)

YouTube channel Ejjew u Taraw: https://www.youtube.com/channel/UC40HJd6zrQ9gCwBAFey2vow
page tal-Museum: https://www.facebook.com/sdcmuseum/

Grazzi u l-paċi magħkom.

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep 2

Minn bniedem f'qiegħ ta' sodda qabel l-Ordinazzjoni Saċerdotali sa numru ta' regoli ġodda li jdaħħal lill-membri tal-Għaqda ġdida tiegħu Il-Ħajja tal-Qaddis ...

Grazzi lil Eric Zahra talli qasam magħna dan il-poster! Komplu ibgħatulna!

youtube.com

Flimkien Miegħu - Il-Ħajja ta' San Ġorġ Preca - Ep1

https://www.youtube.com/watch?v=1bX9MEGuWF0

Mit-twelid sal-ewwel laqgħa maż-żgħażagħ Il-Ħajja tal-Qaddis Malti u Fundatur tal-Museum, San Ġorġ Preca f'numru ta' episodji addattati għat-tfal.

[05/03/20]   Infakkru lill-Magħżulin u l-Asperanti li fis-6pm niltaqgħu għal laqgħa oħra fuq Zoom. Ser jintuża' l-link li bgħatna l-ġimgħa l-oħra. Niltaqgħu!

Żewġ tpinġijiet oħrajn li waslulna mingħand Giuseppe Azzopardi u Nathan Lucas Attard...

Grazzi lil Andrea li baghtilna tpingija ta’ San Gorg Preca. Komplu ibghatulna!

youtube.com

It-Twelid ta' Dun Ġorġ Preca

Min kien Dun Ġorġ Preca? X'nafu dwar twelidu? L-isfond storiku tal-ġrajjiet li tnissel fihom Dun Ġorġ Preca

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Ħal Għaxaq?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Location

Telephone

Address


11, Triq San Bastjan
Ħal Għaxaq
GXQ2141

Opening Hours

Monday 17:30 - 20:00
Tuesday 17:30 - 20:00
Thursday 17:30 - 20:00
Friday 18:55 - 20:00
Saturday 18:00 - 20:00
Sunday 15:15 - 19:00
Other Ħal Għaxaq places of worship (show all)
Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira Ħal Għaxaq Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira Ħal Għaxaq
Ħal Għaxaq

Din hija l-paġna uffiċċjali tal-Kumitat tal-Ġimgħa l-Kbira ta' Ħal Għaxaq. Il-Kumitat jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Purċissjoni u l-avvenimenti li jsiru fil-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq matul il-Ġimgħa Mqaddsa .

Għaxaq Youth Centre Għaxaq Youth Centre
Ghaxaq Youth Centre, 20 Vjal Il-Labour
Ħal Għaxaq, GXQ 1832

Empowering young people,to live as disciples of Jesus Christ,in our world today.